Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1258/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2010 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

In forceVersion 2009-12-18from 2010-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/1258@2009-12-18/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 4
  3. 2.
  4. ANNEX
  5. ANNESS I Ammonti massimi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2 u 3
  6. ANNESS II Lista tal-uffiċċji ta’ awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tessili minn għadd ta’ terzi pajjiżi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi oħra tal-Komunità, u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi biex jiġu allokati fuq bażi ta’ min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

(2) Skont dak ir-Regolament huwa possibbli li f’ċerti ċirkustanzi jintużaw metodi oħra ta’ allokazzjoni, jinqasmu l-kwoti f’qatgħat, jew li jiġi riżervat proporzjon ta’ limitu kwantitattiv speċifiku esklużivament għall-applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment tal-importazzjoni fl-imgħoddi.

(3) Ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti stabbiliti fl-2010 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota biex b’hekk il-kontinwità fil-flussi tal-kummerċ ma tiġix affettwata mingħajr bżonn.

(4) Il-miżuri adottati fis-snin ta’ qabel, bħal dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1164/2008 tal-24 ta’ Novembru 2008 li jistipula r-regoli għall-amministrazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2009 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94, urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2010.

(5) Sabiex jiġi ssodisfatt l-akbar numru ta’ operaturi possibbli huwa f’loku li l-metodu ta’ allokazzjoni ta’ min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel isir iktar flessibbli billi jitpoġġa limitu massimu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jkunu allokati lil kull operatur b’dak il-metodu.

(6) Sabiex jiġi ggarantit livell ta’ kontinwità fil-kummerċ u ġestjoni effiċjenti tal-kwoti, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni inizjali tagħhom għall-2010 ekwivalenti għall-kwantità li importaw fl-2009.

(7) Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża tal-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplika għal ammont ieħor, u dan kemm-il darba l-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti.

(8) Għal finijiet ta’ ġestjoni tajba, l-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa’ xhur minn dakinhar meta jkunu nħarġu iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u joħorġuhom biss jekk l-operatur jista’ jipprova l-eżistenza ta’ kuntratt u jista’ jiċċertifika, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li hu għadu ma ġiex allokat awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni lejn il-Komunità b’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-kategoriji u l-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, b’reazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-importaturi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu awtorizzati jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta’ Marzu 2011 liċenzji li minnhom tal-anqas nofshom ikunu ntużaw sad-data tal-applikazzjoni.

(9) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli dwar il-ġestjoni ta’ kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tessili stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għas-sena 2010.

Artikolu 2 Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu allokati kronoloġikament skont meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri tal-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, u dan għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi għal kull operatur stipulati fl-Anness I. Il-kwantitatjiet massimi, madankollu, ma għandhomx japplikaw għal dawk l-operaturi li jkunu f’pożizzjoni li juru lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2010, li fir-rigward tal-kategoriji u l-pajjiżi terzi msemmija kienu impurtaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skont il-liċenzji ta’ importazzjoni mogħtija lilhom għall-2009. Fil-każ ta’ operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2009 minn pajjiżi terzi partikolari u f’kategoriji partikolari, u dan kemm-il darba jkun hemm biżżejjed kapaċità ta’ kwota disponibbli.

Artikolu 3 Importatur li jkun diġà uża sa 50 % jew aktar mill-ammont allokat lilu skont dan ir-Regolament jista’ jagħmel applikazzjoni oħra, fir-rigward tal-istess kategorija u pajjiż ta’ oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi stipulati fl-Anness I.

Artikolu 4

1. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti elenkati fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta’ filgħodu tas-7 ta’ Jannar 2010, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta’ awtorizzazzjonjiet tal-importazzjoni. Il-ħin stabbilit fl-ewwel sottoparagrafu għandu jinftiehem bħala l-ħin ta’ Brussell.

2. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 li l-kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni. Huma għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:

2.

(a) jagħti prova tal-eżistenza ta’ kuntratt li għandu x’jaqsam mal-provvista tal-merkanzija; u

(b) jiċċertifika bil-miktub li, fir-rigward tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:

(b)

(i) ma ġiex allokat diġà awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament, jew

(ii) ġie allokat awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament iżda uża tal-anqas 50 % minnha.

3. L-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni ser ikunu validi għal disa’ xhur minn dakinhar meta jkunu nħarġu, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. Madankollu, fuq talba tal-importatur, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħtu estensjoni ta’ tliet xhur għall-awtorizzazzjonijiet li jkun intuża tal-anqas 50 % minnhom meta ssir it-talba. Estensjoni bħal din ma għandha qatt taqbeż il-31 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2009. Għall-Kummissjoni José Manuel Barroso Il-President

ANNEX

ANNESS I Ammonti massimi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2 u 3

Pajjiż ikkonċernat Kategorija Unità Ammont massimu Il-Belarus 1 Kilogrammi 20000 2 Kilogrammi 80000 3 Kilogrammi 5000 4 Biċċiet 20000 5 Biċċiet 15000 6 Biċċiet 20000 7 Biċċiet 20000 8 Biċċiet 20000 15 Biċċiet 17000 20 Kilogrammi 5000 21 Biċċiet 5000 22 Kilogrammi 6000 24 Biċċiet 5000 26/27 Biċċiet 10000 29 Biċċiet 5000 67 Kilogrammi 3000 73 Biċċiet 6000 115 Kilogrammi 20000 117 Kilogrammi 30000 118 Kilogrammi 5000 Il-Korea ta’ Fuq 1 Kilogrammi 10000 2 Kilogrammi 10000 3 Kilogrammi 10000 4 Biċċiet 10000 5 Biċċiet 10000 6 Biċċiet 10000 7 Biċċiet 10000 8 Biċċiet 10000 9 Kilogrammi 10000 12 Pari 10000 13 Biċċiet 10000 14 Biċċiet 10000 15 Biċċiet 10000 16 Biċċiet 10000 17 Biċċiet 10000 18 Kilogrammi 10000 19 Biċċiet 10000 20 Kilogrammi 10000 21 Biċċiet 10000 24 Biċċiet 10000 26 Biċċiet 10000 27 Biċċiet 10000 28 Biċċiet 10000 29 Biċċiet 10000 31 Biċċiet 10000 36 Kilogrammi 10000 37 Kilogrammi 10000 39 Kilogrammi 10000 59 Kilogrammi 10000 61 Kilogrammi 10000 68 Kilogrammi 10000 69 Biċċiet 10000 70 Biċċiet 10000 73 Biċċiet 10000 74 Biċċiet 10000 75 Biċċiet 10000 76 Kilogrammi 10000 77 Kilogrammi 5000 78 Kilogrammi 5000 83 Kilogrammi 10000 87 Kilogrammi 8000 109 Kilogrammi 10000 117 Kilogrammi 10000 118 Kilogrammi 10000 142 Kilogrammi 10000 151 A Kilogrammi 10000 151B Kilogrammi 10000 161 Kilogrammi 10000

ANNESS II Lista tal-uffiċċji ta’ awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4

1. Austria Bundesministerium für Wirtschaft, Familie und Jugend Außenwirtschaftsadministration Abteilung C2/2 Stubenring 1A-1011 Wien Tel. +43 1711000 Fax +43 1711008386

2. Belgium FOD Economie, Kmo, Middenstand en Energie Economisch Potentieel KBO-Beheerscel – Vergunningen Leuvenseweg 44 1000 Brussel BELGIË Tel. +32 22776713 Fax +32 22775063 SPF Économie, PME, Classes moyennes et Énergie Potentiel économique Cellule de gestion BCE – Licences Rue de Louvain 44 1000 Bruxelles, BELGIQUE Tél. +32 2277613 Fax +32 22775063

3. Bulgaria Министерство на икономиката, енергетиката и туризма Дирекция Регистриране, лицензиране и контрол ул. Славянска № 8 1052 София Тел.: +359 29407008 / +359 29407673 / +359 29407800 Факс: +359 29815041 / +359 29804710 / +359 29883654

4. Cyprus Ministry of Commerce, Industry and Tourism Trade Department 6 Andrea Araouzou Str. 1421 Nicosia Τηλ. +357 2867100 Φαξ +357 2375120

5. Czech Republic Ministerstvo průmyslu a obchodu Licenční správa Na Františku 32 110 15 Praha 1 Česká republika Tel.: +420 224907111 Fax: +420 224212133

6. Denmark Erhvervs- og Byggestyrelsen Økonomi- og Erhvervsministeriet Langelinje Allé 17 2100 København DANMARK Tlf.: +45 35466030 Fax +45 35466029

7. Estonia Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium Harju 11 EST-15072 Tallinn Estonia Tel. +372 6256400 Fax +372 6313660

8. Finland Tullihallitus PL 512 FI-00101 Helsinki Puh. +358 96141 Faksi +358 204922852 Tullstyrelsen PB 512 FI-00101 Helsingfors Tel. +358 96141 Fax +358 204922852

9. France Ministère de l’économie, de l’industrie et de l’emploi Direction générale de la compétitivité, de l’industrie et des services Sous-direction industries de santé, de la chimie et des nouveaux matériaux Bureau matériaux du futur et nouveaux procédés Le Bervil 12 rue Villiot 75572 Paris Cedex 12, FRANCE Tél. +33 153449026 Fax +33 153449172

10. Germany Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA) Frankfurter Str. 29-35 D-65760 Eschborn Tel. +49 61969080 Fax +49 6196908800

11. Greece Υπουργείο Οικονομίας, Ανταγωνιστικότητας & Ναυτιλίας Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας Κορνάρου 1 105 63 Αθήνα Τηλ. +30 2103286021/22 Φαξ +210 3286094

12. Hungary Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal Margit krt. 85. H-1024 Budapest. Postafiók: 1537 Budapest Pf. 345. Tel. +36 13367303 Fax +36 1336 7302 e-mail: mkeh@mkeh.gov.hu

13. Ireland Department of Enterprise, Trade and Employment Internal Market Kildare Street IRL-Dublin 2 Tel. +353 16312121 Fax +353 16312826

14. Italy Ministero dello Sviluppo Economico Direzione Generale per la Politica Commerciale DIV. III Viale America 341 I-00144 Roma Tel. +39 0659647517, 59932471, 59932245, 59932260 Fax +39 0659932636 E-mail: polcom3@mincomes.it

15. Latvia Ekonomikas ministrija Brīvības iela 55 Rīga, LV-1519 LATVIJA Tālr.: +371 67013299, +371 67013248 Fakss: +371 67280882

16. Lithuania Lietuvos Respublikos Ūkio Ministerija Gedimino pr. 38/2 LT-01104 Vilnius Tel. +370 5262850/+370 52619488 Fax +370 52623974

17. Luxembourg Ministère de l’économie et du commerce Office des licences Boîte postale 113 2011 Luxembourg, LUXEMBOURG Tél. +352 4782371 Fax +352 466138

18. Malta Ministry for Competitiveness and Communication Commerce Division, Trade Services Directorate Lascaris Valletta CMR02 Malta Tel. +356 21237112 Fax +356 21237900

19. Netherlands Belastingdienst/Douane Centrale Dienst voor in- en uitvoer Engelse Kamp 2 Postbus 30003 9700 RD Groningen NEDERLAND Tel. +31 505232600 Fax +31 505232210

20. Poland Ministerstwo Gospodarki Pl. Trzech Krzyży 3/5 00-950 Warszawa Tel. +48 226935553 Faks +48 226934021

21. Portugal Ministério das Finanças Direcção Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo Rua Terreiro do Trigo Edifício da Alfândega P-1149-060 LISBOA Tel. +351 218814263 Fax +351 218814261 E-mail: dsl@dgaiec.min-financas.pt

22. Romania Ministerul Întreprinderilor Mici si Mijlocii, Comertului și Mediului de Afaceri Directia Generala Politici Comerciale Str. Ion Câmpineanu, nr. 16 Bucuresti, sector 1 Cod postal 010036 Tel. +40 21315.00.81 Fax +40 2131504.54 e-mail: clc@dce.gov.ro

23. Slovakia Ministerstvo hospodárstva SR Oddelenie licencií Mierová 19 827 15 Bratislava SLOVENSKO Tel. +421 248542021/+421 248547119 Fax +421 243423919

24. Slovenia Ministrstvo za finance Carinska uprava Republike Slovenije Carinski urad Jesenice Center za TARIC in kvote Spodnji Plavž 6c SI-4270 Jesenice SLOVENIJA Tel. +386 42974470 Faks +386 42974472 E-naslov: taric.cuje@gov.si

25. Spain Ministerio de Industria, Turismo y Comercio Secretaría General de Comercio Exterior Paseo de la Castellana, 162 28046 Madrid ESPAÑA Tel. +34 913493817-3748 Fax +34 915631823-349 3831

26. Sweden National Board of Trade (Kommerskollegium) Box 6803 SE-113 86 Stockholm SVERIGE Tfn +46 86904800 Fax +46 8306759

27. United Kingdom Department for Business, Innovation and Skills Import Licensing Branch Queensway House – West Precinct Billingham UK-TS23 2NF Tel. +44 1642364333, 364334 Fax +44 1642364269 E-mail: enquiries.ilb@bis.gsi.gov.uk

Versions

  1. 2009-12-18