Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 243/2007 fir-rigward tal-kontenut minimu tal-addittiv għall-għalf fl-għalf għall-qżieqeż għat-tismin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2009-12-21from 2010-01-11
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/1269@2009-12-21/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1) Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 243/2007 il-preparazzjoni tal-enżimi 3-phytase prodotti mill-Aspergillus niger (CBS 101 672) ġiet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv għall-għalf fil-kategorija ta’ addittivi żootekniċi għall-użu fuq il-ħnienes miftuma, u fuq il-qżieqeż u t-tiġieġ għat-tismin.

(2) B’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi, il-BASF SE, ippreżenta applikazzjoni fejn jitlob li jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-qżieqeż għat-tismin billi jitnaqqas il-kontenut minimu tal-addittiv fl-għalf. Din l-applikazzjoni kienet akkompanjata mid-dejta relevanti li ssostni din it-talba għall-bidla.

(3) Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Lulju 2009, l-Awtorità kkonkludiet li hemm biżżejjed provi għas-sostenn tal-effikaċja tal-preparazzjoni tal-enżimi 3-phytase prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 101 672) fuq il-qżieqeż għat-tismin bil-kontenut minimu ta’ 100 FTU għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 243/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 243/2007, fis-seba’ kolonna, bl-intestatura kontenut minimu, il-kliem 280 FTU huwa mibdul bi 100 FTU.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009. Għall-Kummissjoni José Manuel Barroso Il-President

Versions

  1. 2009-12-21