Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (2009/516/KE)

In forceVersion 2009-06-22
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/516@2009-06-22/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAl-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (il-Ftehim) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3) Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fit-28 ta’ Settembru 2008, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/797/KE tal-25 ta’ Settembru 2008.

(4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa li jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2009. Għall-Kunsill Il-President J. Šebesta

Versions

  1. 2009-06-22