Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 861/2008 tat-2 ta' Settembru 2008 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 li jistipula l-komponenti agrikoli mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 mill-Iżvizzera

In forceVersion 2008-09-02from 2008-08-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/861@2008-09-02/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1) Permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tas-26 ta’ Ottubru 2004, il-Protokoll 2 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 inbidel bi Protokoll 2 ġdid li jikkonċerna ċerti prodotti agrikoli pproċessati. Fl-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera, bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2008, emenda l-prezzijiet ta' referenza mill-1 ta’ Frar 2008 li rriżulta fl-impożizzjoni ta' dazji fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament (KE) Nru 3448/93.

(2) Għaldaqstant il-komponenti agrikoli mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2008.

(3) Fl-implimentazzjoni tal-Protokoll 2, il-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera, bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 2/2008, emenda l-prezzijiet domestiċi ta' referenza mill-1 ta’ Awwissu 2008, bir-riżultat li l-miżuri ta' kumpens tal-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll ikunu ffissati għal żero. Għaldaqstant, minn dakinhar, id-dazji fuq l-importazzjoni mhux se jibqgħu jitħallsu fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/1993 mill-Iżvizzera.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 għandu għaldaqstant jitħassar.

(5) Billi l-prezzijiet ta' referenza kif emendati skont il-Protokoll 2 huma applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2008, il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 jitħassar.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Settembru 2008. Għall-Kummissjoni Günter Verheugen Viċi President

Versions

  1. 2008-09-02