Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Novembru 2008 li tistabilixxi garanziji ta’ saħħa għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6296) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/907/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/907@2008-11-03/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(c) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/467/KE tat-13 ta’ Lulju 1994 li tistabilixxi garanziji ta’ saħħa għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.
(2) Skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE, garanziji tas-saħħa jridu jkunu stabbiliti għat-trasport ta’ annimali minn pajjiż terz għal ieħor. Ċerti problemi nqalgħu fir-rigward ta’ movimenti ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tistabilixxi il-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja meħtieġa għad-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati. Dawn il-kondizzjonijiet jipprovdu l-garanziji neċessarji kollha fir-rigward ta’ l-istat ta’ saħħa tal-Komunità. Għall-garanziji ta’ saħħa applikabbli għall-movimenti ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor għandha ssir referenza għall-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti bid-Deċiżjoni 92/260/KEE. Dik id-Deċiżjoni tirrikjedi fost oħrajn residenza ċerta fil-pajjiż tad-dispaċċ. Ir-residenza fi Stati Membri jew ċerti pajjiżi terzi elenkati jista’ iżda jgħodd għall-kalkolazzjoni tal-perijodu kkunsidrat, dejjem jekk ta’ l-anqas l-istess rekwiżiti tas-saħħa huma sodisfatti.
(4) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal- Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Ekwidi fi triqithom minn pajjiż terz għal ieħor iridu jiġu minn pajjiż terz imsemmi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 92/260/KEE.
2.IV.V. L-ekwidi msemmija fil-paragrafu 1 iridu jkunu akkumpanjati b’ċertifikat intitolat Ċertifikat ta’ tranżitu għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor. Dan iċ-ċertifikat irid ikun fih Sezzjonijiet I, II and III bl-eċċezzjoni tal-paragrafu (e) punt (v) taċ-ċertifikat ta’saħħa, li jikkorrispondi mal-pajjiż terz ta’ provenjenza elenkat fl-Anness II għad-Deċiżjoni 92/260/KEE. Hu jrid jinkludi wkoll is-sezzjonijiet li ġejjin: Ekwidi provenjenti minn: … (pajjiż) sejriin lejn: … (pajjiż) Timbru u firma tal-veterinarju uffiċjali: …
3. B’deroga mid-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 u fil-każ ta’ ekwidi irreġistrati biss, l-lista ta’ pajjiżi fit-tielet parti tal-paragrafu (d) tas-Sezzjoni III taċ-ċertifikati A, B, Ċ, D u E fl-Anness II għad-Deċiżjoni 92/260/KEE għandha tkun mibdula bil-lista ta’ pajjiżi terzi fi Gruppi A sa E fl-Anness I għal dik id- Deċiżjoni.
Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 94/467/KE hi mħassra. Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2008. Għall-Kummissjoni José Manuel Barroso Il-President
ANNEX
ANNESS I DEĊIŻJONI MĦASSRA FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDAMENTI SUĊĊESSIVI TAGĦHA
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/467/KE (ĠU L 190, 26.7.1994, p. 28) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/81/KE (ĠU L 19, 25.1.1996, p. 53). l-Artikolu 4 biss Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/662/KE (ĠU L 232, 30.8.2001, p. 28).
ANNESS II TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Deċiżjoni 94/467/KE Din id-Deċiżjoni Artikolu 1 Artikolu 1 — Artikolu 2 Artikolu 2 Artikolu 3 — Anness I — Anness II