Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2009/13) (2009/465/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/13@2009-06-09/mt
Contents
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,
Billi:
(1) Il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE.
(2) Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE adotta l-Linja ta’ Gwida BĊE/2009/9 tas-7 ta’ Mejju 2009 li tmenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) fost l-oħrajn biex jingħata aċċess lit-TARGET2 minn istituzzjonijiet ta’ kreditu pubbliċi li, minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom taħt id-dritt Komunitarju, huma suġġetti għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
(3) Id-definizzjoni tat-terminu istituzzjoni ta’ kreditu fl-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 għandha tinbidel minħabba l-emendi riċenti magħmulin fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 Id-definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fl-Artikolu 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tinbidel b’dan li ġej:
Artikolu 1 —
credit institution means either: (a) a credit institution within the meaning of § 1(1) of the KWG; or (b) another credit institution within the meaning of Article 101(2) of the Treaty that is subject to scrutiny of a standard comparable to supervision by a competent authority.
Artikolu 2 Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għadha tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 9 ta’ Ġunju 2009. Il-President tal-BĊE Jean-Claude Trichet