Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2009 tal-10 ta' Novembru 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Riso del Delta del Po (IĠP))

In forceVersion 2009-11-10from 2009-12-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/1078@2009-11-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Klassi 1.6. L-ITALJA

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni Riso del Delta del Po ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2) Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, ipproċessati jew mhumiex

Klassi 1.6. L-ITALJA

Riso del Delta del Po (IĠP)

Versions

  1. 2009-11-10