Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/2009 tat-13 ta' Jannar 2009 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2010 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/20@2009-01-13/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità, b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ ta’ kampjuni dwar il-forza tax-xogħol stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 jinkludi modulu ad hoc dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/618/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, il-Pjan ta’ direzzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jinkoraġġixxu lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jippromwovu bilanċ aħjar bejn il-ħajja u x-xogħol għal kulħadd f’termini ta’ ndukrar tat-tfal, faċilitajiet ta’ kura għal dipendenti oħrajn u l-promozzjoni ta’ liv tal-ġenituri kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Konsegwentement, hemm bżonn ta’ sett ta’ dejta komprensiva u komparabbli dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari sabiex isir monitoraġġ tal-progress fir-rigward tal-miri tal-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u sabiex jitqies l-impatt tal-politiki riċenti f’dan il-qasam.
(3) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-lista ddettaljata ta’ informazzjoni li għandha tinġabar fl-2010 mill-modulu ad hoc dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari għandha tkun kif stipulata fl-Anness.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Jannar 2009. Għall-Kummissjoni Joaquín Almunia Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL 1.2.——————————————— L-Ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2010 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari
L-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati: kollha. Il-varjabbli jridu jkunu kkodifikati kif ġej: L-ittikkettjar tal-varjabbli tal-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fil-kolonna Il-Filtru jirreferi għall-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trasmissjoni ta’ dejta mill-2009 'il quddiem, l-użu ta’ subkampjun għall-ġbir ta’ dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta’ referenza. Isem Kolonna Kodiċi Deskrizzjoni Il-Filtru REGCARE 197 Il-persuna tieħu ħsieb, b’mod regolari, tfal oħrajn li ma jaqbżux l-14-il sena (apparti minn tiegħu/tagħha stess jew ta’ martu/żewġha li jgħixu fl-istess dar) jew qraba/ħbieb morda, b’diżabilità, jew anzjani, li jkunu qabżu l-15-il sena u li jkollhom bżonn min jindukrahom Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena 1 Iva, ta’ tfal oħrajn li ma jaqbżux l-14-il sena 2 Iva, ta’ qraba/ħbieb li għandhom 15-il sena jew aktar u li għandhom bżonn min jindukrahom 3 Iva, ta’ tfal oħrajn li ma jaqbżux l-14-il sena u ta’ qraba/ħbieb li għandhom 15-il sena jew aktar u li għandhom bżonn min jindukrahom 4 Le 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba CHILDCAR 198 L-użu ta’ servizz għall-indukrar tat-tfal kull ġimgħa għall-iżgħar wild li jgħix mal-familja (inklużi individwi mqabbda jindukraw lit-tfal bi ħlas u pre-school; apparti mill-iskola obbligatorja) Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena fejn tal-anqas wieħed mill-ulied naturali, jew minn ulied il-mara/ir-raġel, ma jaqbiżx l-14-il sena u jgħix fl-istess dar Is-servizzi għall-indukrar tat-tfal jintużaw … kull ġimgħa 1 sa 10 sigħat 2 aktar minn 10 sigħat u mhux aktar minn 20 siegħa 3 aktar minn 20 siegħa u mhux aktar minn 30 siegħa 4 aktar minn 30 siegħa u mhux aktar minn 40 siegħa 5 aktar minn 40 siegħa 6 L-ebda użu ta’ servizzi għall-indukrar tat-tfal 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba IMPFACIL 199 L-impatt tad-disponibilità u l-affordabilità tas-servizzi ta’ ndukrar fuq min ma jaħdimx u fuq min jaħdem b’impjieg parzjali Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena (FTPTREAS ≠ 3 u SEEKREAS ≠ 3 u (REGCARE = 1-3 jew għandu tal-anqas wieħed mill-ulied naturali, jew minn ulied il-mara/ir-raġel, ma jaqbiżx l-14-il sena u jgħix fl-istess dar)) u FTPT ≠ 1 1 Ma jeżistux servizzi xierqa għall-indukrar tat-tfal, jew mhumiex affordabbli 2 Ma jeżistux servizzi xierqa għall-indukrar tal-morda, nies b’diżabilità, jew anzjani, jew mhumiex affordabbli 3 Ma jeżistux servizzi xierqa kemm għall-indukrar tat-tfal kif ukoll tal-morda, nies b’diżabilità, jew anzjani, jew mhumiex affordabbli 4 Il-faċilitajiet għall-indukrar ma jinfluwenzawx id-deċiżjoni għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba NOWRECHI 200 Ir-raġuni ewlenija (marbuta mal-indukrar tat-tfal) għaliex persuna ma taħdimx jew għaliex għandha impjieg parzjali Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u (NEEDCARE = 1,3 jew IMPFACIL = 1,3) 1 Ma jeżistux servizzi għall-indukrar tat-tfal 2 Is-servizzi li jeżistu għall-indukrar tat-tfal huma wisq għaljin 3 Is-servizzi li jeżistu għall-indukrar tat-tfal mhumiex ta’ kwalità tajba biżżejjed 4 Raġunijiet oħrajn marbuta man-nuqqas ta’ servizzi xierqa għall-indukrar tat-tfal 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba NOWRECAR 201 Ir-raġuni ewlenija (marbuta mal-indukrar ta’ dipendenti oħrajn) għaliex persuna ma taħdimx jew għaliex għandha impjieg parzjali Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u (NEEDCARE = 2,3 jew IMPFACIL = 2,3) 1 Ma jeżistux servizzi għall-indukrar 2 Is-servizzi li jeżistu għall-indukrar huma wisq għaljin 3 Is-servizzi li jeżistu għall-indukrar mhumiex ta’ kwalità tajba biżżejjed 4 Raġunijiet oħrajn marbuta man-nuqqas ta’ servizzi xierqa għall-indukrar 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba VARHOURS 202 Sigħat ta’ xogħol li jvarjaw Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u STAPRO = 3 1 Bidu u tmiem ta’ ġurnata tax-xogħol fissi jew ħinijiet tax-xogħol li jvarjaw, kif deċiż minn min qed iħaddem Skeda deċiża mill-impjegat fi ħdan waħda minn dawn l-iskemi: 2 Ħin flessibbli / Kuntratt ta’ ġbir ta’ sigħat ta’ xogħol 3 Numru ta’ sigħat fissi kuljum, iżda ftit flessibilità tul il-ġurnata 4 Jiddetermina l-iskeda ta' xogħol tiegħu proprja (assulutament l-ebda limitazzjonijiet formali) 5 Oħrajn 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba POSSTEND 203 Il-possibilità li wieħed ivarja l-bidu u/jew it-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol minħabba raġunijiet familjari (tal-anqas b’siegħa) VARHOURS = 1,3,5,vojt 1 Ġeneralment possibbli 2 Rarament possibbli 3 Mhuwiex possibbli 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba POSORGWT 204 Il-possibilità li wieħed jorganizza l-ħin tax-xogħol sabiex ma jidħolx għax-xogħol f'xi ġranet għal raġunijiet familjari (mingħajr ma juża l-vaganzi) Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u STAPRO = 3 1 Ġeneralment possibbli 2 Rarament possibbli 3 Mhuwiex possibbli 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba REDWORK 205 Sigħat ta’ xogħol imnaqqsa biex wieħed jieħu ħsieb l-iżgħar wild fid-dar għal tal-anqas xahar (eskluż il-liv tal-maternità Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena fejn tal-anqas wieħed mill-ulied naturali, jew minn ulied il-mara/ir-raġel, ma jaqbiżx it-8 snin u jgħix fl-istess dar u (WSTATOR = 1,2 jew (EXISTPR = 1 u REFYEAR–YEARPR ≤ l-età tal-iżgħar wild + 1)) 1 Iva 2 Le 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba STOPWORK 206 Il-persuna waqfet taħdem biex tieħu ħsieb l-iżgħar wild fid-dar għal tal-anqas xahar (eskluż il-liv tal-maternità Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena fejn tal-anqas wieħed mill-ulied naturali, jew minn ulied il-mara/ir-raġel, ma jaqbiżx it-8 snin u jgħix fl-istess dar u (WSTATOR = 1,2 jew (EXISTPR = 1 u REFYEAR–YEARPR ≤ l-età tal-iżgħar wild + 1)) 1 Le Iva, waqfet taħdem għal perjodu magħluq ta’ 2 sa 3 xhur 3 aktar minn 3 xhur u mhux aktar minn 6 xhur 4 aktar minn 6 xhur u mhux aktar minn sena 5 aktar minn sena 6 Il-persuna għadha ma daħlitx lura għax-xogħol 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba PARLEAVE 207 Liv tal-ġenituri sħiħ għal tal-anqas xahar biex wieħed jieħu ħsieb l-iżgħar wild fid-dar (eskluż il-liv tal-maternità) Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena fejn tal-anqas wieħed mill-ulied naturali, jew minn ulied il-mara/ir-raġel, ma jaqbiżx it-8 snin u jgħix fl-istess dar 1 Le, ma ħaditx liv tal-ġenituri sħiħ għal tal-anqas xahar Le, ma ħaditx liv tal-ġenituri sħiħ għal perjodu magħluq ta’ 2 sa 3 xhur 3 aktar minn 3 xhur u mhux aktar minn 6 xhur 4 aktar minn 6 xhur u mhux aktar minn sena 5 aktar minn sena 6 Għadha għaddejja bil-liv 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Ebda tweġiba 210/215 Fattur ta’ kejl għall-modulu ad hoc tal-2010 (mhux obbligatorju) Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena 0000-9999 Il-kolonni 210-213 fihom numri sħaħ 00-99 Il-kolonni 214-215 fihom il-punti deċimali