Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2009 tal-20 ta’ Frar 2009 li jirrevoka 11-il Regolament li ma għadx hemm lokhom fil-Politika Komuni tas-Sajd

In forceVersion 2009-02-20from 2009-02-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/148@2009-02-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. L-Artikolu 1 Regolamenti li se jiġu rrevokati
  3. Artikolu 2 Id-dħul fis-seħħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3117/85 tal-4 ta’ Novembru 1985 li jippreskrivi regoli ġenerali dwar indennizzi f’forma ta’ kumpens fir-rigward tas-sardin, u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 21(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta’ Novembru 1996 li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd u b’mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u b’mod partikolari l-Artikoli 25, 27(6) u 37 tiegħu,

Billi:

(1) It-titjib tat-trasparenza tal-liġi Komunitarja hija element essenzjali tal-istrateġija għal leġiżlazzjoni aħjar li qegħdin jimplimentaw l-istituzzjonijiet Komunitarji. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni attiva.

(2) Ir-Regolamenti li ġejjin, marbuta mal-politika komuni tas-sajd, ma għadx hemm lokhom, minkejja li formalment għadhom fis-seħħ:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3459/85 tas-6 ta’ Diċembru 1985 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-għoti ta’ kumpens f’forma ta’ sussidju għal sardin tal-Atlantiku. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 254/86 tal-4 ta’ Frar 1986 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli fl-Istati Membri ħlief fi Spanja u l-Portugall għas-sardin u tonn ippreservat li jorigina fi Spanja. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri perjodu tranżizzjonali li skada;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3599/90 tat-13 ta’ Diċembru 1990 li jirrimedja l-ħsara kkawżata mill-waqfien mis-sajd għal-lingwata komuni minn bastimenti li fl-1989 tajru l-bandiera ta’ Stat Membru [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 1989;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3863/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jistabbilixxi d-daqs minimu għall-bejgħ fis-suq tal-granċijiet applikabbli f’ċerti żoni kostali tar-Renju Unit. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 897/94 tat-22 ta’ April 1994 li jesiġi [jistipula] regoli dettaljati għall-applikar tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 [f’dak] li jirrigwarda l-proġetti pilota li għandhom x’jaqsmu mal-issorveljar kontinwu tal-pożizzjoni tad-dgħajjes [bastimenti] tas-sajd tal-Komunità. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1419/96 tat-22 ta’ Lulju 1996 li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat għall-klamar Loligo patagonica [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2378/1999 tad-9 ta’ Novembru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1282/1999 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 1998 [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 1998;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1103/2000 tal-25 ta’ Mejju 2000 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 1999 [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 1999;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2000 tal-31 ta’ Lulju 2000 li jipprojbixxi s-sajd għall-merluzz minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 2000;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 585/2001 tas-26 ta’ Marzu 2001 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2000. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 2000;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2496/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2001 [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 2001.

(3) Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ċarezza legali, ir-Regolamenti msemmija fil-premessa (2) għandhom jiġu rrevokati.

(4) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1 Regolamenti li se jiġu rrevokati

Ir-Regolamenti: (KEE) Nru 3459/85, (KEE) Nru 254/86, (KEE) Nru 3599/90, (KEE) Nru 3863/91, (KEE) Nru 897/94, (KE) Nru 1419/96, (KE) Nru 2378/1999, (KE) Nru 1103/2000, (KE) Nru 1702/2000, (KE) Nru 585/2001 u (KE) Nru 2496/2001 huma b’hekk imħassra.

Artikolu 2 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2009. Għall-Kummissjoni Joe Borg Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2009-02-20