Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 721/2009 tas-6 ta’ Awwissu 2009 dwar l-offerti kkomunikati għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/721@2009-08-06/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b' mod partikolari l-Artikolu 144(!) tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi.
(2) Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall, il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li ma tilqa' l-ebda waħda mill-offerti.
(3) B'qies partikulari għall-kriterji msemmija fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008, mhuwiex f' loku li jsir tnaqqis massimu fid-dazju.
(4) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ma għandha tintlaqa' l-ebda offerta minn dawk ikkomunikati bejn it-28 ta’ Lulju u is-6 ta’ Awwissu 2009 fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 676/2009.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2009. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali