Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2009 tal-25 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam

In forceVersion 2009-08-25from 2009-08-27
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/772@2009-08-25/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS XVII DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [(Ir-Regolament dwar l-OKS Unika)], u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jistipula sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju.

(2) Għall-għanijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż matul is-Serje tal-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2006, l-2007 u l-2008, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tat-tadam għandhom jiġu aġġustati.

(3) B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(4) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

ANNESS XVII DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Nru tas-Serje Kodiċi NM Deskrizzjoni Perjodu tal-iskattar Livell tal-iskattar (tunnellati) 78.0015 07020000 Tadam l-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju 415907 78.0020 l-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 40107 78.0065 07070005 Ħjar l-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru 19309 78.0075 l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April 17223 78.0085 07099080 Qaqoċċ l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju 16421 78.0100 07099070 Zukkini l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 65893 78.0110 08051020 Larinġ l-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju 700277 78.0120 08052010 Klementin l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar 385569 78.0130 08052030 08052050 08052070 08052090 Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar 95620 78.0155 08055010 Lumi l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 329947 78.0160 l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 61422 78.0170 08061010 Għeneb tal-mejda il-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru 89140 78.0175 08081080 Tuffieħ l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 824442 78.0180 l-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 327526 78.0220 08082050 Lanġas l-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April 223485 78.0235 l-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 70116 78.0250 08091000 Berquq l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju 5785 78.0265 08092095 Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares il-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu 133425 78.0270 080930 Ħawħ, inkluż nuċiprisk il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 131459 78.0280 08094005 Għanbaqar il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 129925

Versions

  1. 2009-08-25