Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9199) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2009/870/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/870@2009-11-27/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE, u b’mod partikolari l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u li tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces, tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati bi qbil mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.
(2) Is-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) wettaq spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Kopenħagen fid-Danimarka. Ir-riżultati tal-isepzzjoni kienu sodisfaċenti. Għaldaqstant, għandu jiżdied ċentru ta’ spezzjoni addizzjonali għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-lista stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/821/KE.
(3) Wara komunikazzjonijiet mid-Danimarka, Franza, l-Italja u l-Portugall, ċerti kategoriji ta’ annimali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati f’ċerti postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li diġà huma approvati skont id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dawk l-Istati Membri, stabbilita fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.
(4) Wara r-riżultati tal-ispezzjonijiet tal-FVO, b’konformità mad-Deċiżjoni 2009/821/KE, u l-komunikazzjonijiet minn Franza, l-Irlanda u l-Italja, ċerti kategoriji ta’ annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati f’ċerti postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li diġà huma approvati skont id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jitneħħew mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dawk l-Istati Membri, stabbilita fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.
(5) Wara komunikazzjoni mil-Latvja, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata biex titqies is-sospensjoni ta’ wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tagħha.
(6) Wara komunikazzjonijiet mill-Belġju, il-Ġermanja u Franza, ċerti postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dawk l-Istati Membri għandhom jitħassru mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/821/KE.
(7) Wara komunikazzjoni mill-Italja, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata biex titqies il-bidla fl-isem ta’ wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tagħha.
(8) Barra minn hekk, il-Belġju ħabbar li ngħalqet il-faċilità OCHZ fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera f’Zeebrugge u twaqqfet faċilità ta’ spezzjoni ġdida.
(9) Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.
(10) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/821/KE hu emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(1) Il-parti li tikkonċerna l-Belġju hi emendata kif ġej:
(1)
(a) l-annotazzjoni għall-port f’Oostende qiegħda titħassar;
(b) l-annotazzjoni għall-port f’Zeebrugge hi sostitwita b’dan li ġej: Zeebrugge BE ZEE 1 P HC(2), NHC(2)
(2) Il-parti li tikkonċerna d-Danimarka hi emendata kif ġej:
(2)
(a) l-annotazzjoni għall-ajruport f’Kopenħagen hi sostitwita b’dan li ġej: København DK CPH 4 A Centre 1, SAS 1 (North) HC(1)(2), NHC (*) Centre 2, SAS 2 (East) HC (*), NHC(2) Centre 3 U, E, O Centre 4 HC(2)
(b) l-annotazzjoni għall-port fi Skagen hi sostitwita b’dan li ġej: Skagen DK SKA 1 P HC-(FR)(1)(2)(3), NHC(6)
(3) Fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, l-annotazzjonijiet għall-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera f’Kiel, Lübeck u Rügen qegħdin jitħassru.
(4) Il-parti li tikkonċerna l-Irlanda hi emendata kif ġej:
(4)
(a) l-annotazzjoni għall-ajruport f’Dublin hi sostitwita b’dan li ġej: Dublin Airport IE DUB 4 A E
(b) l-annotazzjoni għall-ajruport f’Shannon hi sostitwita b’dan li ġej: Shannon IE SNN 4 A HC(2), NHC(2) U, E
(5) Il-parti li tikkonċerna lil Franza hi emendata kif ġej:
(5)
(a) l-annotazzjoni għall-port f’Concarneau–Douarnenez qiegħda titħassar;
(b) l-annotazzjoni għall-ajruport fi Roissy Charles–de–Gaulle hi sostitwita b’dan li ġej: Roissy Charles-de-Gaulle FR CDG 4 A Air France HC-T(1), HC-NT, NHC-NT France Handling HC-T(1), HC-NT, NHC Station animalière E, O(14)
(c) l-annotazzjoni għall-ajruport f’Vatry hi sostitwita b’dan li ġej: Vatry FR VRY 4 A HC-T(CH)(1)(2), NHC-NT(2)
6) Il-parti li tikkonċerna l-Italja hi emendata kif ġej:
6)
(a) l-annotazzjoni għall-port f’Civitavecchia hi sostitwita b’dan li ġej: Civitavecchia IT CVV 1 P HC(2), NHC(2)
(b) l-annotazzjoni għall-port f’Gioia Tauro hi sostitwita b’dan li ġej: Gioia Tauro IT GIT 1 P HC(2), NHC-NT(2)
(c) l-annotazzjoni għall-port f’Vado Ligure Savona hi sostitwita b’dan li ġej: Vado Ligure Savona IT VDL 1 P HC(2),NHC-NT(2)
(7) Fil-parti li tikkonċerna l-Latvja, l-annotazzjoni għall-port f’Riga (it-Terminal ta’ Baltmarine) hi sostitwita b’dan li ġej: Riga (Baltmarine Terminal) (*) LV BTM 1 P HC-T(FR)(2) (*)
(8) Fil-parti li tikkonċerna l-Portugall, l-annotazzjoni għall-ajruport f’Liżbona hi sostitwita b’dan li ġej: Lisboa PT LIS 4 A HC(2), NHC-NT(2) O