Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis (035) fl-għalf li fih id-decoquinate u n-narasin/nicarbazin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2009-03-16from 2009-04-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/203@2009-03-16/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċedura biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-possibilità ta' modifika fl-awtorizzazzjoni ta' addittiv fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u fuq opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità).

(3) L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Bacillus subtilis DSM 17299 (O35) kien awtorizzat għal għaxar snin biex jingħata għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007.

(4) Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal modifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ din il-preparazzjoni biex ikun permess l-użu tagħha fl-għalf li fih il-koċċidjostati decoquinate u n-narasin/nicarbazin. Ma’ din l-applikazzjoni kien hemm mehmużin id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(5) L-Awtorità kkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2008, li kienet stabbilita l-kompatibbiltà tal-addittiv Bacillus subtilis DSM 17299 (O35) mad-decoquinate u n-narasin/nicarbazin.

(6) Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew sodisfatti.

(7) Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1137/2007 għandu jkun emendat skont dan.

(8) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1137/2007 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS 1.2. Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni Addittiv (Isem kummerċjali) Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. Speċi jew kategorija tal-annimal Età massima Kontenut minimu Kontenut massimu Dispożizzjonijiet oħra Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta' umdità ta’ 12 % Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana. 4b1821 Chr. Hansen A/S Bacillus subtilis DSM 17299 (O35) Tiġieġ għat-tismin — 8 × 108 1,6 × 109 Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbiltà għall-pelleting. L-użu huwa permess fl-għalf li jkun fih il-coccidiostats permessi: diclazuril, halofuginone, robenidine, decoquinate u narasin/nicarbazin. it-22 ta’ Ottubru 2017

Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 Li fih minimu ta’ 1,6 × 109 CFU/g addittiv

Karatterizzazzjoni tal-addittiv: sustanza: Bacillus subtilis DSM 17299 konċentrat ta’ spori

Metodu analitiku: Metodu ta’ enumerazzjoni bis-slajd imdellek (spread plate method) fuq l-agar tat-tryptone soya bi pretrattament bis-sħana trattament tal-kampjuni tal-għalf

Versions

  1. 2009-03-16