Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2009 tal-4 ta’ Ġunju 2009 li jifissa l-prezz massimu tax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-4. stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 310/2009

In forceVersion 2009-06-04from 2009-06-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/466@2009-06-04/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 310/2009 fetaħ ix-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti għall-perijodu li jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2009, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 li jirrigwarda l-intervent fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat.

(2) Skont l-offerti li saru b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa’ l-ebda waħda mill-offerti, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 214/2001.

(3) Fid-dawl tal-offerti li saru b’risposta għall-4. stedina individwali għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri.

(4) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Għall-4. stedina individwali għall-offerti għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 310/2009 li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fit-2 ta’ Ġunju 2009, il-prezz massimu tax-xiri għandu jkun ta’ EUR 167,90/100 kg.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Versions

  1. 2009-06-04