Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 452/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' miżuri għall-bejgħ ta' krema, butir u butir konċentrat fis-suq Komunitarju

In forceVersion 2009-05-29from 2009-06-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/452@2009-05-29/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari l-Artikoli 43, 101 u l-Artikolu 192 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 li stabbilixxa regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna għad-disponiment ta' krema, butir u butir ikkonċentrat fis-suq tal-Komunità. Dik l-iskema, ipprovduta bl-Artikolu 101 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tħassret permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008, u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007.

(2) F’dan il-kuntest u bil-ħsieb ta’ żbokki ta’ spiża aktar effikaċi għall-butir ta’ intervent u għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, għandhom jitneħħew ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-bejgħ tal-butir mill-intervent sabiex jintuża fi prodotti tal-għaġina, f‘ġelati u fi prodotti oħra tal-ikel.

(3) Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għandu jitħassar.

(4) Mill-1 ta’ Lulju 2009, l-Artikolu 101 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jitħassar permezz tar-Regolament (KE) Nru 72/2009. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għandu jitħassar mill-istess data. Madankollu, l-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 jipprovdi li l-pussess tal-butir jista’ jittieħed mill-20 jum tax-xahar li jiġi qabel ix-xahar kalendarju indikat fuq il-fattura sal-10 jum tax-xahar li jiġi wara x-xahar kalendarju indikat fuqha. Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mill-fatturi li jkunu validi sax-xahar ta' Ġunju 2009, liema xahar huwa inkluż ukoll, il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għandu jibqa' japplika għal dawk il-fatturi.

(5) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huwa mħassar. Madankollu, il-Kapitolu IV ta’ dak ir-Regolament għandu jibqa’ japplika u l-għajnuna tista’ titħallas għal kunsinni tal-butir abbażi tal-fatturi li huma validi sa Ġunju 2009, liema xahar huwa inkluż ukoll.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2009-05-29