Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi għas-sena 2008 u li temenda d-Deċiżjoni 2007/782/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil ċerti Stati Membri għal programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7572) (2008/920/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/920@2008-12-04/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, u b’mod partikolari l-Artikolu 24(5) u (6) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programmi għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/782/KE tat-30 ta’ Novembru 2007 li tapprova programmi nazzjonali annwali u multiannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċerti mardiet tal-annimali u żoonożi, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2008 u s-snin sussegwenti tapprova ċerti programmi nazzjonali u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.
(3) Il-Kummissjoni evalwat ir-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri dwar l-infiq li sar għal dawn il-programmi. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni juru li ċerti Stati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għall-2008 filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.
(4) Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal numru minn dawn il-programmi nazzjonali għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq li jiġu riallokati fondi mill-programmi nazzjonali li mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk li se jaqbżuha. Ir-riallokazzjoni għandha tissejjes fuq l-aktar tagħrif riċenti dwar in-nefqa reali li saret mill-Istati Membri kkonċernati.
(5) Barra minn hekk, il-Belġju, id-Danimarka u l-Finlandja ppreżentaw programmi emendati għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs), l-Ungerija ppreżentat programm emendat għall-qerda tal-idrofobija u r-Rumanija ppreżentat programm emendat għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer.
(6) Il-Kummissjoni evalwat dawn il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Dawn il-programmi nstabu konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità, u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 90/638/KEE. Il-programmi emendati għal dawk il-ħames Stati Membri għandhom għalhekk jiġu approvati.
(7) Id-Deċiżjoni 2007/782/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.
(8) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-programm emendat għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) ippreżentat mill-Belġju fit-23 ta’ Mejju 2008 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 2 Il-programm emendat għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) ippreżentat mid-Danimarka fit-18 ta’ Ġunju 2008 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 3 Il-programm emendat għall-monitoraġġ ta’ TSEs ippreżentat mill-Finlandja fid-9 ta’ April 2008 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 4 Il-programm emendat għall-qerda tal-idrofobija ppreżentat mill-Ungerija fl-4 ta’ Settembru 2008 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 5 Il-programm emendat għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentat mir-Rumanija fit-30 ta’ Ġunju 2008 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 6 Id-Deċiżjoni 2007/782/KE hija emendata kif ġej:
Artikolu 6
(1) Fl-Artikolu 1, il-paragrafu (2) qed jinbidel b’dan li ġej:
(1)
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju, il-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawk il-programmi u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċini, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
2.
(a) EUR 1550000 għall-Irlanda;
(b) EUR 3000000 għal Spanja;
(c) EUR 4100000 għall-Italja;
(d) EUR 15000 għal Ċipru;
(e) EUR 1460000 għall-Portugall;
(f) EUR 4400000 għar-Renju Unit.
(2) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:
(2)
(a) Fil-punt (b), EUR 6100000 qed jinbidel b’EUR 7700000;
(b) Fil-punt (d), EUR 1100000 qed jinbidel b’EUR 1500000.
(3) Fl-Artikolu 3(2), il-punti (a) u (b) qed jinbidlu b’dan li ġej:
(3)
(a) EUR 4400000 għal Spanja;
(b) EUR 3500000 għall-Italja;
(4) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:
(4)
(a) Fil-punt (a), EUR 377000 qed jinbidel b’EUR 630000;
(b) Fil-punt (c), EUR 3100000 qed jinbidel b’EUR 1200000;
(c) Fil-punt (e), EUR 4100000 qed jinbidel b’EUR 5800000;
(d) Fil-punt (f), EUR 351000 qed jinbidel b’EUR 3100000;
(e) Fil-punt (i), EUR 527000 qed jinbidel b’EUR 125000;
(f) Fil-punt (k), EUR 1004000 qed jinbidel b’EUR 610000;
(g) Fil-punt (l), EUR 43000 qed jinbidel b’EUR 100000.
(5) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:
(5)
(a) Fil-punt (a), EUR 550000 qed jinbidel b’EUR 700000;
(b) Fil-punt (c), EUR 200000 qed jinbidel b’EUR 500000;
(c) Fil-punt (e), EUR 600000 qed jinbidel b’EUR 50000;
(d) Fil-punt (i), EUR 500000 qed jinbidel b’EUR 400000;
(e) Fil-punt (j), EUR 470000 qed jinbidel b’EUR 120000;
(f) Fil-punt (m), EUR 400000 qed jinbidel b’EUR 750000;
(g) Fil-punt (n), EUR 1300000 qed jinbidel b’EUR 1000000;
(h) Fil-punt (p), EUR 2000000 qed jinbidel b’EUR 2400000;
(i) Fil-punt (r), EUR 400000 qed jinbidel b’EUR 10000;
(6) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:
(6)
(a) Fil-punt (a), EUR 750000 qed jinbidel b’EUR 500000;
(b) Fil-punt (d), EUR 2000000 qed jinbidel b’EUR 250000;
(c) Fil-punt (g), EUR 3500000 qed jinbidel b’EUR 2450000;
(d) Fil-punt (i), EUR 1000000 qed jinbidel b’EUR 200000;
(e) Fil-punt (k), EUR 300000 qed jinbidel b’EUR 80000;
(f) Fil-punt (m), EUR 2000000 qed jinbidel b’EUR 3400000;
(g) Il-punti (o) sa (s) qed jinbidlu b’dan li ġej:
(g)
(o) EUR 700000 għall-Awstrija;
(p) EUR 3500000 għall-Polonja;
(q) EUR 50000 għall-Portugall;
(r) EUR 20000 għar-Rumanija;
(s) EUR 500000 għas-Slovakkja;.
(7) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:
(7)
(a) Fil-punt (f), EUR 2500000 qed jinbidel b’EUR 2000000;
(b) Fil-punt (h), EUR 525000 qed jinbidel b’EUR 375000.
(8) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu (2), huwa emendat kif ġej:
(8)
(a) Fil-punt (c), EUR 65000 qed jinbidel b’EUR 25000;
(b) Fil-punt (e), EUR 580000 qed jinbidel b’EUR 280000;
(c) Fil-punt (k), EUR 380000 qed jinbidel b’EUR 600000;
(d) Fil-punt (u), EUR 465000 qed jinbidel b’EUR 300000.
(9) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:
(9)
(a) Fil-punt (f), EUR 250000 qed jinbidel b’EUR 280000;
(b) Fil-punt (g), EUR 5000000 qed jinbidel b’EUR 6200000;
(c) Fil-punt (i), EUR 4700000 qed jinbidel b’EUR 5500000;
(d) Fil-punt (k), EUR 3050000 qed jinbidel b’EUR 5800000;
(e) Fil-punt (l), EUR 250000 qed jinbidel b’EUR 450000;
(f) Fil-punt (m), EUR 300000 qed jinbidel b’EUR 350000;
(g) Fil-punt (r), EUR 3150000 qed jinbidel b’EUR 2950000;
(h) Fil-punt (s), EUR 1250000 qed jinbidel b’EUR 1400000;
(i) Fil-punt (t), EUR 3250000 qed jinbidel b’EUR 1350000;
(j) Fil-punt (u), EUR 1250000 qed jinbidel b’EUR 2700000;
(k) Fil-punt (v), EUR 7500 qed jinbidel b’EUR 1000000;
(l) Fil-punt (x), EUR 750000 qed jinbidel b’EUR 550000;
(m) Fil-punt (y), EUR 650000 qed jinbidel b’EUR 550000;
(n) Fil-punt (z), EUR 1150000 qed jinbidel b’EUR 1500000.
(10) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:
(10)
(a) Fil-punt (g), EUR 430000 qed jinbidel b’EUR 130000;
(b) Fil-punt (i), EUR 500000 qed jinbidel b’EUR 200000;
(c) Fil-punt (o), EUR 100000 qed jinbidel b’EUR 300000;
(d) Fil-punt (p), EUR 232000 qed jinbidel b’EUR 130000.
(11) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:
(11)
(a) Fil-punt (d), EUR 204000 qed jinbidel b’EUR 110000;
(b) Fil-punt (e), EUR 1000000 qed jinbidel b’EUR 100000;
(c) Fil-punt (g), EUR 550000 qed jinbidel b’EUR 250000;
(d) Fil-punt (i), EUR 3800000 qed jinbidel b’EUR 3700000;
(e) Fil-punt (j), EUR 3000000 qed jinbidel b’EUR 2450000;
(f) Fil-punt (l), EUR 1100000 qed jinbidel b’EUR 1200000;
(g) Fil-punt (q), EUR 258000 qed jinbidel b’EUR 150000;
(h) Fil-punt (s), EUR 35000 qed jinbidel b’EUR 100000;
(i) Fil-punt (t), EUR 881000 qed jinbidel b’EUR 100000;
(j) Fil-punt (v), EUR 302000 qed jinbidel b’EUR 100000;
(k) Fil-punt (w), EUR 201000 qed jinbidel b’EUR 50000;
(l) Fil-punt (x), EUR 4000000 qed jinbidel b’EUR 1800000.
(12) Fl-Artikolu 13, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:
(12)
(a) Fil-punt (a), EUR 700000 qed jinbidel b’EUR 0;
(b) Il-punti (c) sa (g) qed jinbidlu b’dan li ġej:
(b)
(c) EUR 1000000 għall-Ungerija;
(d) EUR 330000 għall-Awstrija;
(e) EUR 4200000 għall-Polonja;
(f) EUR 0 għar-Rumanija;
(g) EUR 425000 għas-Slovakkja;.
(13) Fl-Artikolu 14(2), il-punt (c) qed jinbidel b’dan li ġej:
(13)
(c) EUR 3000000 għall-Polonja.
(14) Fl-Artikolu 15(2), il-punt (c), qed jinbidel b’dan li ġej:
(14)
(c) EUR 4650000 għall-Polonja.
(15) L-Artikolu 16(5), il-punti (b) sa (e) qed jinbidlu b’dan li ġej:
(15)
(b) EUR 225000 għall-Ġermanja;
(c) EUR 860000 għall-Estonja;
(d) EUR 700000 għal-Latvja;
(e) EUR 380000 għas-Slovenja;.
(16) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu (5) huwa emendat kif ġej:
(16)
(a) Fil-punt (a) EUR 400000 qed jinbidel b’EUR 650000;
(b) Fil-punt (c), EUR 300000 qed jinbidel b’EUR 350000.
Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni