Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 227/2009 tad-19 ta’ Marzu 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2009 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

In forceVersion 2009-03-19from 2009-03-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/227@2009-03-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1) L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2009 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 Ġunju 2009 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(2) L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2009 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 Ġunju 2009 għal ċerti kwoti jinvolvu kwantitajiet li huma anqas minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 Ġunju 2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 Settembru 2009, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2009. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS

Nru tal-grupp Numru tas-serje Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.4.2009-30.6.2009 (%) Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1.7.2009-30.9.2009 (kg) 1 09.4410 0,597613 — 2 09.4411 2550000 3 09.4412 0,633719 — 4 09.4420 1,033551 — 5 09.4421 6,135039 — 6 09.4422 1,160906 —

Versions

  1. 2009-03-19