Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 154/2009 tat-23 ta’ Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1859/2005 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Użbekistan
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/154@2009-02-23/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1859/2005 jipprojbixxi, fost affarijiet oħra, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment u l-esportazzjoni lejn l-Użbekistan ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna. L-Anness I ta' dak ir-Regolament jelenka l-prodotti li għalihom tapplika din il-projbizzjoni.
(2) Il-lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna għandha tkun aġġornata wara rakkomandazzjonijiet magħmula minn esperti, billi jkun ikkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew għal trattament jew piena oħra krudili, diżumana jew degradanti.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1859/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1859/2005 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Frar 2009. Għall-Kunsill Il-President A. Vondra
ANNEX
ANNESS
ANNESS I Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna msemmi fl-Artikoli 1(1), 2 u 4
1. Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
1.
1.1 Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-UE;
1.2 Munizzjon imfassal apposta għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti mfasslin apposta għalihom;
1.3 Weapon-sights mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.
2. Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.
3. Vetturi kif ġej:
3.
3.1 Vetturi mgħammra b’kanun tal-ilma, mfasslin jew immodifikati apposta għall-fini tal-kontroll tal-irvelli;
3.2 Vetturi mfasslin jew immodifikati apposta biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lil dawk li jattakkawhom;
3.3 Vetturi mfasslin jew immodifikati apposta biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta’ kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;
3.4 Vetturi mfasslin apposta għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew persuni arrestati;
3.5 Vetturi mfasslin apposta biex jiġu skjerati barrieri mobbli;
3.6Nota 1Nota 2
Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 mfasslin apposta għall-fini tal-kontroll tal-irvelli. Dan il-punt ma jikkontrollax vetturi mfassla apposta għall-finijiet ta’ tifi tan-nar. Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu vetturi jinkludi l-karrijiet.
4. Sustanzi esplussivi u tagħmir relatat kif ġej:
4.
4.1 Tagħmir u apparat imfassal apposta biex jagħti bidu lil splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi inklużi settijiet tal-isparar, detonaturi, igniters, boosters u fil detonatur u komponenti mfasslin apposta għalihom; minbarra dawk imfasslin apposta għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b’mezzi esplussivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom m’hijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (per eżempju, neffieħa tal-air-bags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa tal-elettriku ta’ attivaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar);
4.2 Kargi esplussivi linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;
4.3 Esplussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u sustanzi relatati kif ġej:
4.3 a.
amatol;
b.
nitrocellulose (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);
ċ.
nitroglycol;
d.
pentaerythritol tetranitrate (PETN);
e.
picryl chloride;
f.
2,4,6-trinitrotoluene (TNT).
5. Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:
5.
5.1 Korazzi tal-persuna li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti;
5.2 Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvell, tarki għal kontra l-irvell u tarki ballistiċi. Nota. Din id-daħla ma tikkontrollax:
tagħmir imfassal apposta għal attivitajiet sportivi;
tagħmir imfassal apposta għall-ħtiġijiet tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
6. Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u softwer imfassal apposta għalihom.
7. Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl u tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.
8. Barbed wire li jaqta’.
9. Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 ċm.
10. Tagħmir ta’ produzzjoni mfassal apposta għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista.
11. Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista.