Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPM/1/2009 tal-15 ta' Diċembru 2009 dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) (2009/958/PESK)

In forceVersion 2009-12-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2009/958@2009-12-15/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-8 ta' Diċembru 2009 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1) Taħt l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2009/906/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, konformement mal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u ta' direzzjoni strateġika tal-EUPM, u b'mod partikolari biex jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2) Fl-24 ta' Ottubru 2008, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), il-KPS ħatar bid-Deċiżjoni tiegħu 2008/835/PESK lis-Sur Stefan FELLER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUPM sal-31 ta' Diċembru 2009.

(3) Fit-13 ta' Novembru 2009, is-SĠ/RGħ ippropona lill-KPS li jestendi l-mandat tas-Sur Stefan Feller bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUPM għal sena oħra , sal-31 ta' Diċembru 2010.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-mandat tas-Sur Stefan FELLER bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina huwa b'dan estiż sal-31 ta' Diċembru 2010.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Din għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2010.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President O. Skoog

Versions

  1. 2009-12-15