Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/555@2009-06-25/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) mad-Direttiva 90/425/KEE, u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 18(1),
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għal tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għal għasafar bħal dawn wara l-importazzjoni.
(2) L-Anness V ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għat-tjur tar-razzett.
(3) Il-Ġermanja u r-Repubblika Slovakka rrevedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri approvati tagħhom ta’ kwarantina u bagħtu lista aġġornata ta’ dawk il-faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati stipulati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.
(5) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) Fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, jitneħħa dan li ġej: DE IL ĠERMANJA NW-2
(2) Wara l-parti li tikkonċerna lill-Portugall, jiżdied dan li ġej għar-Repubblika Slovakka: SK IR REPUBBLIKA SLOVAKKA SK-PO-101
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni