Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/910@2009-09-29/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.
(2) Dan ir-Regolament jawtorizza użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf taż-żwiemel.
(3) B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(4) L-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza Alimentari (l-Awtorità) wettqet l-istima tar-riskju skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(5) L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi żootekniċi.
(6) L-użu ta’ dik il-preparazzjoni ilu awtorizzat għal għaxar snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 fil-każ tal-mogħoż u n-nagħaġ li jinħalbu u għal għaxar snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 fil-każ tal-ħrief.
(7) Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għaż-żwiemel. Fl-opinjonijiet tagħha tat-12 ta’ Settembru 2006 u tal-1 ta’ April 2009, l-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ma għandhiex effett mhux mixtieq fuq saħħet l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-preparazzjoni jista’ jkollha benefiċċju sinifikanti fuq id-diġestjoni tal-fibra. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(8) L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
(9) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi żootekniċi u mill-grupp funzjonali sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS 1.2.3.
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni Addittiv Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku Speċi jew kategorija tal-annimal Età massima Kontenut minimu Kontenut massimu Dispożizzjonijiet oħra Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità 4a1711 LALLEMAND SAS Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 Żwiemel — 3,0 × 109 — Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. Fil-forma miksija, għall-inklużjoni permezz ta’ għalf pelleted biss. Jekk il-prodott ikun ittrattat jew imħallat f’ambjent magħluq, għandhom jintużaw nuċċalijiet u maskri tas-sikurezza waqt it-taħlit, sakemm il-mixers ma jkunux mgħammra b’sistemi tal-exhaust. 20.10.2019
Kompożizzjoni tal-addittiv:
Għamla solida: Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta’ ċelloli vijabbli nixfin b’konċentrazzjoni minima garantita ta’ 2 × 1010 CFU/g.
Fl-għamla miksija: Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta’ ċelloli vijabbli nexfin b’konċentrazzjoni minima garantita ta’ 1 × 1010 CFU/g
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077: 80 % ta’ ċelloli vijabbli nexfin u 14 % ta’ ċelloli mhux vijabbli.
Metodu analitiku: Metodu għas-sustanzi dilwiti suċċessivi (pure plate method) u identifikazzjoni molekolari (PCR).