Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2008 li taħtar żewġ membri Daniżi u żewġ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (2008/906/KE)

In forceVersion 2008-11-27
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/906@2008-11-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,

Billi:

(1) Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2) Il-postijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Mona HEIBERG u s-Sinjura Helene LUND. Il-postijiet ta’ żewġ membri supplenti tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur Jens Christian GJESING u s-Sinjura Tove LARSEN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

Artikolu 1

(a) bħala membri:

is-Sinjura Helene LUND, Byrådsmedlem, Furesø Kommune (bidla fil-mandat),

is-Sinjura Mona HEIBERG, 1. Næstformand for Borgerrepræsentationen, Københavns Kommune (bidla fil-mandat),

(b) bħala membri supplenti:

is-Sur Jens Christian GJESING, 1. Viceborgmester, Haderslev Kommune (bidla fil-mandat),

is-Sinjura Tove LARSEN, Borgmester, Aabenraa Kommune (bidla fil-mandat).

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008. Għall-Kunsill Il-President L. Chatel

Versions

  1. 2008-11-27