Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2009 tat-22 ta’ Jannar 2009 li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

In forceVersion 2009-01-22from 2009-01-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/62@2009-01-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]), u partikolarment l-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XIX ta' l-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2) Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet għall-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3) L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4) Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel, dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' mmarkar definiti bil-punt A ta' l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).

2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skond l-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom ikunu jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar ta' l-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll dawk definiti fil-punt A ta' l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2009. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS Ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mit-23 ta’ Jannar 2009

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje A huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej: E09 Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, Ħong Kong, ir-Russja, it-Turkija. E10 Il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Filippini. E19 Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Iżvizzera, u l-gruppi E09, E10. Kodiċi tal-prodott Destinazzjoni Unità tal-kejl Ammont tar-rifużjonijiet 0407 00 11 9000 A02 EUR/100 biċċa 0,78 0407 00 19 9000 A02 EUR/100 biċċa 0,39 0407 00 30 9000 E09 EUR/100 kg 0,00 E10 EUR/100 kg 16,00 E19 EUR/100 kg 0,00 0408 11 80 9100 A03 EUR/100 kg 25,10 0408 19 81 9100 A03 EUR/100 kg 12,60 0408 19 89 9100 A03 EUR/100 kg 12,60 0408 91 80 9100 A03 EUR/100 kg 15,90 0408 99 80 9100 A03 EUR/100 kg 4,00

Versions

  1. 2009-01-22