Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, ikunu disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-infiq mill-FAEG (2008/955/KE)

In forceVersion 2008-12-16from 1001-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/955@2008-12-16/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu waħdieni
  3. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE tistipula l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, isiru disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll il-bilanċ nett disponibbli għall-infiq mill-FAEG.

(2) L-ammonti għat-trasferiment finanzjarju minn programmi tal-appoġġ tal-inbid għall-iżvilupp rurali stipulati fl-Artikolu 23(2) u fl-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 ġew emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1246/2008.

(3) Id-Deċiżjoni 2006/410/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/410/KE għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

ANNESS

(EUR miljuni): Sena tal-baġit Ammonti disponibbli għall-FAEŻR Bilanċ nett disponibbli għall-infiq mill-FAEG Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 2007 984 22 44753 2008 1241 22 362 44592 2009 1305,7 22 424 40,66 44886,64 2010 1310,8 22 506 82,11 45225,09 2011 1290,8 22 484 516,3 122,61 45181,29 2012 1292,3 22 484 522,4 122,61 45649,69 2013 1293 22 484 522,4 122,61 46129,99

Versions

  1. 2008-12-16