Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 644/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 623/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Lulju 2009

In forceVersion 2009-07-22from 2009-07-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/644@2009-07-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-23 ta’ Lulju 2009
  4. ANNESS II Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I (1)(2) 15.7.2009-21.7.2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1) Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 623/2009.

(2) Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 623/2009.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 623/2009 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 623/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mit-23 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS I Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-23 ta’ Lulju 2009

Kodiċi NK Isem tal-merkanziji Dazju tal-importazzjoni (EUR/t) 10011000 QAMĦ iebes ta' kwalità għolja 0,00 ta' kwalità medja 0,00 ta' kwalità baxxa 0,00 10019091 QAMĦ għaż-żrigħ 0,00 ex10019099 QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ 0,00 10020000 SEGALA 61,37 10051090 QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu 31,15 10059000 QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ 31,15 10070090 SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ 66,36

ANNESS II Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I (1)(2) 15.7.2009-21.7.2009

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: (EUR/t) Qamħ Qamħirrum Qamħ iebes kwalità għolja Qamħ iebes, kwalità medja Qamħ iebes kwalità baxxa Xgħir Borża Minnéapolis Chicago — — — — Kwotazzjoni 175,68 94,79 — — — — Prezz FOB USA — — 189,62 179,62 159,62 76,43 Tariffa fuq il-Golf — 16,16 — — — — Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar 8,75 — — — — — Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam 20,65 EUR/t Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam: 19,24 EUR/t

Versions

  1. 2009-07-22