Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1231/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2009
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/1231@2009-12-15/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.
(2) L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.
(3) Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 100200, 10051090, 10059000 u 10070090, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.
(4) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Diċembru 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Mis-16 ta’ Diċembru 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS I Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2009
Kodiċi NK Isem tal-merkanziji Dazju tal-importazzjoni (EUR/t) 10011000 QAMĦ iebes ta' kwalità għolja 0,00 ta' kwalità medja 0,00 ta' kwalità baxxa 5,68 10019091 QAMĦ għaż-żrigħ 0,00 ex10019099 QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ 0,00 10020000 SEGALA 31,46 10051090 QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu 22,02 10059000 QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ 22,02 10070090 SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ 31,46
ANNESS II Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I (1)(2) 1.12.2009-14.12.2009
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: (EUR/t) Qamħ Qamħirrum Qamħ iebes kwalità għolja Qamħ iebes, kwalità medja Qamħ iebes kwalità baxxa Xgħir Borża Minnéapolis Chicago — — — — Kwotazzjoni 151,95 105,28 — — — — Prezz FOB USA — — 134,05 124,05 104,05 79,70 Tariffa fuq il-Golf — 8,14 — — — — Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar 6,55 — — — — — Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam 23,02 EUR/t Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam: 47,30 EUR/t