Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 934/2009 tas-7 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

In forceVersion 2009-10-07from 2009-10-08
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/934@2009-10-07/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex, u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2009. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg) Kodiċi NM Kodiċi tal-pajjiż terz Valur fiss tal-importazzjoni 07020000 MK 31,4 ZZ 31,4 07070005 TR 122,8 ZZ 122,8 07099070 TR 110,4 ZZ 110,4 08055010 AR 87,9 CL 77,5 TR 75,2 ZA 68,5 ZZ 77,3 08061010 BR 110,4 EG 159,5 TR 106,2 US 152,0 ZZ 132,0 08081080 BR 63,1 CL 86,9 NZ 75,8 US 80,3 ZA 68,0 ZZ 74,8 08082050 AR 82,8 CN 83,2 TR 92,6 ZA 78,9 ZZ 84,4

Versions

  1. 2009-10-07