Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 286/2009 tas-7 ta' April 2009 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melva de Andalucía (IĠP), Caballa de Andalucía (IĠP), Ovos Moles de Aveiro (IĠP), Castagna di Vallerano (DPO)]
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/286@2009-04-07/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjonijiet ta’ Spanja biex tirreġistra d-denominazzjonijiet Melva de Andalucía u Caballa de Andalucía, l-applikazzjoni tal-Portugall biex jirreġistra d-denominazzjoni Oves Moles de Aveiro u l-applikazzjoni tal-Italja biex tirreġistra d-denominazzjoni Castagna di Vallerano ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(2) Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 7 ta’ April 2009. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS 1.2. Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat: Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament:
ANNESS 1.
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex
Klassi 1.6. L-ITALJA
Castagna di Vallerano (DPO)
Klassi 1.7. Ħut, molluski, krustaċji friski u prodotti magħmulin minnhom
Klassi 1.7. SPANJA
Melva de Andalucía (IĠP) Caballa de Andalucía (IĠP)
ANNESS 1.2.
Klassi 2.4. Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
Klassi 2.4. IL-PORTUGALL
Ovos Moles de Aveiro (IĠP)