Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għall-ħniezer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol S.p.A.) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/896@2009-09-25/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.
(2) Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(3) L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni tal-mikro organiżmi Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer nisa, li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi addittivi żootekniċi.
(4) L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ġie awtorizzat mingħajr skadenza għall-friegħ tal-ħnieżer miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005, għall-ifrat għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 u għall-baqar tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007.
(5) Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħnieżer nisa. L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) tikkonkludi fl-opinjoni tagħha tat-3 ta' Frar 2009 li Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 tista' titqies bħala bla periklu għall-ispeċi fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent aktar wiesa'. Skont din l-opinjoni, il-preparazzjoni tista' ġġib effett ta' benefiċċju sinifikanti fuq il-piż tal-btan u l-ħnieżer żgħar individwali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(6) L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
(7) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi addittivi żootekniċi u mill-grupp funzjonali stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni Addittiv Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. Speċi jew kategorija tal-annimal Età massima Kontenut minimu Kontenut massimu Dispożizzjonijiet oħra Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana. 4b1710 Prosol S.p.A. Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 Ħnieżer nisa — 6,4 × 109 — Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha ssir il-ħażna, it-tul ta' żmien fil-ħażna u l-istabilità għall-pelleting. 19 ta’ Ottubru 2019
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 li fiha minimu ta': addittiv CFU/g 1 × 109 taħt forma ta' trab u mrammel.
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:
Saccharomyces cerevisiae
MUCL 39885.
Metodu analitiku:
Enumerazzjoni: metodu pour plate bl-użu tal-chloramphenicol glucose yeast extract agar.
Identifikazzjoni Metodu tar-reazzjoni katina tal-Polymerase (PCR)