Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 915/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2009
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/915@2009-09-30/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.
(2) L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.
(3) Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 100200, 10051090, 10059000 u 10070090, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.
(4) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Mill-1 ta’ Ottubru 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-30 ta’ Settembru 2009. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS I Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2009
Kodiċi NK Isem tal-merkanziji Dazju tal-importazzjoni (EUR/t) 10011000 QAMĦ iebes ta' kwalità għolja 7,27 ta' kwalità medja 17,27 ta' kwalità baxxa 37,27 10019091 QAMĦ għaż-żrigħ 0,00 ex10019099 QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ 0,00 10020000 SEGALA 74,12 10051090 QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu 32,00 10059000 QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ 32,00 10070090 SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ 74,12
ANNESS II Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I (1)(2) 16.9.2009-29.9.2009
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: (EUR/t) Qamħ Qamħirrum Qamħ iebes kwalità għolja Qamħ iebes, kwalità medja Qamħ iebes kwalità baxxa Xgħir Borża Minnéapolis Chicago — — — — Kwotazzjoni 137,25 88,56 — — — — Prezz FOB USA — — 125,82 115,82 95,82 58,97 Tariffa fuq il-Golf — 18,38 — — — — Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar 10,11 — — — — — Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam 18,08 EUR/t Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam: 23,94 EUR/t