Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 120/2009 tad-9 ta’ Frar 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2009-02-09from 2009-03-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/120@2009-02-09/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. 1.
  4. 5.
  5. 2.
  6. (i)
  7. (ii)
  8. 3.
  9. 4.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, u b’mod partikolari l-Artikolu 122 tiegħu,

Billi:

(1) Ċerti Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu li jiġu emendati l-Annessi tar-Regolament (KEE) Nru 574/72.

(2) L-emendi proposti huma bbażati fuq deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri kkonċernati jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jagħżlu l-awtoritajiet li huma responsabbli sabiex jassiguraw li l-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali hi implimentata skont il-liġi tal-Komunità.

(3) L-arranġamenti bilaterali għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma elenkati fl-Anness 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4) Intlaħqet l-opinjoni unanima tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema Emigranti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Annessi minn 2 sa 5 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Frar 2009. Għall-Kummissjoni Vladimír Špidla Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

L-Annessi 2 – 5 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma emendati kif ġej:

1. L-Anness 2 huwa emendat kif ġej:

1.

(a) Fit-taqsima R. L-OLANDA, il-punt 5 jiġi mibdul b’dan li ġej:

(a)

5. Benefiċċji mogħtija lill-familja: L-Att dwar il-Benefiċċji Ġenerali tat-Tfal (Algemene Kinderbijslagwet) u r-Regolamenti li jistabbilixxu kontribuzzjonijiet biex tfal b’diżabilità fiżika jinżammu jgħixu d-dar 2000 (Regeling tegemoetkoming onderhoudskosten thuiswonende gehandicapte kinderen 2000, TOG):

5.

(a) meta l-persuna ntitolata għall-benefiċċji tkun toqgħod fl-Olanda:

l-uffiċċju lokali tal-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank) fid-distrett fejn toqgħod;

(b) meta l-persuna ntitolata għall-benefiċċji tkun toqgħod barra mill-Olanda, imma min iħaddimha joqgħod jew huwa stabbilit fl-Olanda:

l-uffiċċju lokali tal-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank) tad-distrett fejn min iħaddimha jkun joqgħod jew huwa stabbilit;

(c) każijiet oħra:

il-Bank tas-Sigurtà Soċjali (Sociale Verzekeringsbank), Postbus 1100, 1180 BH Amstelveen. L-Att dwar il-Kura tat-Tfal (Wet Kinderopvang) u l-Att dwar il-Baġit relatat mat-Tfal (Wet op het kindgebonden budget):

l-Uffiċċju tat-Taxxa/tas-Servizz ta’ Benefiċċji (Belastingsdienst / Toeslagen), Utrecht.

(b) It-Taqsima T IL-POLONJA il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

(b)

5. Il-Qagħad:

5.

(a) benefiċċji mhux fi flus: Narodowy Fundusz Zdrowia, Warszawa (Il-Fond Nazzjonali tas-Saħħa, il-Varsavja),

(b) benefiċċji fi flus: wojewódzkie urzędy pracy (uffiċċji voivodeship Latour) b’ġurisdizzjoni territorjali fuq il-post tar-residenza jew fejn wieħed joqgħod.

2. L-Anness 3 huwa emendat kif ġej:

2.

(a) Fit-taqsima R. L-OLANDA, il-punt 5 jiġi mibdul b’dan li ġej:

(a)

5. Benefiċċji mogħtija lill-familja: L-Att dwar il-Benefiċċji Ġenerali tat-Tfal (Algemene Kinderbijslagwet) u r-Regolamenti li jistabbilixxu kontribuzzjonijiet biex tfal b’diżabilità fiżika jinżammu jgħixu d-dar 2000 (Regeling tegemoetkoming onderhoudskosten thuiswonende gehandicapte kinderen 2000, TOG):

l-uffiċċju lokali tal-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank) fid-distrett fejn il-membru tal-familja joqgħod; L-Att dwar il-Kura tat-Tfal (Wet Kinderopvang) u l-Att dwar il-Baġit relatat mat-Tfal (Wet op het kindgebonden budget):

l-Uffiċċju tat-Taxxa/tas-Servizz ta’ Benefiċċji (Belastingsdienst / Toeslagen), Utrecht.

(b) It-Taqsima T. IL-POLONJA hi emendata kif ġej:

(b)

(i) il-Punt 2(g) jinbidel b’dan li ġej:

(i)

(g) għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni b’mod esklussiv:

(g)

1. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (l-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa f’Łódź – għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni, inklużi perjodi li ntemmew dan l-aħħar fi Spanja, fil-Portugall, fl-Italja, fil-Greċja, f’Ċipru jew f’Malta;

2. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (l-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa f’Łódź – għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni, inklużi perjodi li ntemmew dan l-aħħar fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka, fl-Ungerija, fis-Slovakkja, fis-Slovenja jew fl-Iżvizzera;

3. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa f’Opole – għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni, inklużi perjodi li ntemmew dan l-aħħar fil-Ġermanja;

4. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa f’Szczecin – għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni, inklużi perjodi li ntemmew dan l-aħħar fid-Danimarka, fil-Finlandja, fl-Iżvezja, fil-Litwanja, fil-Latvja jew fl-Estonja;

5. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – I Oddział w Warszawie – Centralne Biuro Obsługi Umów Międzynarodowych (Fergħa f’Varsavja – Uffiċċju Ċentrali għall-Ftehim Internazzjonali) għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni, inklużi perjodi li ntemmew dan l-aħħar fil-Belġju, fi Franza, fl-Olanda, fil-Lussemburgu, fl-Irlanda jew fir-Renju Unit.

(ii) il-punt 3(b)(ii) huwa mibdul b’dan li ġej:

(ii)

(ii) id-diżabilità jew mewt ta’ dak li jaqla’ l-paga ewlenija:

għal persuni li riċentement ġew impjegati jew bdew jaħdmu għal rashom (għajr il-bdiewa li jaħdmu għal rashom): unitajiet tal-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(a),

għal persuni li riċentement bdew jaħdmu għal rashom bħala bdiewa: unitajiet tal-Fond tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Agrikoltura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fil-punt 2(b),

għas-suldati u l-uffiċjali professjonali elenkati fil-punt 2 sottopunt (c), fil-każ ta’ perjodi Pollakki tas-servizz militari, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu tas-servizz militari jew servizz f’wieħed mit-taħriġ elenkati fil-punt 2 sottopunt (c) u l-perjodi barranin tal-assigurazzjoni: Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (l-Uffiċċju tal-Pensjonijiet Militari f’Varsavja), jekk hija l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2(3)(b)(ii) it-tielet inċiż;

għal uffiċjali Gwardjani tal-Ħabsijiet, fil-każ ta’ perjodi Pollakki ta’ servizz, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu ta’ servizz imsemmi u perjodi barranin ta’ assigurazzjoni: Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (l-Uffiċċju tal-Pensjonijiet ta’ Servizz fil-Ħabsijiet f’Varsavja), jekk hija l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2(3)(b)(ii) il-ħames inċiż,

għall-imħallfin u l-prosekuturi: entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja,

għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni b’mod esklussiv: unitajiet tal-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(g).

3. L-Anness 4 huwa emendat kif ġej:

3.

(a) Fit-taqsima G. IL-GREĊJA, qed jiżdied punt 5 ġdid kif ġej:

(a)

5. Għall-bdiewa: L-Organizzazzjoni tal-Assigurazzjoni tal-Agrikoltura (OGA), Ateni (Οργανισμός Γεωργικών Ασφαλίσεων, Αθήνα).

(b) Fit-taqsima R. L-OLANDA, qed jiżdied punt 3 ġdid kif ġej:

(b)

3. Il-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni nazzjonali u tal-assigurazzjoni tal-impjegati: L-Uffiċċju tat-Taxxa/Servizz tal-Benefiċċji/FIOD-ECD International, Amsterdam (De Belastingdienst/FIOD-ECD International, Amsterdam).

4. L-Anness 5 huwa emendat kif ġej:

4.

(a)283. It-Taqsima 283. IL-LUSSEMBURGU – IL-FINLANDJA tinbidel b’dan li ġej: IL-LUSSEMBURGU - IL-FINLANDJA L-ebda Konvenzjoni

(b)(a)(b)(c) It-Taqsima 323. L-AWSTRIJA – IR-RENJU UNIT tinbidel b’dan li ġej: L-Artikoli 18 (1) u (2) tal-Arranġament tal-10 ta’ Novembru 1980 għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-22 ta’ Lulju 1980 kif emendata mill-Arranġamenti Supplementari Nru 1 tas-26 ta’ Marzu 1986 u Nru 2 tal-4 ta’ Ġunju 1993 fir-rigward tal-persuni li ma jistgħux jikklejmjaw trattament skont Kapitoli 1 tat-Titlu III tar-Regolament. … L-Arranġament tat-30 ta’ Novembru 1994 dwar ir-rimborż ta’ spejjeż għall-benefiċċji soċjali.

Versions

  1. 2009-02-09