Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 238/2009 tad-19 ta’ Marzu 2009 li jiffissa l-prezz massimu għax-xiri tal-butir għall-ewwel stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 186/2009

In forceVersion 2009-03-19from 2009-03-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/238@2009-03-19/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 186/2009 fetaħ ix-xiri ta’ butir bi proċedura ta’ sejħiet għall-offerti għal perijodu li jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2009, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2008 tal-5 ta’ Frar 2008 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 li jirrigwarda l-intervent fis-suq tal-butir.

(2) Skont l-offerti li saru b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa' l-ebda waħda mill-offerti, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 105/2008.

(3) Fid-dawl tal-offerti li saru b'risposta għall-ewwel stedina individwali għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri.

(4) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Għall-ewwel stedina individwali għall-offerti għax-xiri ta’ butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 186/2009, li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fis-17 ta’ Marzu 2009, il-prezz massimu tax-xiri għandu jkun ta’ EUR 220,00/100 kg.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2009. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Versions

  1. 2009-03-19