Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dan l-iskop (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2010-11-09from 2010-11-30
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/1009@2010-11-09/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Ambitu
  3. Artikolu 2 Definizzjonijiet
  4. Artikolu 3 Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-parafangi
  5. Artikolu 4 Validità u estensjoni tal-approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 78/549/KEE
  6. Artikolu 5 Dħul fis-seħħ
  7. ANNEX
  8. ANNESS I Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-parafangi
  9. PARTI 1 Dokument ta' informazzjoni
  10. MUDELL
  11. 2.
  12. 2.4.
  13. 6.
  14. 6.6.
  15. 6.6.1.
  16. grp_5
  17. Noti ta' spjegazzjoni
  18. PARTI 2 Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE
  19. MUDELL Format: A4 (210 × 297 mm) ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
  20. Addendum 1.2.3.4.5. maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …
  21. Addendum 1. maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …
  22. ANNESS II Rekwiżiti għall-parafangi
  23. 2.2.1.2.1.1.2.1.1.1.2.1.2.2.1.3.2.1.4.2.2.2.3.
  24. 2.2.1.2.1.1.2.1.1.1.2.1.2.
  25. 2.2.1.2.1.1.2.1.1.1.2.1.2.2.1.3.
  26. 3.3.1.3.2.3.3.
  27. Figura 1 Nota ta’ spjegazzjoni (1) Dijagramma ta' parafangu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għalihom, u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas).

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE tat-12 ta' Ġunju 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-parafangi ta' vetturi bil-mutur. Ir-rekwiżiti stipulati f'dik id-Direttiva għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu emendati biex ikunu aġġornati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku.

(3) L-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jkun konformi ma' dak tad-Direttiva 78/549/KEE u għalhekk hu limitat għall-vetturi tal-kategorija M1.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' apparat tal-parafangi. Għaldaqstant jinħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għal din l-approvazzjoni tat-tip.

(5) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategoriji M1, kif ddefinita fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) tip ta' vettura għal dawk li huma parafangi tfisser vetturi li mhumiex differenti minn xulxin f'dawk li essenzjalment huma karatteristiċi tal-parafangi jew id-daqsijiet minimi u massimi tat-tajer u tar-rota xierqa biex jitwaħħlu fuq il-vettura, filwaqt li jitqiesu l-envelopes tat-tajer, id-daqsijiet tar-rimm u l-off-sets tar-rota kkonċernati;

(2) envelope tat-tajer tfisser il-wisa' massima tas-sezzjoni u d-dijametru ta' barra ta' tajer, inklużi t-tolleranzi, kif approvati u speċifikati skont l-approvazzjoni tal-komponent tiegħu;

(3) mezz ta' qabda fuq is-silġ tfisser katina għas-silġ jew xi mezz ekwivalenti li jipprovdi qabda fuq is-silġ, li jista' jitwaħħal fuq il-kombinazzjonji ta' tajer u rota tal-vettura u li mhux tajer għas-silġ, tajer għax-xitwa, tajer għall-istaġuni kollha jew kwalunkwe tajer ieħor għalih;

Artikolu 3 Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-parafangi

1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq lill-awtorita għall-approvazzjoni tat-tip l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vetturi fir-rigward tal-parafangi.

2. L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.

3. Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness II f'dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta' numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE. Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

4. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4 Validità u estensjoni tal-approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 78/549/KEE

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u l-użu ta' vetturi bl-approvazzjoni tat-tip qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u għandhom ikomplu jestendu l-approvazzjonijiet ta' dawk il-vetturi skont it-termini tad-Direttiva 78/549/KEE.

Artikolu 5 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ [fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS I Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-parafangi

PARTI 1 Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura bil-mutur fir-rigward tal-parafangi. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti. Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi oħra msemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

0.2. Tip: …

0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3. Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura: …

0.3.1. Fejn tinsab din il-marka: …

0.4. Kategorija ta’ vettura: …

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

1. IL-KARATTERISTIĊI TAL-BINI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …

1.3. L-għadd ta' fusien u roti: …

1.3.1. L-għadd u l-pożizzjoni ta' fusien b'roti doppji: …

1.3.2. L-għadd u l-pożizzjoni ta' fusien bi steering: …

1.3.3. Fusien powered (għadd, pożizzjoni, interkonnessjoni): …

2. PIŻIJIET U QISIEN

2.

2.3. Tul(ijiet) u wisa’(wisgħat) tal-fus

2.3.1. Tul ta' kull fus li huwa steered …

2.3.2. Tul tal-fusien l-oħra kollha: .…

2.3.3. Wisa’ tal-aktar fus wiesa’ ta' wara: …

2.3.4. Il-wisa’ tal-fus ta’ quddiem nett (imkejla fuq it-tarf ta’ barra tat-tajers għajr għall-bużżieqa mbuzzata 'l barra tat-tajers qrib l-art): …

2.4. Firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (b’kollox)

2.4.

2.4.1. Għal chassis mingħajr karozzerija

2.4.1.2. Wisa’: …

2.4.1.3. Għoli (f’kundizzjoni ta' sewqan) (Għal saspenxins li l-għoli tagħhom jista’ jiġi aġġustat, uri l-pożizzjoni normali f'kundizzjoni ta' sewqan): …

2.4.2. Għal chassis bil-karozzerija

2.4.2.2. Wisa’: …

2.4.2.3. Għoli (f’kundizzjoni ta' sewqan) (Għal saspenxins li l-għoli tagħhom jista' jiġi aġġustat, uri l-pożizzjoni normali f'kundizzjoni ta' sewqan): …

2.6. Massa f'kundizzjoni ta' sewqan Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta' vettura ta' l-irmonk ta' kategorija għajr għal M1, b'tagħmir ta' gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew massa tax-chassis jew chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta' gganċjar jekk il-manifattur ma jqiegħedx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta' gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) (massimu u minimu għal kull varjant): …

6. SASPENXIN

6.2.1. Aġġustament tal-livell: iva/le/mhux obbligatorja

6.

6.6. Tajers u roti

6.6.

6.6.1. Kombinazzjoni(jiet) tajer/rota

6.6.1.

(a) għal tajers indika deżinjazzjoni ta' daqs;

(b) għal roti indika d-daqs tar-rimmijiet u tal-off-set(s)

6.6.1.1. Fusien

6.6.1.1.1. Fus 1: …

6.6.1.1.2. Fus 2: … eċċ.

6.6.4. Deskrizzjoni tal-kombinazzjoni(ijiet) tal-mezz(i) ta' qabda fuq is-silġ u tat-tajer/rota fuq il-fus(fusien) ta' quddiem u/jew ta' wara adatt/i għat-tip ta' vettura, kif rrakkomandat mill-manifattur: …

grp_5

9.16. Parafangi

9.16.1. Deskrizzjoni fil-qosor tal-vettura fejn għandhom x'jaqsmu l-parafangi: …

9.16.2. Disinji fid-dettall tal-parafangi u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura fejn jidhru d-dimensjonijiet speċifikati fil-Figura 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament filwaqt li jittieħed kont tal-estremitajiet ta' kombinazzjonijiet tajer/rota: …

Noti ta' spjegazzjoni

PARTI 2 Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL Format: A4 (210 × 297 mm) ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip Komunikazzjoni dwar ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-parafangi fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1009/2010 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE: … Raġuni għall-estensjoni:… Annessi Pakkett ta' informazzjoni Rapport tat-test

Approvazzjoni tat-tip KE

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE

ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip KE

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE

0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

0.2. Tip: …

0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3. Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkati fuq il-vettura …

0.3.1. Fejn tinsab din il-marka: …

0.4. Kategorija ta' vettura: …

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

1. Aktar informazzjoni: ara l-Addendum.

2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3. Data tar-rapport tat-test: .…

4. Numru tar-rapport tat-test: …

5. Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6. Post: …

7. Data: …

8. Firma: …

Addendum 1.2.3.4.5. maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …

Aktar informazzjoni: Fus(fusien) permanentement motorizzati: fus 1/fus 2/… L-għoli tax-saspenxin aġġustabbli: iva/le Parafangi jinqalu/fissi f'biċċa waħda/f'partijiet Rimarki: …

Addendum 1. maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …

1.1. Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …

1.2. Deskrizzjoni tal-parafangi: …

1.3. Kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota (inkluż id-daqs tat-tajer, id-daqs tar-rimm u l-offset tar-rota): …

1.4. Deskrizzjoni tat-tip tal-mezz(i) ta' qabda fuq is-silġ li jista' jintuża: …

1.5. Kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota (inkluż id-daqs tat-tajer, id-daqs tar-rimm u l-offset tar-rota) li jrid jintuża mal-mezz(i) ta' qabda fuq is-silġ: …

ANNESS II Rekwiżiti għall-parafangi

1.1.1.1.2. REKWIŻITI ĠENERALI Il-vettura bil-mutur għandha tkun pprovduta b'parafangu għal kull rota. Il-parafangu jista' jikkonsisti minn partijiet tal-bodi tal-karozza jew minn parafangu separat u għandu jkun iddisinjat b'mod li jipproteġi l-utenti tat-triq, kemm jista' jkun, minn titjir ta' ġebel, tajn, silġ, borra u ilma u biex inaqqas il-periklu minħabba l-kuntatt mar-roti li jduru.

2.2.1.2.1.1.2.1.1.1.2.1.2.2.1.3.2.1.4.2.2.2.3.

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI Il-parafangi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin bil-massa tal-vettura aġġustata skont il-massa ddikjarata mill-manifattur f'kundizzjoni ta' sewqan b'passiġġier addizzjonali wieħed fuq l-ewwel filliera ta' bil-qiegħda u r-roti steered fid-direzzjoni dritta. Fil-parti magħmula mill-uċuħ radjali f’angolu ta’ 30° ’il quddiem u 50° lura lejn iċ-ċentru tar-roti (ara Figura 1), il-wisa’ totali (q) tal-parafangu għandha tkun mill-inqas suffiċjenti biex tkopri l-wisa’ kollha tat-tajer (b) filwaqt li jitqies l-envelope tat-tajer kif ukoll l-estremitajiet tal-kombinazjoni(ijiet) tat-tajer/rota kif speċifikat mill-manifattur. Fil-każ ta' roti doppji, għandhom jitqiesu l-envelopes tat-tajer u tal-wisa’ kollha taż-żewġ tajers (t). Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-wisgħat imsemmija fil-paragrafu 2.1.1, it-tikketti (marki) u t-tiżjin, faxxex jew strutturi ta' protezzjoni fuq il-barra tat-tajer ma jitqiesux. Il-wara tal-parafangu ma għandux jieqaf ’il fuq minn wiċċ mimdud 150 mm ’il fuq mill-assi ta' tidwir tar-roti, barra minn hekk: Il-profil u l-pożizzjoni ta' kull parafangu għandhom ikunu b'mod li jersqu kemm jista' jkun qrib it-tajers. B'mod partikolari fi ħdan il-parti magħmula mill-uċuħ radjali msemmija fil-paragrafu 2.1.1., ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom ikunu ssodisfati: Fil-każ ta' vetturi li għandhom għoli tas-saspenxin aġġustabbli, ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq għandhom jintlaħħqu meta l-vettura tkun fil-kundizzjoni normali ta' sewqan kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura. Il-parafangi jistgħu jikkonsistu minn ħafna komponenti, kemm-il darba ma jkunx hemm il-vojt bejn jew fi ħdan il-partijiet individwali meta jitwaħħlu fuq il-vettura. Il-parafangi għandhom jitwaħħlu fis-sod. Madanakollu, jistgħu jkunu jinqalgħu jew bħala unità jew f'partijiet.

2.2.1.2.1.1.2.1.1.1.2.1.2.

2.1.2.1. Fil-każ ta' rota waħda, l-intersezzjoni tat-tarf ta' wara tal-parafangu mal-wiċċ mimdud kif iddefinit fil-paragrafu 2.1.2. (ara Figura 1, punt A) għandha tkun ’il barra mill-wiċċ lonġitudinali medjan tat-tajer.

2.1.2.2. Fil-każ ta' roti doppji, l-intersezzjoni tat-tarf ta' wara tal-parafangu mal-wiċċ mimdud kif iddefinit fil-paragrafu 2.1.2. (ara Figura 1, punt A) mar-rota ta' barra għandha tkun ’il barra mill-wiċċ lonġitudinali medjan tat-tajer tat-tarf.

2.2.1.2.1.1.2.1.1.1.2.1.2.2.1.3.

2.1.3.1. Il-fond (p) tal-ispazju li jinsab fil-wiċċ wieqaf tal-assi tat-tajer, imkejjel mit-truf ta' barra u ta' ġewwa tal-parafangu mal-wiċċ wieqaf lonġitudinali li jgħaddi miċ-ċentru tat-tajer fuq ġewwa tal-parafangu, għandu jkun tal-inqas 30 mm. Dan il-fond (p) jista' jitnaqqas bil-mod il-mod għal żero lejn l-uċuħ radjali speċifikati fil-paragrafu 2.1.1.

2.1.3.2. Id-distanza (c) bejn it-trufijiet l-aktar baxxi tal-parafangu u l-fus li jgħaddi miċ-ċentru tad-tidwir tar-roti m'għandhiex tkun iktar minn 2 × r, fejn ir-raġġ (r) huwa r-raġġ statiku tat-tajer.

3.3.1.3.2.3.3.

L-UŻU TA' MEZZI TA' QABDA FUQ IS-SILĠ Fil-każ ta’ vetturi fejn żewġ roti biss huma ingranati, il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura hija ddisinjata b'mod li mill-inqas tip wieħed ta’ mezz ta' qabda fuq is-silġ jista’ jintuża fuq mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ kombinazzjonijiet ta' rota u tajer approvati għall-fus ingranat tal-vettura. Il-mezz ta' qabda fuq is-silġ u l-kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota adattati għat-tip ta' vettura għandhom ikunu speċifikati mill-manifattur skont il-punt 6.6.4. fid-dokument ta' informazzjoni. Fil-każ ta’ vetturi fejn ir-roti kollha huma ingranati, inklużi vetturi fejn il-fusien ingranati jistgħu jingranaw bl-idejn jew awtomatikament, il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura tkun iddisinjata b'mod li mill-inqas tip wieħed ta' mezz ta' qabda fuq is-silġ jista' jintuża fuq mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ kombinazzjonijiet ta' rota u tajer approvati għall-fus ingranat, li ma jistax jingrana waħdu, tal-vettura. Il-mezz ta' qabda fuq is-silġ u l-kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota adattati għat-tip ta' vettura għandhom ikunu speċifikati mill-manifattur skont il-punt 6.6.4. fid-dokument ta' informazzjoni. Il-manifattur tal-vettura għandu jinkludi struzzjonijiet rilevanti dwar l-użu korrett tal-mezzi ta' qabda fuq is-silġ speċifikati fil-ktejjeb tal-vettura u din l-informazzjoni għandha tingħata fil-lingwa nazzjonali, jew tal-inqas f'waħda mil-lingwi nazzjonali, tal-pajjiż li fih il-vettura tkun għall-bejgħ.

Figura 1 Nota ta’ spjegazzjoni (1) Dijagramma ta' parafangu

Il-wisa’ (b) tat-tajer hija ddeterminata mill-parti ta' fuq tat-tajer (wisa’ tas-sezzjoni tat-tajer bejn l-uċuħ radjali kif imsemmi fil-paragarfu 2.1.1).

Versions

  1. 2010-11-09