Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 492/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jħassar 14-il Regolament li m’għadx hemm lokhom fil-Politika Komuni tas-Sajd
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/492@2009-05-25/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-1985, u b’mod partikolari l-Artikoli 162, 163(3), 164 (2), 165 (8), 171, 349 (5), 351 (5) u 352 (9) u 358 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Annessi VI, VII, IX u XII tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) It-titjib tat-trasparenza tal-liġi Komunitarja huwa element essenzjali tal-istrateġija għal regolamentazzjoni aqwa li l-istituzzjonijiet tal-Komunità qed jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li m’għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġislazzjoni effettiva.
(2) Ir-Regolamenti li ġejjin, marbuta mal-politika komuni tas-sajd, m’għadx hemm lokhom, minkejja li formalment għadhom fis-seħħ:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 31/83 tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar miżura komuni interim għar-ristrutturazzjoni tal-industrija tas-sajd fl-ibħra lokali u l-akwakultura. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kkonċerna l-finanzjament tal-Komunità tal-proġetti ta’ investiment għas-sena 1982;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3117/85 tal-4 ta’ Novembru 1985 li jippreskrivi regoli ġenerali dwar indennizzi f’forma ta’ kumpens fir-rigward tas-sardin. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub għall-applikazzjoni fil-perjodu transitorju li jiġi wara l-adeżjoni ta’ Spanja fil-Komunitajiet Ewropej;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3781/85 tal-31 ta’ Diċembru 1985 li jippreskrivi l-miżuri li jridu jittieħdu rigward operaturi li ma jikkonformawx ma’ ċerti disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sajd li jinsabu fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub għall-applikazzjoni fil-perjodu tranżitorju li jiġi wara l-adeżjoni ta’ Spanja fil-Komunitajiet Ewropej;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3252/87 tad-19 ta’ Ottubru 1987 dwar il-koordinament u l-promozzjoni fir-riċerka fil-qasam tas-sajd. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li l-każ huwa kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3571/90 tal-4 ta’ Diċembru 1990 li jintroduċi diversi miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd f’dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub għall-applikazzjoni fil-perjodu transitorju li jiġi wara l-unifikazzjoni tal-Ġermanja;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3499/91 tat-28 ta’ Novembru 1991 li jistabbilixxi qafas Komunitarju għal studji u proġetti-pilota għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Mediterran. Dak ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li l-każ huwa kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1275/94 tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar aġġustamenti għall-arranġamenti fil-kapitli dwar is-sajd fl-Att tal-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub għall-applikazzjoni fil-perjodu transitorju li jiġi wara l-adeżjoni ta’ Spanja fil-Komunitajiet Ewropej;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1448/1999 tal-24 ta’ Ġunju 1999 li jdaħħal miżuri transitorji għall-immaniġjar ta’ ċerti postijiet tas-sajd fil-Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1626/94. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li l-każ huwa kopert issa bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 300/2001 tal-14 ta’ Frar 2001 li jistabbilixxi l-miżuri li għandhom japplikaw fl-2001 għall-irkupru tal-ħażniet tal-merluzz fil-baħar Irlandiż (iż-żona ICES VIIa) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub li jkun fis-seħħ f’perjodu li kien diġà skada;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2561/2001 tas-17 ta’ Diċembru 2001 li jimmira li jippromwovi l-konverżjoni ta’ bastimenti tas-sajd li kienu dipendenti fuq il-ftehim tas-sajd mal-Marokk sal-1999, jiddependi mill-ftehim tas-sajd fil-Marokk. Dan ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li l-pjanijiet nazzjonali għall-konverżjoni tal-flotta li kien japplika għalihom spiċċa;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2341/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi għall-2003 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet [ħażniet] ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet [ħażniet] ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub sabiex imexxi l-attivitajiet tas-sajd li twettqu fl-2003;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2372/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jwaqqaf miżuri speċifiċi biex ikunu kumpensati il-prodotti tas-sajd, l-industrija tal-krostaċej u l-akwakultura [Spanjoli], li ġew affettwati mit-tixrid taż-żejt li kien ikkawżat mill-għarqa tat-tanker Prestige. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li l-programm nazzjonali ta’ kumpens li kien japplika għalihom spiċċa;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2287/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2003 li jiffissa għas-sena 2004 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli f’ibħra Komunitarji u, għal bastimenti Komunitarji, f’ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet ta’ qabdiet. Dan ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li kien maħsub sabiex imexxi l-attivitajiet tas-sajjied li twettqu fl-2004;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 52/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2005 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2006. Dan ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li kien maħsub sabiex imexxi l-attivitajiet tas-sajjied li twettqu fl-2006;
(3) Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, dawn ir-Regolamenti skaduti għandhom jitħassru,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Regolamenti li se jitħassru
Ir-Regolamenti: (KEE) Nru 31/83, (KEE) Nru 3117/85, (KEE) Nru 3781/85, (KEE) Nru 3252/87, (KEE) Nru 3571/90, (KEE) Nru 3499/91, (KE) Nru 1275/94, (KE) Nru 1448/1999, (KE) Nru 300/2001, (KE) Nru 2561/2001, (KE) Nru 2341/2002, (KE) Nru 2372/2002, (KE) Nru 2287/2003 u (KE) Nru 52/2006 huma b’dan imħassra.
Artikolu 2 Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009. Għall-Kunsill Il-President J. Šebesta