Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2010 tas-16 ta’ Novembru 2010 li jimponi dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

In forceVersion 2010-11-16from 2010-11-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/1042@2010-11-16/mt

Contents
  1. Preamble
  2. (11)
  3. (32)
  4. (81) Tabella 1 Konsum tal-Unjoni
  5. (83) Tabella 2 Importazzjonijiet totali li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ
  6. (95) Tabella 4 Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq
  7. (99) Tabella 5 Prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni
  8. (100) Tabella 6 Ħażniet
  9. (125) Tabella 9 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
  10. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi: PROĊEDURA Bidu

(1) Fit-18 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Avviż ta’ bidu), il-bidu ta’ proċedura antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ jew il-pajjiż ikkonċernat).

(2) Il-proċedura antidumping ingħatat bidu wara lment imressaq fl-4 ta’ Jannar 2010 minn CEPIFINE, l-assoċjazzjoni Ewropea tal-fabbrikanti tal-karta fina, (il-kwerelant) f’isem produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-karta fina miksija. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping ta’ dan il-prodott u ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċedura.

Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3) Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lill-produtturi tal-Unjoni oħrajn magħrufa, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ u assoċjazzjoni ta’ produtturi (assoċjazzjoni tal-karti), lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, lil importaturi magħrufa u lil utenti magħrufa dwar il-bidu tal-proċedura. Il-Kummissjoni avżat ukoll lill-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika (l-Istati Uniti) u lill assoċjazzjoni ta’ produtturi (assoċjazzjoni tal-karti) u, aktar tard, lil produttur fit-Tajlandja dwar il-bidu tal-proċeduri, peress li l-Istati Uniti u t-Tajlandja t-tnejn kienu kkunsidrati bħala pajjiżi possibilment analogi. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu għal seduta ta’ smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Avviż ta’ Bidu. Il-partijiet kollha interessati li talbu hekk u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu ingħataw seduta ta’ smigħ.

(4) Fid-dawl tan-numru li deher għoli ta’ produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi mhux relatati, ġie kkunsidrat it-teħid ta’ kampjuni fl-Avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex jippermettu li l-Kummissjoni tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni u jekk iva, biex tagħżel kampjuni, il-produtturi esportaturi kollha u l-assoċjazzjoni tal-karti magħrufa tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni u l-importaturi mhux relatati kollha magħrufa ġew mitluba jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-Avviż ta’ bidu, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom b’rabta mal-prodott ikkonċernat (kif definit fit-taqsima 2.1 t’hawn taħt) matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009. L-awtoritajiet tar-RPĊ ukoll ikkonsultati.

(5) Kif spjegat fil-premessa 28 t’hawn taħt, żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi pprovdew it-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Abbażi ta’ dak t’hawn fuq ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(6) Sabiex il-produtturi magħrufa li jesportaw fir-RPĊ jitħallew jissottomettu talba għat-trattament tal-ekonomija tas-suq (TES) jew trattament individwali (TI), jekk xtaqu hekk, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talba lill-produtturi esportaturi magħrufa li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Kif spjegat fil-premessi 33 u 53 t’hawn taħt, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ talab TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew TI jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet għal TES, filwaqt li grupp ieħor ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ talab għal TI.

(7) Kif spjegat fil-premessa 29 t’hawn taħt, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi tal-Unjoni.

(8) Kif spjegat fil-premessa 30 t’hawn taħt, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ għall-importaturi mhux relatati.

(9) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa bħala kkonċernati u lill-partijiet l-oħrajn kollha li talbu hekk sad-dati tal-għeluq stabbiliti fl-Avviż ta’ bidu, jiġifieri lill-kwerelant, lill-produtturi tal-Unjoni l-oħra magħrufa, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ u lil assoċjazzjoni ta’ produtturi (assoċjazzjoni tal-karti), lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, lil importaturi magħrufa, lil utenti magħrufa, lil produtturi magħrufa fl-Istati Uniti, lil assoċjazzjoni ta’ produtturi (assoċjazzjoni tal-karti) fl-Istati Uniti u lil produttur fit-Tajlandja.

(10) Ir-risposti għall-kwestjonarji u sottomissjonijiet oħrajn waslu minn żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi, l-assoċjazzjoni li ressqet l-ilment (l-assoċjazzjoni Ewropea tal-manifatturi tal-karta fina jew CEPIFINE), l-erba’ produtturi tal-Unjoni kwerelanti u produttur tal-Unjoni addizzjonali, 16-il importatur u negozjant mhux relatat, 17-il utent u tliet (3) assoċjazzjonijiet tal-istampar u tal-karti u mingħand produttur wieħed fl-Istati Uniti li kien ikkunsidrat bħala pajjiż analogu.

(11) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset bħala meħtieġ għall-iskop tal-analiżi ta’ TES/TI għad-determinazzjoni provviżorja tad-dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-post tal-kumpaniji li ġejjin:

(11)

(a) Produtturi u assoċjazzjoni tal-Unjoni

CEPIFINE, Brussell, il-Belġju,

Sappi Fine Paper Europe, Brussell, il-Belġju,

LECTA Group (CARTIERE DEL GARDA SpA, Riva del Garda, l-Italja CONDAT SAS, Le Plessis Robinson, Franza u TORRASPAPEL, S.A., Barċellona, Spanja), Barċellona, Spanja,

Burgo Group spa, Altavilla Vicentina, l-Italja u l-kumpaniji relatati tagħha Burgo Distribuzione srl, Milan, l-Italja u Ebix sa, Barċellona, Spanja,

Papierfabrik Scheufelen GmbH, Lenningen, il-Ġermanja.

(b) Produtturi esportaturi fir-RPĊ

(b)

(1) Sinar Mas Paper (China) Investment Co Ltd, il-kumpanija possedenti tal-Asia Pulp & Paper Group (APP).

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

Ningbo Zhonghua Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Ningbo, Provinċja ta’ Zhejiang, ir-RPĊ

Ningbo Asia Pulp & Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Ningbo, Provinċja ta’ Zhejiang, ir-RPĊ

(2) Chenming Paper Group (Chenming).

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

(c) Kumpaniji relatati mal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

Gold East (Hongkong) Trading Co., Ltd., Ħong Kong

Chenming (HK) Limited, Ħong Kong

Asia Pulp & Paper Italia SRL, Padova, l-Italja

(d) Importaturi fl-Unjoni

Cartaria Subalpina, Turin, l-Italja,

Middleton Paper, Walsall, ir-Renju Unit,

Paperlinx, Northampton, ir-Renju Unit.

(12) Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produttur esportatur fir-RPĊ fin-nuqqas ta’ TES, saret żjara ta’ verifika sabiex jiġi stabbilit il-valur normali abbażi ta’ dejta minn pajjiż analogu, f’dan il-każ l-Istati Uniti, fil-post tal-kumpanija li ġejja:

S.D. Warren Company d/b/a Sappi Fine Paper North America, Boston, Massachusetts, l-Istati Uniti

Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(13) L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 (il-perjodu ta’ investigazzjoni jew PI). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sat-tmiem tal-PI (il-perjodu kkunsidrat).

IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI Il-prodott ikkonċernat

(14) Il-prodott ikkonċernat hija karta fina miksija li hija karta jew kartun miksi fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat (minbarra karta tat-tip kraft jew kartun tat-tip kraft), f’folji jew rombli u b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma jaqbiżx l-400 g/m2 u luminożità ta’ aktar minn 84 (li titkejjel skont l-ISO 2470-1), li toriġina mir-RPĊ (il-prodott ikkonċernat jew CFP (coated fine paper)) li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex48101320, ex48101380, ex48101420, ex48101480, ex48101910, ex48101990, ex48102210, ex48102290, ex48102930, ex48102980, ex48109910, ex48109930 u ex48109990.

(15) Is-CFP hija karta u kartun ta’ kwalità għolja li normalment jintużaw għall-istampar ta’ materjal għall-qari bħal magazins, katalgi, rapporti annwali, u pubblikazzjonijiet annwali. Il-prodott ikkonċernat jinkludi kemm folji u rombli adatti għall-użu f’magni tal-istampar li jieħdu l-folji (cut star). Ir-rombli adatti għall-użu f’magni tal-istampar li jieħdu l-folji separati (rombli li jinqatgħu) huma ddisinjati sabiex jinqatgħu f’biċċiet qabel l-istampar, u b’hekk huma kkunsidrati li jistgħu jiġu sostitwiti u bħala f’kompetizzjoni diretta mal-folji.

(16) Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix rombli adattati għall-magni tal-istampar bir-rombli. Ir-rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar bir-rombli huma definiti bħala dawk ir-rombli li, jekk jiġu ttestjati skont l-istandard tat-test ISO, ISO 3783:2006 dwar id-determinazzjoni tar-reżistenza għat-tiċrit, - il-metodu tal-veloċità aċċellerata li juża t-tester IGT (mudell tal-elettriku), jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 N/m meta jsir kejl b’mod trasversali tal-karta (CD) u riżultat ta’ inqas minn 50 N/m meta jsir kejl fid-direzzjoni tal-magna (MD). Barra minn hekk, f’kuntrast mar-rombli użati f’magni għall-istampar li jieħdu l-folji, ir-rombli għall-użu f’magni tal-istampar bir-rombli normalment jiddaħħlu direttament fil-magni għall-istampar u ma jinqatgħux minn qabel.

(17) Parti waħda sostniet li l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni kellu definizzjoni wisq limitata u li rombli tal-CFP adatti għall-istampar bir-rombli kellhom jiġu inklużi. Ġie affermat li r-rombli għall-istampar bir-rombli u dawk inklużi fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni (rombli li jinqatgħu u folji) kellhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi u ma hemmx distinzjoni bejniethom. Barra minn hekk ġie affermat li t-tnejn li jintużaw għal stampar ta’ kwalità għolja u li b’hekk setgħu sa ċertu punt jinbidlu ma’ xulxin.

(18) Madankollu, f’kuntrast mal-affermazzjoni t’hawn fuq l-investigazzjoni kkonfermat li tassew hemm karatteristiċi tekniċi u fiżiċi distinti bħall-umdità u l-ebusija bejn il-karta użata għall-istampar bir-rombli u dik użata għall-istampar li jieħu l-folji. L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-karatteristiċi tekniċi elenkati fil-premessa 16 t’hawn fuq huma uniċi għar-rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar bir-rombli. Minħabba dawn id-differenzi l-karta użata għall-istampar bir-rombli jew dik użata għall-istampar li jieħu l-folji ma tistax tintuża fl-istess tip ta’ magna għall-istampar u b’hekk il-karti ma jistgħux jinbidlu ma’ xulxin. Huwa nnutat li l-partijiet kollha qablu li ż-żewġ tipi ta’ karta huma distinti fir-rigward tas-saħħa tal-wiċċ u s-seħħa tensili tagħhom.

(19) Barra minn hekk, il-parti inkwistjoni stqarret li l-konsumaturi jqisu s-CFP fl-għamla ta’ folji, rombli tat-tqattigħ u rombli web bħala suq waħdieni u għalhekk il-kanali tad-distribuzzjoni huma l-istess. Il-karatteristiċi tekniċi differenti jirriflettu rwieħhom biss fid-differenzi minimi fil-prezz fost dawn il-gruppi ta’ prodotti.

(20) Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li ż-żewġ tipi ta’ rombli wkoll ma jistgħux jinbidlu ma’ xulxin minn perspettiva ekonomika peress li rombli għall-istampar bir-rombli jintużaw għal xogħlijiet ta’ stampar ta’ volum kbir u normalment isiru skont l-ordni u jeħtieġu konsenja eżatt fil-ħin, b’hekk dawn il-prodotti ma jinħażnux minn intermedjarji iżda jintbagħtu direttament lill-utenti finali, jiġifieri jinbiegħu wkoll permezz ta’ katina ta’ distribuzzjoni differenti mir-rombli użati fl-istampar li jieħu l-folji. Il-proċess ta’ produzzjoni differenti u l-ekonomiji ta’ skala differenti fil-proċess tal-istampar huma riflessi fid-differenzi distinti fil-prezzijiet.

(21) Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjoni ġew miċħuda.

(22) L-istess parti stqarret li r-reżistenza għall-picking ma kinetx karatteristika teknika adatta biex wieħed jiddiferenzja bejn il-prodotti billi dan it-test ikun ta’ natura ġenerali u r-riżultati tat-test barra minn hekk jistgħu jiġu affettwati mill-kontenut niedi tal-karta ttestjata. Il-parti kompliet tgħid li abbażi ta’ xi testijiet oħra li saru fuq il-kampjun tas-CFP għall-istampar web-fed (inklużi prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni), jidher li dawn il-prodotti ma jaqgħux fid-definizzjoni attwali tal-prodott li tkun turi li l-kriterju tar-reżistenza għall-picking mhux adattat biex jiġu distinti s-CFP użati fl-istampar web-fed u sheet-fed. Qabelxejn, ma tressqet l-ebda evidenza fir-rigward tal-istqarrija li l-kontenut niedi tal-karta jaf jagħmel ir-riżultati tat-test għat-test ISO tal-istandard ISO 3783:2006 mhux ta’ min joqgħod fuqhom. It-tieni nett, sa fejn għandhom x’jaqsmu t-testijiet tal-kampjuni tas-CFP għall-istampar web-fed, it-tali testijiet ma sarux minn espert indipendenti u l-affidabilità u l-oġġettività ta’ dawn it-testijiet għaldaqstant huma meqjusa bħala insuffiċjenti biex wieħed jibbaża xi konklużjonijiet fuqhom. Għalhekk, ir-reżistenza għall-picking instabet b’mod proviżorju li hija karatteristika teknika affidabbli biex wieħed jiddistingwi bejn is-CFP użat fl-istampar web-fed u dak sheet-fed.

(23) Matul l-investigazzjoni, ċertu partijiet sostnew ukoll li l-karti u l-kartun b’ħafna saffi (multi-ply) (kif definit fil-premessa li jmiss) għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma sostnew li l-karti u l-kartun b’ħafna saffi kellu karatteristiċi fiżiċi differenti bħal diversi saffi, ebusija ogħla u densità aktar baxxa u li l-użu finali ta’ dawn il-prodotti kien differenti peress li dawn normalment jintużaw għall-kartun li jintlewa u għall-applikazzjonijiet tal-ippakkjar. Dawn il-partijiet fl-aħħar sostnew li l-karti u l-kartun b’saff wieħed u b’ħafna saffi jista’ jiġi distint faċilment mill-apparenza fiżika tiegħu.

(24) Il-karti u l-kartun b’ħafna saffi, kif inhuma definiti fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għas-sottotitklu 4805, huma prodotti miksuba billi jiġu ppressati flimkien żewġ saffi jew aktar ta’ polpa niedja li fosthom talanqas waħda għandha karatteristiċi differenti mill-oħrajn. Dawn id-differenzi jistgħu jiġu min-natura tal-polpi użati (eż. skart riċiklat), mill-metodu tal-produzzjoni (eż. mekkaniku jew kimiku) jew, jekk il-polpi huma tal-istess natura u ġew prodotti bl-istess metodu, il-grad tal-ipproċessar (eż. bla bliċ, bil-bliċ jew ikkuluriti).

(25) L-investigazzjoni wriet li l-karti u l-kartun b’ħafna saffi tabilħaqq għandhom xi karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti; biex wieħed ikun aktar speċifiku, għandu diversi saffi ta’ polpa li jagħtuh riġidità miżjuda. Il-karti u l-kartun b’ħafna saffi huma prodotti b’metodu ta’ produzzjoni differenti li jeħtieġ magna tal-karti differenti minn dik użata għall-produzzjoni tal-CFP, peress li fil-proċess tal-produzzjoni diversi saffi ta’ polpa jitqiegħdu fi prodott wieħed. Fl-aħħar, il-karti u l-kartun b’ħafna saffi jservu skopijiet differenti (l-aktar ippakkjar) meta mqabbel mal-CFP li jintuża għall-istampar ta’ kwalità għolja ta’ materjal promozzjonali, magazins, eċċ. B’hekk, il-karti u l-kartun b’ħafna saffi provviżorjament mhumiex ikkunsidrati bħala l-prodott ikkonċernat kif definit fil-premessa 24. Konsegwentement, il-kodiċijiet NM imsemmija li jkopru l-importazzjonijiet tal-karti u l-kartun b’ħafna saffi huma provviżorjament esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(26) Fl-aħħar, produttur Ċiniż wieħed sostna li l-hekk imsejjaħ kartun għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni peress li ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ karta fina (sew jekk miksija u sew jekk le) minħabba d-differenzi allegati fil-piż, il-ħxuna u r-riġidità tiegħu. Instab li t-terminu kartun normalment jintuża għal karta b’sustanzi għoljin li jagħmlu l-karta ġeneralment itqal, jiġifieri kartun huwa komunement definit bħala karta b’piż bażi ta’ ’l fuq minn 224 g/m2. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li d-differenza fil-piż m’għandiex impatt sinifikanti fuq il-karatteristika fiżika u teknika li jifdal u fuq l-użi aħħarija li jagħmluh differenti mill-prodott ikkonċernat. Ġie nnutat ukoll li, kif spjegat fil-premessa 14, il-CFP kollu b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma jaqbiżx l-400 g/m2 ġie espliċitament inkluż fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. B’hekk il-kartun huwa provviżorjament ikkunsidrat bħala l-prodott ikkonċernat.

Prodott simili

(27) Il-prodott ikkonċernat, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ, u fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, li provviżorjament serva bħala l-pajjiż analogu, kif ukoll il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni instabu li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. B’hekk huma provviżorjament ikkunsidrati bħala simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

IT-TEĦID TA’ KAMPJUNI It-teħid tal-kampjuni għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(28) Żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ biss ippreżentaw ruħhom u wieġbu għat-talba għad-dejta tal-kampjuni fl-Avviż ta’ bidu. Grupp wieħed (Chenming) jirrappreżenta żewġ produtturi esportaturi relatati filwaqt li l-grupp l-ieħor (APP) jirrappreżenta 4 produtturi esportaturi relatati. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw jirrappreżentaw l-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ għall-Unjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

It-teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(29) Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni t-teħid ta’ kampjuni kien previst fl-Avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara eżaminazzjoni tat-tagħrif sottomess u minħabba li erba’ produtturi tal-Unjoni biss ippreżentaw ruħhom sad-dati tal-għeluq stabbiliti fl-Avviż ta’ bidu, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ. L-erba’ produtturi li kooperaw tqiesu bħala rappreżentattivi (jkopru 61 % tal-produzzjoni totali) tal-industrija tal-Unjoni kif definita fil-premessa 77 ta’ hawn taħt. L-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li kooperaw ġiet verifikata fuq il-post u ntużat għall-mikroindikaturi kif spjegat fil-premessa 90.

It-teħid ta’ kampjuni tal-importaturi mhux relatati

(30) Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ importaturi, it-teħid ta’ kampjuni kien previst għall-importaturi fl-Avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara eżaminazzjoni tat-tagħrif sottomess u minħabba n-numru baxx ta’ importaturi li indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

DUMPING Metodoloġija ġenerali

(31) Il-metodoloġija ġenerali stabbilita hawn taħt ġiet applikata għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li kkooperaw.

Trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES)

(32) Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet antidumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma ppreżentati f’forma mqassra hawn taħt:

(32)

(1) it-teħid ta’ deċiżjonijiet kummerċjali u l-ispejjeż għal skopijiet ta’ negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri fis-suq;

(2) il-kumpaniji għandhom sett ċar ta’ rekords tal-kontabilità li jiġu awditjati indipendentement, skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (IAS) u jiġu applikati għall-iskopijiet kollha;

(3) m’hemmx tagħwiġ sinifikanti ttrasferit mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

(4) il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbiltà legali;

(5) il-kambji tal-valuta jsiru bir-rata tas-suq.

(33) Grupp ta’ produtturi esportaturi wieħed biss (jiġifieri l-APP) fir-RPĊ talab TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Il-parti ssottomettiet 33 formola ta’ talba tat-TES b’referenza għall-erba’ produtturi esportaturi relatati tagħha u sensiela ta’ kumpaniji relatati oħrajn involuti fil-prodott ikkonċernat jiġifieri mtieħen tal-polpa, kumpaniji kimiċi, kumpaniji tal-forestrija (produtturi upstream) u kumpaniji kummerċjali domestiċi.

(34) Meta ġie kkunsidrat in-numru għoli ta’ talbiet tat-TES, ġie kkunsidrat xieraq, għall-iskop tal-investigazzjoni preliminari, li jiġu limitati ż-żjarat ta’ verifika fil-post għall-erba’ produtturi esportaturi tal-grupp.

(35) Il-Kummissjoni fittxet it-tagħrif kollu meqjus bħala meħtieġ u vverifikat it-tagħrif kollu sottomess fit-talbiet tat-TES fil-post tal-erba’ produtturi esportaturi relatati.

(36) Ġie kkunsidrat li t-TES ma jingħatax peress li l-ebda minnhom ma ssodissfaw l-ewwel, it-tieni u t-tielet kriterji kif stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(37) Safejn huwa kkonċernat il-kriterju 1, ġew stabbiliti diskrepanzi fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali u l-ispejjeż għal skopijiet ta’ negozju. Instab li f’diversi okkażjonijiet ma kien hemm l-ebda evidenza dwar pagamenti magħmula għat-trasferiment tal-ishma tal-kumpaniji. Barra minn hekk kontribuzzjonijiet jew mill-azzjonisti pubbliċi jew minn partijiet relatiti f’assi fissi, art u nefqiet konvertiti f’ishma ma ġewx evalwati indipendentement. Fl-aħħar, f’wieħed mill-każijiet l-ishma għaddew minn azzjonist pubbliku għal wieħed tal-kumpaniji tal-grupp APP bi prezz mhux tas-suq. Fir-rigward tal-ispejjeż, l-investigazzjoni stabbiliet li, meta tiġi kkunsidrata l-metodoloġija użata mill-grupp biex jiġu rreġistrati l-inputs tal-materja prima, hemm nuqqas ta’ evidenza dwar l-ispiża tal-inputs ewlenin ta’ materja prima. Konsegwentement, ġie konkluż li l-erba’ produtturi esportaturi relatati ma tawx prova li jissodisfaw il-kriterju 1.

(38) Fir-rigward tal-kriterju 2, ġie stabbilit li l-prinċipji fundamentali tal-Istandards tal-Kontabilità Internazzjonali (IAS) u b’mod partikolari IAS 1 ġew injorati (jiġifieri, l-prinċipju tad-dovuti, it-tpaċija, in-nuqqas ta’ prudenza u ta’ rappreżentazzjoni ġusta tat-tranżazzjonijiet) kemm fil-kontijiet kif ukoll fl-awditjar tagħhom, li tefa’ dubju fuq l-affidabilità tal-kontijiet tal-kumpaniji. Konsegwentement, ġie konkluż li l-erba’ produtturi esportaturi relatati ma tawx prova li jissodisfaw il-kriterju 2.

(39) F’dak li għandu x’jaqsam mal-kriterju 3, l-investigazzjoni żvelat l-eżistenza ta’ tagħwiġ sinifikanti fir-rigward tad-drittijiet dwar l-użu tal-art (LUR) rilevanti għall-erba’ produtturi esportaturi relatati. Tagħwiġ bħal dan iwassal għall-konklużjoni li l-LUR ma jingħatawx u ma jinżammux skont il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq. Ġie stabbilit ukoll fuq il-post li jeżisti tagħwiġ sinifikanti fl-għoti ta’ self lill-erba’ produtturi esportaturi relatati mis-settur bankarju/finanzjarju Ċiniż. Ħafna mis-self ingħata minn banek b’ishma sinifikanti mill-Istat filwaqt li jeżistu indikazzjonijiet ċari li l-politiki industrijali tal-Istat ġenerali ġew ikkunsidrati mill-istituzzjonijiet finanzjarji meta ġiet stabbilita l-affidabilità finanzjarja tal-grupp li rriżulta fl-għoti ta’ self lil kumpaniji li kienu f’sitwazzjoni finanzjarja ħażina. Meta ġie kkunsidrat dan kollu msemmi hawn fuq, ġie konsegwentement konkluż li l-erba’ produtturi esportaturi relatati ma tawx prova li jissodisfaw il-kriterju 3.

(40) L-APP u l-produtturi tal-Unjoni ingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar is-sejbiet t’hawn fuq.

(41) Il-produtturi tal-Unjoni qablu mas-sejbiet t’hawn fuq. Huma kkontestaw ukoll l-argumenti magħmula mill-grupp esportatur Ċiniż dwar li ngħata t-TES peress li l-Kummissjoni qed twettaq investigazzjoni kontra s-sussidji simultanjament.

(42) Il-grupp esportatur Ċiniż ma qabilx mas-sejbiet t’hawn fuq.

(43) Fir-rigward tal-Kriterju 1, ġie sottomess li t-trasferimenti tal-ishma tal-kumpaniji tal-grupp u l-pagamenti magħmula fuqhom huma rrelevanti għal dan il-kriterju peress li l-kriterju jeħtieġ li l-kumpaniji jieħdu deċiżjonijiet kummerċjali b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq. F’dan ir-rigward ġie nnutat li n-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjoni tat-TES (jiġifieri n-nuqqas ta’ evidenza dwar pagamenti fuq trasferimenti tal-ishma, ammonti baxxi mhux raġonevoli li tħallsu lill-azzjonisti pubbliċi għat-trasferimenti tal-ishma, l-ebda evalwazzjoni indipendenti tal-assi kontribwiti) għandhom impatt fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali. Tabilħaqq, il-fatt li kumpanija tista’ tevita pagamenti fuq it-trasferimenti tal-ishma, tuża assi evalwati inqas/iżjed fil-kapital azzjonarju tagħha u twettaq trasferimenti tal-ishma ma’ kumpaniji pubbliċi li ma jkollhomx spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni ekonomika, għandu impatt dirett fuq il-pożizzjoni finanzjarja tagħha u l-kapaċità tagħha li tieħu deċiżjonijiet b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq.

(44) Fir-rigward ta’ materja prima, tqajjem l-argument li l-Kummissjoni kellha tinvestiga jekk ix-xiri ta’ materja li sar mill-fornituri ta’ materja prima upstream tal-grupp Ċiniż sarx b’valuri fis-suq. Ġie sottomess ukoll li s-sejbiet tal-Kummissjoni mhumiex korretti. F’dan ir-rigward ġie nnutat li l-investigazzjoni stabbiliet li huwa prattikament impossibbli li jiġi rintraċċat xi jħallas il-grupp għal kwalunkwe tip ta’ akkwisti ta’ materja prima.

(45) Fir-rigward tal-Kriterju 2 tqajjem l-argument li l-istandards tal-kontabilità Ċiniżi (GAAP) ġew rikonoxxuti mill-UE bħala ekwivalenti għall-IFRS/IAS. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-valutazzjoni tat-TES titwettaq b’konformità mal-IAS u mhux mal-istandards tal-kontabilità Ċiniżi. F’kwalunkwe każ, u b’mod partikolari fid-dawl tal-ekwivalenza allegata bejn iż-żewġ settijiet ta’ standards, kien ikun normali li wieħed jistenna li n-nuqqasijiet li nstabu f’dan ir-rigward jiġu enfasizzati mill-awditur. L-APP qajjem argument dwar il-fatt li l-kumpaniji tiegħu jiksru l-elementi tar-regoli tal-IAS imsemmija fil-valutazzjoni tat-TES (il-prinċipju tad-dovuti, il-prinċipju tar-rappreżentazzjoni ġusta tat-tranżazzjonijiet u t-tpaċija). Madankollu l-kummenti pprovduti ma dgħajfux is-sejbiet tal-investigazzjoni.

(46) Fir-rigward tal-Kriterju 3 u b’mod partikolari tal-LUR kien tqajjem l-argument li dan il-kriterju jirreferi għal tagħwiġ sinifikanti li għadda mis-sistema mhux tas-suq u mhux għall-indħil mill-Istat ta’ tip li huwa komuni f’pajjiżi b’ekonomija tas-suq. B’hekk ġie sottomess li t-tagħwiġ identifikat fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ LUR mhuwiex speċifiku għar-RPĊ iżda jeżisti wkoll fl-Ewropa peress li dawn huma restrizzjonijiet imposti minn awtoritajiet responsabbli milli jiġbdu l-investituri u milli jiżguraw li l-investimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli. F’dan ir-rigward huwa nnutat li f’kwalunkwe każ mhuwiex l-iskop tal-investigazzjoni li tiddetermina jekk jistax jeżisti xi tagħwiġ fl-Unjoni. Barra minn hekk l-investigazzjoni stabbiliet li l-allokazzjoni tal-art kienet marbuta direttament ma’ sett ristrett ta’ regoli (kemm fir-rigward ta’ kundizzjonijiet u rati ta’ kiri) li ġejjin direttament mis-sistema mhux tas-suq preċedenti. Dawn ir-regoli jiddeskrivu sistema ppjanata ċentralment li mhijiex konformi mal-prinċipji ta’ ekonomija tas-suq.

(47) Fir-rigward ta’ self, ġie sottomess li s-sejbiet tal-Kummissjoni huma spekulattivi. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-investigazzjoni stabbiliet rabta evidenti bejn il-kapaċità tal-grupp li jikseb finanzjament mill-bank u li jilħaq l-għanijiet stabbiliti mis-sistema ekonomika Ċiniża ppjanata ċentralment. Ġie sottomess ukoll li t-tagħwiġ li ndunat bih il-Kummissjoni jista’ jkun l-aktar f’għamla ta’ sussidji. Għalhekk ġie sostnut li peress li hemm l-investigazzjoni parallela kontra s-sussidji, dawn is-sussidji allegati ma jistgħux ikunu bażi biex jiġi rrifjutat it-TES. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-valutazzjoni tat-TES stabbiliet li jeżisti tagħwiġ fl-għoti tas-self mis-settur bankarju/finanzjarju Ċiniż. Dan huwa tagħwiġ ittrasferit mis-sistema ekonomika mhux tas-suq u m’għandu l-ebda rabta ma’ jekk l-impatt ta’ dawn l-azzjonijiet jistax jiġi kkunsidrat bħala sussidji kumpensatorji.

(48) Matul l-investigazzjoni provviżorja l-APP issottometta rappreżentazzjonijiet li jsostnu li l-grupp ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi għandu jingħata t-TES sabiex jevita l-għadd doppju mal-investigazzjoni kontra s-sussidji parallela. Ġie sostnut li s-sussidji tal-Istat jiffurmaw parti mill-valutazzjoni tat-TES, għandhom impatt fuq is-sejbiet tat-TES u b’hekk se jiġu indirizzati fl-investigazzjoni kontra s-sussidji parallela. Sabiex tikkorrobora dawn l-affermazzjonijiet il-parti għamlet ukoll referenza għall-prinċipju tal-proporzjonalità u d-dritt tal-amministrazzjoni tajba.

(49) Din l-affermazzjoni għandha tiġi rrifjutata minħabba r-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel, ġie nnutat li l-kriterji dwar it-TES huma stabbiliti b’mod ċar fir-Regolament bażiku u elenkati taħt il-premessa 32 t’hawn fuq. Il-fatt li bħalissa qed issir investigazzjoni kontra s-sussidji ma jżommx lura lill-awtorità tal-investigazzjoni milli twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-għoti tat-TES jiġu sodisfatti. It-tieni nett, il-kwistjoni tal-għadd doppju tad-dazji kumpensatorji u antidumping hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti, l-aktar l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku u 24(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri fil-Komunità Ewropea, u ma tiddependix fuq jekk l-esportatur inkwistjoni jingħatax TES jew le. F’kwalunkwe każ peress li d-dazju antidumping provviżorju propost għall-partijiet Ċiniżi kollha li jikkooperaw huwa bbażat fuq il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu u mhux fuq il-marġni ta’ dumping, kwalunkwe affermazzjoni dwar l-għadd doppju hija invalida.

(50) Tnejn mill-erba’ produtturi esportaturi relatati nstabu li jipproduċu biss il-kartun b’ħafna saffi msemmi fil-premessa 23 t’hawn fuq. F’dan ir-rigward huwa mfakkar li ġie provviżorjament konkluż li l-kartun b’ħafna saffi għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-proddott tal-investigazzjoni attwali. B’hekk, jekk jiġu kkonfermati s-sejbiet provviżorji fir-rigward tal-ambitu tal-prodott, is-sejbiet tat-TES fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ produtturi esportaturi relatati mhumiex se jkunu rilevanti għal din il-proċedura.

(51) Skont il-prattika tal-UE, jekk kumpanija relatata waħda assoċjata mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat ma tikkwalifikax għat-TES, it-TES ma jistax jingħata lill-grupp ta’ kumpaniji relatati. B’hekk, huwa konkluż li l-kumpaniji tal-APP ma jistgħux jingħataw it-TES.

Trattament individwali (TI)

(52) Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju li japplika għall-pajjiż kollu, jekk ikun jeżisti, huwa stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, minbarra f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku sabiex jingħataw TI. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma ppreżentati hawn taħt:

fil-każ ta’ ditti li huma totalment jew parzjalment ta’ sidien barranin jew impriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati liberament;

il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fuq il-Bord tad-Diretturi jew li għandhom karigi maniġerjali prinċipali għandhom jew ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija xorta waħda hija indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat;

il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq; u

L-indħil mill-Istat mhuwiex tali li jippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħatawlhom rati differenti ta’ dazju.

(53) Iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi (jiġifieri l-APP u Chenming) talbu għal TI.

(54) Abbażi tat-tagħrif disponibbli u vverifikat waqt iż-żjarat ta’ verifika, instab li l-produtturi esportaturi li kkooperaw ta’ APP u ta’ Chenming it-tnejn li huma ssodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(55) Meta ġie kkunsidrat dan t’hawn fuq, huwa provviżorjament stabbilit li l-produtturi esportaturi li kkooperaw rilevanti jistgħu jingħataw TI.

Valur normali Pajjiż analogu

(56) Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma jingħatalhomx TES għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (pajjiż analogu).

(57) Fl-Avviż ta’ bidu l-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu xieraq għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u stiednet il-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar dan.

(58) Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ bagħat kummenti li jesprimu xettiċiżmu fir-rigward tal-użu tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu xieraq u ppropona t-Tajlandja bħala alternattiva. Fir-rigward tal-Istati Uniti ġie sostnut li wieħed mill-produtturi fl-Istati Uniti x’aktarx ikun kumpanija relatata ma’ wieħed mill-kwerelanti tal-UE. Ġie sottomess ukoll li l-produtturi tal-Istati Uniti huma involuti fi proċedura parallela kontra l-istess prodott Ċiniż, li l-produtturi tal-Istati Uniti huma konsiderevolment issussidjati u li għandhom tagħmir antikwat.

(59) Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet ikkonċernati kollha għall-kummenti dwar il-proposta ta’ din il-parti. Il-produtturi tal-Unjoni ma qablux mal-użu tat-Tajlandja bħala pajjiż analogu xieraq u kkuntestaw l-argumenti tal-parti Ċiniża fir-rigward tal-produtturi tal-Istati Uniti. Il-kumpanija Tajlandiża msemmija fis-sottomissjoni tal-parti Ċiniża ġiet ikkuntattjata iżda ssottomettiet rifjut bil-miktub li tikkoopera mal-investigazzjoni. L-ebda produttur esportatur ieħor tal-prodott ikkonċernat fit-Tajlandja ma kien magħruf.

(60) Il-Kummissjoni fittxet il-kooperazzjoni minn produtturi fl-Istati Uniti. Intbagħtu ittri u kwestjonarji rilevanti lil tliet kumpaniji magħrufa msemmija fl-ilment u lil assoċjazzjoni rilevanti ta’ produtturi tal-karti. Mill-kumpaniji kkuntattjati, produttur wieħed biss issottometta t-tagħrif meħtieġ għad-determinazzjoni tal-valur normali u qabel li jikkoopera mal-investigazzjoni.

(61) L-investigazzjoni stabbiliet li l-Istati Uniti għandha suq kompetittiv għall-prodott simili. Il-fatt li l-Istati Uniti imponiet dazji antidumping u kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-karti mir-RPĊ ma jistax jitqies bħala raġuni kontra l-użu tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu, peress li hemm livell ta’ kompetizzjoni biżżejjed f’dak il-pajjiż. Fir-rigward tal-affermazzjonijiet magħmula dwar is-sussidji u t-tagħmir antikwat fl-Istati Uniti huwa nnutat li dawn kellhom jiġu rrifjutati peress li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza konkreta biex tappoġġja dawn l-affermazzjonijiet u m’hemm l-ebda tagħrif verifikabbli rilevanti. Fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-produttur li kkoopera tal-Istati Uniti u kumpanija waħda ta’ produtturi tal-Unjoni huwa nnutat li dak li jgħodd f’dan ir-rigward huwa li r-rabtiet bejn il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu possibbli u l-kumpanija tal-Unjoni ma jinfluwenzawx id-dejta dwar il-valur normali. L-investigazzjoni ma wrietx influwenza ta’ dan it-tip fir-rigward tat-tagħrif miksub fl-Istati Uniti.

(62) L-investigazzjoni żvelat ukoll li l-volum ta’ produzzjoni tal-produttur li kkoopera tal-Istati Uniti tikkostitwixxi konsiderevolment aktar minn 5 % tal-volum tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, b’hekk il-produzzjoni kienet rappreżentattiva f’termini ta’ volum. Fir-rigward tal-kwalità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards tal-prodott simili fl-Istati Uniti, ma nstabux differenzi globali kbar meta mqabbel mal-prodotti Ċiniżi. B’hekk, is-suq tal-Istati Uniti ġie kkunsidrat bħala rappreżentattiv biżżejjed għad-determinazzjoni tal-valur normali għar-RPĊ.

(63) Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq ġie provviżorjament konkluż li l-Istati Uniti tikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

Id-determinazzjoni tal-valur normali

(64) Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif ivverifikat riċevut mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu kif stabbilit hawn taħt:

(65) Il-bejgħ domestiku tal-produttur Amerikan tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv f’termini ta’ volum meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produttur esportatur waħdieni li kkoopera fir-RPĊ.

(66) Twettqet ukoll eżaminazzjoni dwar jekk il-bejgħ domestiku jistax jiġi meqjus bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ, billi għal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni. Minħabba li l-volum ta’ bejgħ bi profitt tal-prodott simili għal kull tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, jew il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, kkalkolat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku bi profitt waqt il-PI.

(67) Huwa nnutat li l-produttur Amerikan li kkoopera pproduċa u biegħ it-tipi kollha tal-prodott simili fis-suq Amerikan waqt il-PI.

Prezz tal-esportazzjoni

(68) Fir-rigward tal-APP, huwa nnutat li, tnejn mill-erba’ produtturi esportaturi relatati nstabu li jipproduċu biss kartun b’ħafna saffi, imsemmi fil-premessa 23 t’hawn fuq. F’dan ir-rigward huwa mfakkar li ġie provviżorjament konkluż li l-kartun b’ħafna saffi għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni attwali. B’hekk id-dejta dwar il-prezz tal-esportazzjoni pprovduta minn dawn iż-żewġ kumpaniji ġiet eskluża mill-kalkoli tad-dumping.

(69) Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jew (i) permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu barra l-Unjoni jew (ii) permezz ta’ kumpanija tal-kummerċ relatata li tinsab ġewwa l-Unjoni.

(70) Meta l-bejgħ tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati barra l-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-prodott meta mibjugħ mill-kumpaniji tal-kummerċ relatati lill-Unjoni, jiġifieri lil xerrej indipendenti, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli.

(71) Meta l-bejgħ tal-esportazzjonijiet lill-Unjoni sar permezz ta’ kumpanija tal-kummerċ relatata fl-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ssawru skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet li bihom għall-ewwel il-prodott impurtat ġie mibjugħ mill-ġdid lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni. Saret konċessjoni għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-profitt miksub fl-Unjoni mill-kumpanija li timporta waqt il-PI. Fir-rigward tal-marġni tal-profitt, il-profitt attwali tal-operatur relatat ma setax jintuża peress li r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-operatur relatat għamlet dawn il-prezzijiet mhux affidabbli. Il-marġni ta’ profitt rilevanti b’hekk ġie stabbilit f’rata raġonevoli, ħafna inqas mir-rata tal-profitt imsemmija fil-premessa 155, li wieħed normalment jistenna li jikseb f’dan it-tip ta’ operazzjonijiet kummerċjali.

Tqabbil

(72) It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ex–works.

(73) Għall-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ingħatat konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għall-produtturi esportaturi investigati fir-RPĊ, saru aġġustamenti għal differenzi fl-ispejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-kreditu, it-tnaqqis fi tmiem is-sena, il-kummissjonijiet, il-pretensjonijiet tal-kwalità u l-imposti għall-ipproċessar tal-bank fejn kien applikabbli u ġġustifikat.

Il-marġni tad-dumping

(74) Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali peżat medju skont it-tip tal-prodott ma’ prezz tal-esportazzjoni peżat medju skont it-tip tal-prodott kif stabbilit hawn fuq.

(75) Abbażi tal-metodoloġija t’hawn fuq il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: Produttur esportatur Marġni tad-dumping Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ 43,9 % Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ 43,9 % Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ 63 % Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ 63 %

(76) Abbażi tat-tagħrif disponibbli mill-ilment u l-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, hemm produtturi oħrajn magħrufa tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ. Madankollu, minħabba l-fatt li l-volum tal-esportazzjoni rrapportat instab li kien ogħla mid-dejta tal-importazzjoni tal-Eurostat, il-livell ta’ kooperazzjoni kien ikkunsidrat wieħed għoli u l-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu għar-RPĊ ġie stabbilit bl-użu tal-marġni tad-dumping stabbilit għall-kumpaniji li kkooperaw bl-ogħla rata ta’ dazju individwali, jiġifieri 63 %.

IL-PRODUTTURI TAL-UNJONI Il-produzzjoni tal-Unjoni

(77) Waqt il-PI, il-prodott simili ġie manifatturat minn 14-il produttur magħruf u xi wħud żgħar ħafna fl-Unjoni Id-dejta pprovduta minn CEPIFINE hija stmata li qed tkopri 98 % tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-produzzjoni tal-Unjoni totali ġiet stmata għal madwar 5270000 tunnellata waqt il-PI.. Il-produtturi tal-Unjoni li jammontaw għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(78) L-industrija tal-karta fina miksija tirrikjedi enerġija u kapital intensiv. Għal din ir-raġuni japplikaw ekonomiji tal-kobor li jispjegaw il-konċentrazzjoni tal-produzzjoni fost ftit atturi kbar, ikkomplimentati minn produtturi iżgħar li jiffukaw fuq swieq li huma ġeografikament fil-qrib. Ħames produtturi simili kbar ikopru ħafna mis-suq tal-Unjoni b’faċilitajiet tal-produzzjoni mifruxa madwar l-Ewropa. L-akbar parti tal-CFP huwa tip ta’ prodott bażiku u prinċipalment huwa kkumerċjalizzat permezz tan-negozjanti tal-karti u l-bejjiegħa bl-ingrossa. Dawn il-kanali ta’ distribuzzjoni huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ konċentrazzjoni ta’ poter tax-xiri u trasparenza tal-prezzijiet permezz ta’ kwotazzjonijiet ta’ prezzijiet.

(79) Kif jissemma fil-premessa 17 hawn fuq, parti interessata waħda stqarret li CFP xieraq għall-istampar web-fed missha ġiet inkluża fl-ambitu tal-investigazzjoni preżenti. Abbażi ta’ dan, il-parti argumentat li l-industrija kwerelanti tal-Unjoni ma kienx ikollha biżżejjed saħħa fil-proċediment preżenti. Abbażi tal-konklużjonijiet imsemmija fil-premessi 20 u 22, madankollu, is-CFP adatta għall-istampar web-fed u s-CFP għall-istampar sheet-fed huma żewġ prodotti differenti, u għalhekk, l-istqarrija kellha tiġi miċħuda.

DANNU Il-konsum tal-Unjoni

(80) Il-konsum ġie stabbilit abbażi ta’ dan li ġej:

il-Eurostat għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi aġġustati kif jixraq abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-produtturi tal-Unjoni għall-prodotti mhux koperti mill-proċedura. L-investigazzjoni sabet, abbażi l-evidenza pprovduta, li dawn is-suppożizzjonijiet kienu raġonevoli u ġustifikati;

il-volum tal-esportazzjoni totali vverifikat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni, peress li l-volum tal-esportazzjoni rrapportat instab li kien ogħla mid-dejta ta’ importazzjoni miksuba mill-Eurostat;

il-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni kollha bbażat fuq it-tagħrif ipprovdut minn CEPIFINE.

(81) Tabella 1 Konsum tal-Unjoni

Fuq din il-bażi, il-konsum totali tal-Unjoni ġie stabbilit kif ġej: Sors: risposti vverifikati għall-kwestjonarju, aġġustati mill-Eurostat u dejta pprovduta minn CEPIFINE. Konsum tal-Unjoni 2006 2007 2008 2009/IP Tunnellati 5308275 5508183 5384770 4572057 Indiċi 100 104 101 86

(82) B’mod ġenerali, il-konsum tal-Unjoni naqas b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Instab li l-konsum l-ewwel naqas b’4 % bejn l-2006 u l-2007, u wara dan il-perjodu naqas bi 18 % bejn l-2007 u l-PI. It-tnaqqis fil-konsum fl-2008 u l-PI kien ir-riżultat ta’ domanda aktar baxxa, speċjalment fl-ewwel nofs tal-2009, minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

Importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ

(83) Tabella 2 Importazzjonijiet totali li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 80, il-volum tal-bejgħ totali vverifikat tal-prodott ikkonċernat tal-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fis-suq tal-Unjoni nstab li kien ogħla mill-volumi tal-importazzjoni rrapportati mill-Eurostat. Peress li ġie meqjus li t-tagħrif ivverifikat huwa aktar preċiż mill-istatistiċi disponibbli, il-volum tal-importazzjoni totali mir-RPĊ ġie stabbilit abbażi tat-tagħrif ivverifikat ipprovdut mill-kumpaniji li kkooperaw. Il-volumi tal-bejgħ tal-kumpaniji li kkooperaw li nstabu li kienu qed jesportaw biss kartun b’ħafna saffi matul il-perjodu kkunsidrat, ġew esklużi mill-importazzjonijiet totali, peress li ġie provviżorjament konkluż, kif spjegat fil-premessa 24, li l-karta u l-kartun b’ħafna saffi m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala l-prodott ikkonċernat. Peress li d-dejta ta’ importazzjoni dwar il-prodott ikkonċernat tirreferi biss għal żewġ kumpaniji, ġie kkunsidrat xieraq għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità li jintwerew f’forma ta’ indiċi. Sors: Risposti għall-kwestjonarju. Importazzjonijiet totali mir-RPĊ 2006 2007 2008 2009/IP Volumi (indiċi) 100 218 212 283 Sehem mis-suq (indiċi) 100 210 209 329 Prezzijiet (EUR/tunnellata) 677 661 657 621 Indiċi 100 98 97 92

(84) Il-volum tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ żiedu b’mod sinifikanti, u kważi ttripplaw matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala riżultat, is-sehem mis-suq tagħhom żdied b’mod sinifikanti minn madwar 1 % fl-2006 għal aktar minn 4 % fil-PI. Dan għandu jkun fid-dawl ta’ konsum dejjem jonqos li waqa’ b’14 % matul l-istess perjodu. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ urew tnaqqis ta’ 8 % matul il-perjodu kkunsidrat.

Twaqqigħ tal-prezz

(85) Għall-għanijiet li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet tal-bejgħ peżati medji għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works, ġew imqabbla mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b’aġġustamenti xierqa għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(86) Kif spjegat fil-premessa 28, il-kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi kienet għolja ħafna u meqjusa li tkopri l-volum tal-esportazzjoni totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-PI. Minħabba l-fatt li ż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li oriġinalment ippreżentaw ruħhom ma nstabux li kienu qed jesportaw il-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa 50, l-importazzjonijiet tagħhom ma ġewx ikkunsidrati għall-iskop tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz.

(87) It-tqabbil wera li matul il-PI, il-prodott ikkonċernat li huwa l-oġġett ta’ dumping li joriġina mir-RPĊ mibjugħ fl-Unjoni waqqa’ l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni b’medja ta’ 5,6 %. Il-livell tal-marġni tat-twaqqigħ għandu jitqies fid-dawl ta’ livell għoli ta’ trasparenza tal-prezzijiet appoġġjat minn kwotazzjonijiet ta’ prezzijiet li jikkaratterizzaw is-suq tad-distribuzzjoni tal-CFP.

Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni u tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw Kummenti preliminari

(88) Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq il-produtturi tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal valutazzjoni tal-istat tal-produtturi tal-Unjoni mill-2006 sal-aħħar tal-PI.

(89) L-elementi makroekonomiċi (produzzjoni, kapaċità, utilizzazzjoni tal-kapaċità, volum tal-bejgħ, sehem fis-suq, tkabbir u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping) ġew ivvaluati fil-livell tal-produzzjoni kollha tal-Unjoni, abbażi tat-tagħrif ipprovdut minn CEPIFINE.

(90) L-analiżi tal-elementi makroekonomiċi twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni (il-prezzijiet medji tal-unità, l-impjieg, il-pagi, il-produttività, il-ħażniet, il-profitt, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-kapaċità li jiżdied il-kapital) abbażi tat-tagħrif tagħhom, ivverifikat kif xieraq.

(91) Parti waħda stqarret li wieħed mill-produtturi li kkooperaw naqas milli jikkoopera bis-sħiħ billi huwa relatat ma’ produttur ieħor fl-Unjoni Ewropea permezz ta’ 1. ishma u 2. investiment bi sħab li jikkonsisti f’bejgħ esklużiv u ftehimiet dwar forniment ta’ materja prima. L-investigazzjoni, min-naħa l-oħra, ikkonfermat li l-għadd ta’ ishma f’idejn il-produttur inkwistjoni tal-UE kien wieħed minuri u taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 143 tal-IPCCC. Barra minn hekk, il-ftehimiet bejn iż-żewġ kumpaniji ma kinux jinkludu elementi li jwasslu għal kunsiderazzjoni li r-relazzjonijiet bejniethom tista’ tkun estiża ’l hinn minn relazzjoni normali ta’ negozju bejn xerrej u bejjiegħ.

Dejta marbuta mal-industrija tal-Unjoni (indikaturi makroekonomiċi) Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità Sors: Dejta pprovduta minn CEPIFINE. 2006 2007 2008 2009/IP Produzzjoni (tunnellati) 6483462 6635377 6381324 5164475 Indiċi 100 102 98 80 Kapaċità (tunnellati) 7032734 7059814 6857226 6259129 Indiċi 100 100 98 89 Utilizzazzjoni tal-Kapaċità 92 % 94 % 93 % 83 % Indiċi 100 102 101 90

(92) Kif jidher fit-tabella t’hawn fuq, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għandu jiġi nnutat li għalkemm il-konsum tal-Unjoni naqas b’madwar 1 % bejn l-2006 u l-2008, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni waqgħet b’2 % matul dak il-perjodu, filwaqt li naqset b’mod sinifikanti bejn l-2008 u l-PI, wara l-waqgħa fil-konsum tal-Unjoni.

(93) Mill-2000, il-produtturi tal-Unjoni għamlu sforzi kbar fir-ristrutturar bl-għan li jindirizzaw l-eċċess ta’ kapaċità strutturali. Permezz ta’ konsolidamenti u l-għeluq tal-imtieħen, l-industrija tal-Unjoni naqqset l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha tas-CFP b’madwar 770000 tunnellata bejn l-2006 u l-PI, jiġifieri bi 11 %.

(94) Minkejja l-waqgħa fil-kapaċità totali, ir-rati tal-utilizzazzjoni xorta naqsu minn 92 % fl-2006 għal 83 % fil-PI. It-tnaqqis ewlieni seħħ fil-perjodu bejn l-2008 u l-PI. Huwa nnutat li l-utilizzazzjoni tal-kapaċità għolja hija fattur importanti fil-vijabbiltà fit-tul tal-produtturi li jipproduċu l-karta minħabba investiment kbir f’assi fissi. B’hekk, ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità matul il-PI kienet ikkunsidrata bħala waħda baxxa.

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(95) Tabella 4 Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

Il-figuri tal-bejgħ fit-tabella t’hawn taħt huma relatati mal-volum mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni. Sors: Dejta pprovduta minn CEPIFINE. 2006 2007 2008 2009/IP Volum tal-bejgħ (tunnellati) 4921141 4999524 4875841 4008354 Indiċi 100 102 99 81 Sehem mis-suq 93 % 91 % 91 % 88 % Indiċi 100 98 98 95

(96) Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni kiber b’4 % bejn l-2006 u l-2007 (ara l-premessa 81 t’hawn fuq), il-volum ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni lill-klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni żdied biss bi 2 % matul l-istess perjodu. Dan ifisser li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mill-konsum miżjud f’dak il-perjodu. Barra minn hekk, bejn l-2008 u l-PI, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 15 %, il-volum ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni kollha naqas aktar, bi 18 %. Konsegwentement il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, wara żieda żgħira fl-2007, naqas kontinwament u b’mod sinifikanti, u dan wassal għal telf fis-sehem mis-suq ta’ 5 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

Tkabbir

(97) Meta wieħed iħares lejn l-iżvilupp matul il-perjodu kkunsidrat, il-waqgħa ta’ 19 % fil-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet ħafna aktar qawwija mit-tnaqqis ta’ 14 % fil-konsum tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni wkoll naqas b’mod sinifikanti b’ħames punti perċentawli matul l-istess perjodu.

Id-daqs tal-marġnijiet tad-dumping

(98) Il-marġnijiet tad-dumping provviżorji għar-RPĊ, speċifikati hawn fuq fit-taqsima tad-dumping, huma sinifikanti. Minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġnijiet attwali tad-dumping ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala negliġibbli.

Dejta marbuta mal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw (indikaturi makroekonomiċi) Prezzijiet medji tal-unità tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw

(99) Tabella 5 Prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni

Il-prezzijiet ta’ bejgħ ex-works medji tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni żdiedu fl-2007, u wara naqsu u sal-2009 reġgħu niżlu għal kważi l-istess livell bħal fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-prezzijiet tal-karta fina miksija baqgħu stabbli tul is-snin. Sors: Risposti għall-kwestjonarji. Prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni 2006 2007 2008 2009/IP Prezz medju (EUR/tunnellata) 692 717 691 695 Indiċi 100 104 100 100

Ħażniet

(100) Tabella 6 Ħażniet

Il-ħażniet kienu jirrappreżentaw madwar 10 % tal-volum tal-produzzjoni fil-PI. Il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw żiedu l-livelli tal-ħażniet b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2006 u l-2007 u aktar tard bejn l-2008 u l-PI. Partikolarment, dan ikkoinċida maż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Sors: Risposti għall-kwestjonarji. Ħażniet 2006 2007 2008 2009/IP Ħażniet (tunnellati) 278265 298547 296387 318489 Indiċi 100 107 107 114

Impjiegi, pagi u produttività Sors: Risposti għall-kwestjonarji. Impjiegi 2006 2007 2008 2009/IP Impjiegi – ekwivalenti għall-full time (FTE) 7756 7487 7207 6197 Indiċi 100 97 93 80 Spiża tax-xogħol (EUR/FTE) 54053 54948 57026 58735 Indiċi 100 102 105 109 Produttività (unità/FTE) 453 478 486 457 Indiċi 100 106 107 101

(101) Minħabba l-għeluq u l-konsolidazzjoni tal-imtieħen tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, in-numru ta’ impjegati tnaqqas sostanzjalment bi 11 % (kważi 900 impjieg) matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa nnutat li ċ-ċifri dwar l-impjiegi murija hawn fuq għall PI tkabbru bl-għadd ta’ impjegati miksuba minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-bidu tal-PI. Il-waqgħa fl-impjiegi kienet l-istess għal 20 % jekk l-effett ta’ dan l-akkwist fuq dan l-indikutaru jitwarrab.

(102) Inkiseb titjib fl-effiċjenza billi ġiet miżjuda u miżmuma produzzjoni għolja għal kull impjegat anki fi żmien meta numru sinifikanti ta’ nies ingħataw is-sensji fl-2007 u fl-2008. Ir-ritorn fil-livell ta’ produttività għal-livell tal-2006 mill-PI għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tan-natura ġenerali tal-attivitajiet ta’ tnaqqis fin-numru ta’ impjegati, fejn it-tnaqqis isegwi l-waqgħa fil-produzzjoni biss wara ċertu dewmien. L-ispejjeż tax-xogħol żdiedu b’mod stabbli, għal żieda totali ta’ 10 % matul il-perjodu kkunsidrat.

Profitt, fluss ta’ flus, investimenti, redittu fuq l-investiment Sors: Risposti għall-kwestjonarji. 2006 2007 2008 2009/IP Profitt –1,13 % –0,21 % –2,60 % 2,03 % Bidla (100 = 2006) +0,92 % –1,47 % +3,16 % Fluss ta’ flus (eluf ta’ EUR) 260047 211036 172570 336753 Indiċi 100 81 66 129 Investimenti (eluf ta’ EUR) 151900 151027 127845 98220 Indiċi 100 99 84 65 Redditu fuq l-investimenti –0,73 % –0,54 % –2,73 % 0,39 % Bidla (100 = 2006) +0,19 % –2,00 % +1,12 %

(103) Il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ġarrbu telf fis-snin 2006 sa 2008 u s-sitwazzjoni finanzjarja nqalbet għal waħda pożittiva biss fl-2009 meta l-prezz dinji tal-polpa, il-materja prima ewlenija, naqas b’mod sinifikanti minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Il-waqgħa fil-prezz tal-polpa fl-2009 kienet ta’ 19 % fuq il-prezz medju fl-2008 li kienet ikkunsidrata bħala waqgħa kbira abnormali u li tat kontribut direttament għas-sitwazzjoni finanzjarja mtejba fil-PI.

(104) It-tendenza murija mill-fluss ta’ flus, li hija l-kapaċità tal-produtturi li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess, tirrifletti ħafna l-iżviluppi fil-profitt. Konsegwentement, il-fluss tal-flus juri żieda eċċezzjonali fil-PI minħabba l-prezzijiet tal-polpa li qed jorħsu. Ir-redditu fuq l-investimenti wera żvilupp negattiv konformi mar-riżultati ta’ profitt negattivi miksuba mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw sal-2008 u tendenza pożittiva fil-PI minħabba l-iffrankar tal-ispejjeż eċċezzjonali fuq il-prezzijiet tal-polpa.

(105) Wara dan t’hawn fuq, il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw li jinvestu saret limitata peress li l-fluss ta’ flus naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, minbarra għall-PI. Bħala konsegwenza, l-investimenti naqsu bi 35 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu limitati għall-installazzjoni ta’ impjanti ta’ koġenerazzjoni li għenu lill-produtturi tal-Unjoni sabiex itaffu l-effett tal-ispejjeż tal-enerġija li dejjem qed jogħlew.

Il-kapaċità li jiżdied il-kapital

(106) L-industrija tal-karti inġenerali hija kkaratterizzata minn dejn għoli marbut mal-investiment sinifikanti f’assi fissi. Bħala konsegwenza tat-telf li sar f’ħafna mill-perjodu kkunsidrat, il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw li jżidu l-kapital u jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom bi spejjeż finanzjarji raġonevoli ukoll naqset. Dan kien il-każ b’mod partikolari fl-2008 meta wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kellu jiġi ffinanzjat mill-ġdid bi primjum tar-riskju sinifikanti filwaqt li l-iżgħar produttur li kkoopera falla fl-2008 u ttieħed minn produttur tal-Unjoni ieħor.

Konklużjoni dwar id-dannu

(107) L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu bħall-volum ta’ produzzjoni (– 20 %), l-utilizzazzjoni tal-kapaċità (– 10 %), il-volum ta’ bejgħ lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni (– 19 %), is-sehem mis-suq (– 5 punti perċentawli) naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw bħar-redditu fuq l-investiment u l-profitt ġew affettwati b’mod serju sal-2008. Iż-żieda f’salt tal-profitt fil-PI kienet purament ikkawżata mill-waqgħa temporanja u eċċezzjonali fil-prezzijiet globali tal-polpa fil-PI. Huwa nnutat li anki matul il-PI r-rata ta’ profitt kienet baxxa ħafna u ma kinitx ikkunsidrata li qed tbiddel il-konklużjoni li l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kienu f’pożizzjoni finanzjarja dgħajfa ħafna.

(108) L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kwadru tad-dannu t’hawn fuq jista’ jiġi spjegat l-aktar bil-fatt li minkejja l-isforzi ta’ ristrutturar u t-titjib fil-produttività il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ma kinux kapaċi jżidu l-prezzijiet tal-CFP tagħhom ’il fuq mil-livell li jkopri l-ispiża. Dan huwa prinċipalment minħabba t-twaqqigħ tal-prezz ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi matul il-PI li għandu effett sinifikanti f’suq fejn it-trasparenza tal-prezzijiet hija għolja. Matul il-PI, il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw rnexxielhom inaqqsu l-ispiża tal-produzzjoni permezz ta’ aktar titjib fil-produttività u minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polpa li seħħ prinċipalment fit-tieni nofs tal-PI. Meta d-domanda u l-provvista saru aktar bilanċjati fis-suq wara l-isforzi tal-produtturi biex jikkontrollaw l-eċċess ta’ kapaċità strutturali permezz ta’ għeluq ta’ konsolidazzjoni u ta’ kapaċitajiet, il-prezzijiet tal-CFP setgħu jinżammu f’livell stabbli. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ma kinux f’pożizzjoni li jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom għal livell li jkun jeħtieġ ir-rati ta’ profitt għall-vijabbiltà fit-tul.

(109) Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 17, parti waħda stqarriet li s-CFP użat fl-istampar web-fed messu kien inkluż fl-ambitu tal-investigazzjoni preżenti. Abbażi ta’ dan, il-parti stqarriet li l-esklużjoni ta’ dan il-prodott mid-determinazzjoni tad-dannu matarjali u l-analiżi tax-xejriet kien iservi ta’ distorzjoni għall-qagħda tad-dannu. Madankollu, abbażi tal-konklużjonijiet preżentati fil-premessi 20 u 22, jiġifieri li s-CFP użat fl-istampar web-fed u sheet-fed huma prodotti differenti, din l-istqarrija ġiet miċħuda.

(110) L-istess parti sostniet li l-akkwiżizzjoni ta’ produttur tal-Unjoni wieħed minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fl-2008 kienet evidenza li l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kienu b’saħħithom biżżejjed. L-ewwel ġie nnutat li d-dannu materjali huwa valutat abbażi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u mhuwiex ibbażat fuq is-sitwazzjoni partikolari ta’ produttur wieħed. Kif ġie konkluż fil-premesa 107 t’hawn fuq, ħafna indikaturi tad-dannu wrew tendenza negattiva li tipprova d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. L-akkwiżizzjoni kienet ukoll ikkunsidrata bħala parti mill-isforzi ta’ ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. F’kwalunkwe każ, huwa nnutat li meta jiġu analizzati l-makroindikaturi bħall-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq l-akkwiżizzjoni kellha effett newtrali peress li l-makroindikaturi huma valutati fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni kollha li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni kif definita fil-premessa 77. Fi kliem ieħor dawn il-fatturi għandhom jibqgħu b’mod ġenerali l-istess fil-każ ta’ bidla fis-sjieda.

(111) Meta jiġi kkunsidrat dak t’hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

KAWŻALITÀ Introduzzjoni

(112) Skont l-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjonikienx ikkaġunat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hekk, fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping, li setgħu kienu ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(113) Għandu jiġi nnutat li suq tal-CFP tal-Unjoni huwa kkaratterizzat minn livell għoli ta’ konċentrazzjoni ta’ poter tax-xiri u trasparenza tal-prezzijiet permezz ta’ kwotazzjonijiet ta’ prezzijiet. Barra minn hekk il-CFP huwa tip ta’ prodott bażiku li ma jippermettix differenzi sinifikanti fil-prezzijiet fost sorsi differenti. Parti kbira mill-prodotti tinbiegħ permezz ta’ negozjanti li jġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni żżomm il-prezzijiet skont l-importazzjonijiet bi prezz baxx u li huma l-oġġett ta’ dumping. B’hekk il-prezzijiet tal-CFP impurtat, li minnu 35 % oriġina fir-RPĊ fil-PI, ġeneralment għandhom effett sinifikanti fuq il-livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(114) L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fir-RPĊ żdiedu b’mod drammatiku (+ 183 %) matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ l-ewwel irdoppjaw mill-2006 għall-2007, filwaqt li l-prezzijiet fl-2007 kienu 2 % inqas mis-sena ta’ qabel. Fl-2008 l-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħu stabbli u l-prezzijiet reġgħu filwaqt li l-prezzijiet medji waqgħu b’aktar minn 1 %. Il-volumi tal-importazzjoni Ċiniża (+71 %) u s-sehem mis-suq (+120 %) reġgħu żdiedu b’mod drammatiku fil-PI bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet neżlin (– 5 %) tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw bi 5,6 % u b’hekk eżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u żammew lura l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw milli jgħollu l-prezzijiet tagħhom għal livelli ta’ profitt.

(115) Huwa mfakkar li matul il-perjodu kkunsidrat il-konsum tal-Unjoni naqas b’madwar 14 %. L-industrija tal-Unjoni esperjenzat waqgħa sinifikanti fil-volum tal-bejgħ tagħhom (19 %). Madankollu t-tnaqqis fil-bejgħ kien akbar mill-waqgħa fid-domanda u wassal għal telf ta’ sehem mis-suq ta’ 5 punti perċentwali. Fl-istess ħin is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied bi 3 punti perċentwali. Dan juri li l-biċċa l-kbira tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ttieħdet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

(116) B’hekk huwa kkunsidrat li l-pressjoni kontinwa eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ fuq is-suq tal-Unjoni ma ppermettitx li l-industrija tal-Unjoni tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom għall-ispejjeż miżjuda tal-materja prima, partikolarment fl-2008, meta l-prezzijiet tal-polpa laħqu l-ogħla livell. Dan wassal għat-telf fis-sehem mis-suq u għat-telf fil-profitt tal-industrija tal-Unjoni.

(117) Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq ġie provviżorjament konkluż li ż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kellhom impatt negattiv konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

L-effett ta’ fatturi oħrajn L-iżvilupp tal-konsum fis-suq tal-Unjoni

(118) Kif imsemmi fil-premessa 82 t’hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni tal-CFP l-ewwel żdied fl-2007, u wara naqas fl-2008 u fil-PI. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-industrija tal-Unjoni kollha tilfu sehem mis-suq. Wieħed mill-esportaturi li kkoopera fir-RPĊ sostna li t-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien minħabba t-tnaqqis fil-konsum li kien ikkawżat mill-kriżi ekonomika u l-espansjoni tal-mezzi elettroniċi.

(119) Għalkemm ma jistax jiġi injorat il-fatt li din l-evoluzzjoni negattiva tal-konsum tal-Unjoni, għal xi raġuni, bejn l-2007 u l-PI kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fejn għandhom x’jaqsmu l-volumi tal-bejgħ u l-produzzjoni, ta’ min jinnota l-fatt li l-esportaturi Ċiniżi fl-istess ħin u speċjalment mill-2008 sal-2009 rnexxielhom iżidu l-volumi ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tagħhom permezz tal-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata fuq is-suq mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk, huwa kkunsidrat li d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni huwa prinċipalment ikkawżat miż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u t-twaqqigħ ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi u mhux mit-tnaqqis fil-konsum. Għalkemm il-kontrazzjoni fid-domanda tat kontribut għad-dannu, ma setgħetx tikser ir-rabta kawżali bejn id-dannu materjali mġarrab u ż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

Il-prezzijiet tal-materja prima

(120) L-ispiża medja tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw żdiedet ftit (2 %) bejn l-2006 u l-2008 u naqset b’5 % fil-PI. L-investigazzjoni wriet li l-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw biex jipproduċu CFP ġeneralment segwiet tendenza simili bħall-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-polpa, materja prima ewlenija fil-produzzjoni tal-karta. Il-prezz medju tal-polpa żdied bi 8 % bejn l-2006 u l-2008, u wara dan il-perjodu naqas b’mod drastiku mill-aħħar tal-2008 sal-aħħar xahar tal-PI. Il-prezz tal-polpa bħala medja kien 19 % inqas fl-2009 mis-sena ta’ qabel.

(121) Fin-nuqqas ta’ dumping ta’ ħsara, wieħed seta’ jistenna li l-prezzijiet jiġu regolarment adattati biex jirriflettu l-iżvilupp tal-elementi diversi tal-ispiża tal-produzzjoni. Sal-2008, madankollu, dan ma seħħx. Fil-fatt, il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ġew sfurzati jżommu l-prezzijiet tal-bejgħ baxxi anki meta l-prezzijiet tal-polpa kienu qed jiżdiedu fl-2008 sabiex jikkompetu kontra l-importazzjonijiet bi prezz baxx li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, li wassal għal waqgħa sinifikanti fil-profitt f’dak il-perjodu. Fil-PI, is-sitwazzjoni tjiebet minħabba t-tnaqqis abnormali fil-prezzijiet tal-polpa – filwaqt li l-prezzijiet tal-CFP setgħu jinżammu stabbli fl-istess ħin. Madankollu anki f’dan il-perjodu eċċezzjonali l-livelli ta’ profitt li kienu għadhom baxxi ħafna ma ppermettewx li jirkupraw minn prattiċi ta’ dumping kontinwi. Fil-fatt, minkejja t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-materja prima l-livelli tal-prezzijiet xorta ma setgħux jiżdiedu għal livelli biex jinkisbu marġnijiet ta’ profitt solidi meħtieġa għal dawn il-produtturi b’kapital intensiv.

(122) Għalhekk, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonjiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li waqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw baxxew il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u żammew lura l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw milli jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom biex ikopru l-ispejjeż tagħhom jew biex jiksbu profitt raġonevoli. Peress li l-prezzijiet tal-materja prima kienu qed jonqsu b’mod sinifikanti fil-PI, ġie konkluż li ma setgħux kellhom impatt fuq id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(123) Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ġiet eżaminata wkoll bħala wieħed mill-fatturi magħrufa għajr l-importazzjoni ddampjata, li fl-istess waqt setgħet serviet ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi oħrajn ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet iddampjati. L-analiżi turi li l-bejgħ mill-esportazzjoni lil partijiet mhux relatati magħmul mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kien jirrappreżenta parti importanti mill-bejgħ tagħhom (madwar 27 %) matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm il-volumi tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet ukoll naqsu fil-perjodu kkunsidrat b’9 %, it-telf tal-volumi kien jidher inqas meta mqabbel mat-telf tal-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (19 %). B’hekk, kien meqjus li t-tnaqqis fil-volum tal-esportazzjoni ma jistax jispjega l-livell ta’ dannu li ġarrbu l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. Peress li l-esportazzjonijiet għandhom ir-rwol importanti li jżommu l-utilizzazzjoni tal-kapaċità għolja biex ikopru l-ispejjeż fissi għolja tal-investimenti f’makkinarju, ġie meqjus li minkejja li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni kienet qed tonqos, din ġeneralment kellha effett pożittiv. Għalhekk, ġie meqjus li anki jekk it-tnaqqis fl-attivitajiet ta’ esportazzjoni setgħu kkontribwew għat-tagħwir tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, dawn min-naħa l-oħra kienu qed itaffu t-telf imġarrab fis-suq tal-Unjoni u b’hekk ma kinux tali li kisru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(124) Parti waħda sostniet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis sinifikanti fl-esportazzjonijiet minħabba s-saħħa tal-Euro meta mqabbla mad-dollaru Amerikan u li d-dannu kkawżat minn dan il-fattur ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. Kif ġie konkluż hawn fuq, id-deterjorament fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu x’kienu l-kawżi għal dan id-deterjorament, mhuwiex ir-raġuni ewlenija għad-dannu li ġarrbu l-produtturi u b’hekk ma kisirx ir-rabta kawżali stabbilita fil-premessa 117.

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(125) Tabella 9 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

It-tendenzi fil-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra bejn l-2006 u l-PI kienu kif ġej: Sors: Eurostat. 2006 2007 2008 2009/IP Svizzera Importazzjonijiet (tunnellati) 194748 191636 226736 172233 Indiċi 100 98 116 88 Sehem mis-suq 3,7 % 3,5 % 4,2 % 3,8 % Indiċi 100 95 115 103 Prezz (EUR/tunnellata) 787 782 758 793 Indiċi 100 99 97 105 Indoneżja Importazzjonijiet (tunnellati) 19834 30714 27178 49877 Indiċi 100 155 137 251 Sehem mis-suq 0,4 % 0,6 % 0,5 % 1,1 % Indiċi 100 149 135 292 Prezz (EUR/tunnellata) 855 818 845 681 Indiċi 100 96 99 80 Korea t’Isfel Importazzjonijiet (tunnellati) 45154 65251 46498 46068 Indiċi 100 145 103 102 Sehem mis-suq 0,9 % 1,2 % 0,9 % 1,0 % Indiċi 100 139 102 118 Prezz (EUR/tunnellata) 562 669 664 618 Indiċi 100 119 118 110 Il-pajjiżi l-oħra kollha Importazzjonijiet (tunnellati) 58623 70984 62844 100711 Indiċi 100 121 107 172 Sehem mis-suq 1,1 % 1,3 % 1,2 % 2,2 % Indiċi 100 117 106 199 Prezz (EUR/tunnellata) 962 860 914 824 Indiċi 100 89 95 86

(126) Il-pajjiżi terzi l-oħra ewlenin li jesportaw il-CFP fis-suq tal-Unjoni huma l-Isvizzera, l-Indoneżja u l-Korea t’Isfel. Mit-tendenzi fil-volumi tal-importazzjoni wieħed jista’ jara li ż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ kienet aktar milli minn kwalunkwe pajjiż terz ieħor. Fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-Isvizzera, dawn dejjem ġew mibjugħa bi prezzijiet ħafna ogħla mill-prodotti importati mir-RPĊ. Is-sehem mis-suq tal-prodotti Żvizzeri baqa’ relattivament stabbli, minbarra għas-sena 2008 meta żdiedu temporanjament għal aktar minn 4 % qabel waqgħu lura għal qrib il-livell tal-2006 fil-PI. Il-CFP importat mill-Isvizzera kien jikkostitwixxi prinċipalment il-produzzjoni ta’ kumpanija waħda bi sjieda ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw u l-prezzijiet unitarji ogħla jistgħu jkunu marbuta ma’ taħlitiet ta’ prodott u strutturi tal-bejgħ differenti. Fejn għandhom x’jaqsmu l-importazzjonijiet mill-Indoneżja, dawn ukoll kienu qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet ogħla mill-prodotti Ċiniżi, ħlief għall-PI meta l-prezzijiet waqgħu, fil-parti l-kbira x’aktarx minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polpa. Iż-żieda li rriżultat tal-importazzjonijiet, li madankollu f’termini ta’ volum baqgħet ta’ livell baxx fil-PI, wasslet għal sehem mis-suq li wkoll baqa’ f’livell baxx f’dak il-perjodu. L-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel daħlu fl-Unjoni fi kwantitajiet żgħar matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq baqa’ stabbli. Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjoni Koreani kienu simili għall-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ, il-prezzijiet Koreani ma kinux qed juru tendenza dejjem tonqos bħalma kienu qed juru l-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kollu kkunsidrat. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħrajn kollha kellhom prezzijiet ogħla b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-volumi tal-importazzjoni kienu baxxi.

(127) Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma tawx kontribut għad-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

L-eċċess ta’ kapaċità strutturali

(128) Produttur wieħed li kkoopera fir-RPĊ sostna li d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-eċċess ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni. It-tnaqqis fil-kapaċità u l-konsolidament tal-industrija tal-Unjoni b’hekk ma kienx konsegwenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi iżda għandu jidher bħala miżura kontra l-eċċess ta’ kapaċità. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-industija tal-Unjoni ġarrbet telf fil-perjodu kkunsidrat, speċjalment fl-2008, minkejja r-ristrutturar tal-produtturi peress li, kif spjegat fil-premessi minn 113 sa 117 t’hawn fuq, il-industrija tal-Unjoni xorta ma kinetx kapaċi tgħolli l-prezzijiet tagħha għal-livelli ogħla mill-ispejjeż. Din is-sitwazzjoni kienet prinċipalment ikkawżata mill-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjoni li huma l-oġġett ta’ dumping li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dan l-argument b’hekk kellu jiġi miċħud.

Konklużjoni dwar il-kawżalità

(129) L-analiżi t’hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezz baxx li joriġinaw mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet ta’ dumping li kienu inqas mill-prezzijiet imposti mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal tipi ta’ prodotti simili.

(130) Din iż-żieda fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezz baxx li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ ikkoinċidiet ma’ tnaqqis ġenerali tad-domanda fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ bejn l-2006 u l-PI u wkoll mal-iżvilupp negattiv fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Fl-istess ħin ġie osservat żvilupp negattiv fl-indikaturi ewlenin tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa 107.

(131) L-eżaminazzjoni tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni żvelat li dawn il-fatturi mhumiex tali li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu li ġarrbu l-industrija tal-Unjoni.

(132) Abbażi tal-analiżi t’hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

INTERESS TAL-UNJONI Kumment preliminari

(133) Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping dannuż, kinux jeżistu raġunijiet validi sabiex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri antidumping provviżorji f’dan il-każ partikolari. Għal dan l-għan, u skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-impatt probabbli ta’ miżuri possibbli fuq l-industrija tal-Unjoni, l-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri u l-utenti tal-prodott ikkonċernat kif ukoll il-konsegwenzi probabbli li jirriżultaw jekk ma jittieħdux miżuri ġew ikkunsidrati abbażi tal-evidenza kollha sottomessa.

L-industrija tal-Unjoni

(134) L-industrija tal-Unjoni bħala entità waħda tinkludi 14-il produttur magħruf u hija stmata li tirrappreżenta madwar 98 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-CFP skont CEPIFINE. Il-produtturi jinsabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, u jimpjegaw direttament ’il fuq minn 11000 persuna b’rabta mal-prodott ikkonċernat.

(135) Tnejn mill-produtturi magħrufa opponew il-bidu tal-investigazzjoni iżda ma pprovdew l-ebda tagħrif addizzjonali u ma kkooperawx mal-investigazzjoni. Skont it-tagħrif disponibbli, madankollu, u b’mod partikolari abbażi tad-dejta magħmula disponibbli minn CEPIFINE li żvelat deterjorament fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jista’ raġonevolment jiġi preżunt li dawn iż-żewġ kumpaniji wkoll ġew affettwati b’mod negattiv mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni b’hekk ma tqisitx bħala indikazzjoni li s-sitwazzjoni tagħhom kienet tkun differenti minn dik tal-industrija tal-Unjoni li fadal.

(136) Il-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Huwa mfakkar li ħafna indikaturi tad-dannu wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari l-indikaturi tad-dannu marbuta mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, bħall-profitt u r-redditu fuq l-investiment, minkejja titjib żgħir fil-PI, ġew affettwati b’mod serju. Fin-nuqqas ta’ miżuri, deterjorament addizzjonali fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni jidher possibbli ħafna.

(137) Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping provviżorji se terġa’ ġġib fis-seħħ kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi u ġusti fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu li l-industrija tal-Unjoni taġġusta l-prezzijiet tal-CFP biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti diversi. Wieħed jista’ jistenna li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji tippermetti li l-industrija tal-Unjoni terġa’ tikseb mill-inqas parti mis-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat, b’impatt pożittiv addizzjonali fuq is-sitwazzjoni ekonomika u l-profitt tagħhom.

(138) B’hekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-CFP li joriġinaw mir-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

Importaturi u negozjanti

(139) Intbagħtu kwestjonarji lil erbatax-il importatur u negozjant magħrufa u mhux relatati fl-Unjoni li kienu elenkati fl-ilment. Waqt l-investigazzjoni numru ta’ negozjanti oħrajn (li jissejħu wkoll negozjanti fl-industrija) ippreżentaw lilhom infushom. Fl-aħħar, dstatax-il kumpanija kkooperaw fl-investigazzjoni, għalkemm xi wħud minn dawk li wieġbu pprovdew biss tagħrif parzjali. L-importaturi nstabu li kienu qed jaġixxu wkoll bħala negozjanti fis-suq u b’hekk dawn il-partijiet kollha minn hawn ’il quddiem se jkunu magħrufa bħala negozjanti.

(140) L-investigazzjoni wriet li n-negozjanti kollha xtraw il-CFP minn diversi sorsi u prinċipalment mingħand il-industrija tal-Unjoni. Ħames negozjanti ma xtrawx il-CFP importat mir-RPĊ jew xtrawh biss kultant żmien. Is-seba’ kumpaniji li pprovdew tagħrif kwantitattiv dwar ix-xiri tagħhom tal-prodott ikkonċernat b’kollox kienu jirrappreżentaw 47 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. L-importazzjonijiet, inklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu jirrappreżentaw biss sehem limitat tan-negozju totali tagħhom u kwalkunkwe impatt negattiv tal-miżuri proposti b’hekk x’aktarx ikun negliġibbli. In-negozjanti kollha ddikjaraw li l-CFP prodotta fl-Unjoni u dik prodotta fir-RPĊ kienu fil-biċċa l-kbira ta’ kwalità simili u setgħu jinbidlu ma’ xulxin. Barra minn hekk l-investigazzjoni kkonfermat li jeżisti numru kbir ta’ sorsi tal-importazzjoni oħra u n-negozjanti jistgħu jerġgħu lura għal dawn is-sorsi l-oħrajn ta’ provvista, għall-inqas għal żmien aktar fit-tul.

(141) Żewġ negozjanti li jimportaw kienu qed jiddependu l-aktar mis-sorsi Ċiniżi għax-xiri tal-CFP. Iż-żewġ kumpaniji ddikjaraw li jkollhom diffikultajiet biex jiksbu prodotti minn industrija tal-Unjoni peress li jkun hemm kanali ta’ bejgħ tradizzjonali minħabba volumi minimi ta’ ordnijiet meħtieġa mill-produtturi u ftehimiet ta’ distribuzzjoni li jkun jeħtieġ li jiġu rispettati. Dan madankollu, ma affettwax direttament id-disponibilità tal-CFP mill-industrija tal-Unjoni peress li kellhom kapaċità żejda biżżejjed disponibbli. B’hekk dan l-argument kellu jiġi miċħud.

(142) Dwar il-possibbiltà li jgħaddu ż-żidiet potenzjali fl-ispejjeż lill-klijenti tagħhom, in-negozjanti li kkooperaw kollha semmew it-trasparenza fil-prezzijiet qawwija fis-suq tal-Unjoni u ddikjaraw li jkunu kapaċi jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom biss lill-klijenti finali jekk il-livell tal-prezz fl-Unjoni, b’mod ġenerali, jiżdied. Fuq din il-bażi, u minħabba li l-effett intiż tad-dazji antidumping huwa, inter alia, li jżid il-livell tal-prezz fl-Unjoni għal livelli li jkopru l-ispiża, huwa mistenni li l-importaturi b’hekk ikunu kapaċi jgħaddu mill-inqas parti minn kwalunkwe żidiet fil-prezzijiet ikkawżati mid-dazju antidumping għal fuq il-klijenti tagħhom. Għandu jiġi nnutat ukoll li kif imsemmi hawn fuq, instab li l-importazzjonijiet Ċiniżi jikkostitwixxu biss parti żgħira min-negozju ġenerali tan-negozjanti u li b’hekk, l-effett tad-dazju antidumping inġenerali jkun negliġibbli. Fl-aħħar huwa meqjus ukoll li l-importaturi jiksbu profitt ogħla fuq il-bejgħ mill-ġdid tal-CFP miksub mingħand il-produtturi fir-RPĊ, b’hekk ikunu jistgħu wkoll jagħmlu inqas profitt billi jassorbu mill-inqas żieda fl-ispiża parzjali.

(143) B’hekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji ġeneralment m’għandhiex ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi u n-negozjanti.

Utenti

(144) Intbagħtu kwestjonarji lil tmien utenti magħrufa fl-Unjoni li ġew elenkati fl-ilment. Waqt l-investigazzjoni diversi utenti oħra ppreżentaw ruħhom. B’kollox 17-il kumpanija pprovdew tweġiba sħiħa jew parzjali għall-kwestjonarju. Dawn il-kumpaniji jinsabu mifruxa mal-Unjoni u jirrappreżentaw is-setturi tal-istampar u l-pubblikazzjoni. Peress li l-kundizzjonijiet tas-suq u l-istrutturi tal-ispejjeż nstabu li huma differenti għall-istamperiji u l-pubblikaturi, l-impatt tal-miżuri ġie analizzat separatament għal kull grupp.

Stamperiji

(145) B’kollox disa’ stamperiji, ħafna minnhom SMEs, ipprovdew tagħrif bażiku. Skont it-tagħrif disponibbli, ġie stabbilit li normalment is-sehem ta’ CFP meta mqabbel mal-ispiża totali tal-industrija ta’ materjal stampat kien relattivament għoli, jiġifieri madwar 40 % bħala medja. Ħafna stamperiji li kkooperaw bdew biss jużaw il-karta Ċiniża reċentement, ħafna minnhom wara l-PI biss. Ġie kkonfermat li l-CFP prodott fl-Unjoni u dik prodotta fir-RPĊ huma ta’ kwalità simili u li hemm kompetizzjoni fil-prezzijiet qawwija bejn in-negozjanti.

(146) L-istamperiji kollha qalu li kwalunkwe żieda fil-prezzijiet ikollha effett negattiv sinifikanti fuq il-profitt tagħhom. Ġie affermat li l-produtturi tal-istampar diġà qegħdin taħt pressjoni minħabba l-eċċess ta’ kapaċità strutturali u kwalunkwe żieda fil-prezzijiet tax-xiri ta’ CFP jitfa’ aktar pressjoni fuq dawn il-produtturi. F’dan ir-rigward, huwa nnutat li minħabba l-kwantitajiet żgħar ta’ CFP Ċiniża użata mill-istamperiji (li għadhom jiksbu l-biċċa l-kbira tal-CFP meħtieġa mill-industrija tal-Unjoni) l-impatt dirett ta’ kwalunkwe dazju ġie kkunsidrat negliġibbli. Fejn għandha x’taqsam iż-żieda ġenerali fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, ġie kkunsidrat li peress li din iż-żieda fil-prezzijiet taffettwa l-atturi ekonomiċi kollha din ikollha effett newtrali.

(147) Xi stamperiji sostnew li d-dazji antidumping jirriżultaw f’nuqqas fil-provvista fis-suq u żminijiet ta’ konsenja fit-tul. L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni u l-intermedjarji huma kapaċi jaqdu s-suq bil-provvisti meħtieġa. Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, u b’mod partikolari minħabba li din l-affermazzjoni ma kinitx appoġġjata b’evidenza, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

Pubblikaturi

(148) Fir-rigward tas-settur tal-pubblikazzjoni, waslu sitt risposti għall-kwestjonarji minn kumpaniji. Kumpanija waħda biss kellha xiri żgħir ta’ CFP ta’ oriġini Ċiniża fil-PI. Erba’ mill-kumpaniji pprovdew dejta kwantitattiva dwar l-użu tagħhom ta’ CFP.

(149) Ġeneralment, instab li bħala medja l-prodotti fejn intużat il-CFP kienu jirrappreżentaw 16 % tad-dħul totali ta’ dawn il-kumpaniji u li l-profitt medju miksub f’dan in-negozju kien madwar 12 %. Barra minn hekk, instab li s-sitt kumpaniji xtraw CFP prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li waħda minnhom biss użat CFP impurtata mir-RPĊ. Kumpanija oħra bdiet tixtri l-prodotti Ċiniżi biss wara l-PI. B’hekk, u b’mod partikolari abbażi tal-volumi baxxi ta’ CFP li toriġina mir-RPĊ użata f’dan is-settur, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ x’aktarx mhix se taffettwa serjament is-settur tal-pubblikazzjoni inġenerali. Barra minn hekk, dawn il-kumpaniji nstabu li kienu qed jagħmlu profitt u setgħu jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet lill-klijent finali aktar faċilment minħabba l-użu ta’ karta maħsuba għall-klijent u mitluba mill-klijent fejn il-karta użata fil-produzzjoni tinxtara mill-klijent innifsu huwa aktar komuni. Fl-aħħar, il-pubblikaturi għandhom poter ta’ xiri aktar f’saħħtu minħabba l-ekonomiji tal-kobor.

(150) Tliet assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-istampar ipprovdew sottomissjonijiet bil-miktub. Tnejn minnhom opponew l-impożizzjoni tad-dazji, u sostnew li kwalunkwe żidiet fil-prezzijiet iwasslu għal spejjeż ogħla u konsegwentement għat-telf tal-kompetittività u ta’ xogħlijiet fl-industriji downstream. Huma sostnew li hemm elastiċità trażversali qawwija bejn il-prodotti stampati u l-prodotti elettroniċi tal-midja li jfisser li kwalunkwe żidiet fil-prezzijiet iwasslu sabiex jiċkien dan is-segment. L-investigazzjoni sabet li jeżistu diversi segmenti fil-prodotti tal-karti fejn għandu x’jaqsam tkabbir mistenni u li s-segment tal-karta għall-istampar ta’ kwalità għolja, li fih tintuża l-aktar il-CFP, għadu qed jikber. Fir-rigward tal-affermazzjoni li t-telf imur lejn is-suq downstream, din l-affermazzjoni hija vaga u ma kinitx appoġġjata minn kwalunkwe tagħrif jew evidenza ta’ prova. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda impatt sinifikanti dwar il-produtturi pubblikaturi li xtraw il-karta prinċipalment minn sorsi oħra minbarra r-RPĊ. B’hekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(151) Meta jiġi kkunsidrat dan t’hawn fuq, anki jekk xi utenti x’aktarx se jiġu affettwati b’mod negattiv mill-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-impatt fuq l-utenti fiż-żewġ setturi distinti jidher li se jkun ġeneralment limitat. B’hekk, ġie provviżorjament konkluż li, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, l-effett tal-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet ta’ CFP li toriġina mir-RPĊ x’aktarx mhux se jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(152) Fid-dawl ta’ dak t’hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li ġeneralment, abbażi tat-tagħrif disponibbli li jikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m’hemm l-ebda raġunijiet sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ CFP li toriġina mir-RPĊ.

MIŻURI ANTIDUMPING PROVVIŻORJI Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(153) Fid-dawl tal-konklużjonijiet li nkisbu fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping sabiex ikun evitat li jiġi kkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(154) Għall-għan li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġnijiet tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jiġi eliminat id-dannu li ġarrbu l-industrija tal-Unjoni.

(155) Meta ġie kkalkolat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżuri għandhom jippermettu li l-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn produttur ta’ dan it-tip fis-settur taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, fuq bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Kif sostna l-kwerelant, huwa provviżorjament ikkunsidrat li marġni ta’ profitt ta’ 8 % fuq id-dħul jista’ jitqies bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li tikseb fin-nuqqas ta’ dumping dannuż.

(156) Fuq din il-bażi, ġie kkalkolat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni għall-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż inkiseb biż-żieda tal-marġni msemmi hawn fuq ta’ 8 % mal-ispiża tal-produzzjoni.

(157) Iż-żieda fil-prezz meħtieġa mbagħad ġiet iddeterminata abbażi ta’ tqabbil, skont it-tip ta’ prodott, tal-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ, bil-prezz mhux dannuż tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentawl tal-valur medju tal-importazzjoni ta’ CIF tat-tipi mqabbla.

Miżuri provviżorji

(158) Skont dak li ntqal, u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li għandhom ikunu imposti l-miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fl-aktar livell baxx tal-marġnijiet ta’ dumping u ta’ dannu skont ir-regola tal-inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tiġi stabbilita fil-livell tal-marġnijiet ta’ dannu li nstabu.

(159) Konsegwentement, il-marġnijiet tal-eliminazzjoni tad-dannu u l-marġnijiet ta’ dumping u r-rati proposti tad-dazju antidumping provviżorju għar-RPĊ, espressi fuq il-prezzijiet ta’ CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, huma dawn li ġejjin: Produttur esportatur Marġni tad-dumping Marġni ta’ dannu Rata ta’ dazju AD provviżorja Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ 43,9 % 19,7 % 19,7 % Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ 43,9 % 19,7 % 19,7 % Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ 63 % 39,1 % 39,1 % Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ 63 % 39,1 % 39,1 % Il-kumpaniji l-oħra kollha 63 % 39,1 % 39,1 %

(160) Ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. B’hekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (f’kuntrast mad-dazju applikabbli għall-pajjiż kollu għall-kumpaniji l-oħra kollha) b’hekk huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti minn kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti impurtati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux igawdu minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

(161) Kwalunkwe talba li titlob għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpanija individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ta’ produzzjoni jew ta’ bejgħ ġodda) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni minnufih flimkien mat-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjat ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fil-produzzjoni u l-entitajiet tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

(162) Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju li jibqa’ m’għandux jiġi applikat għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx biss iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhom l-ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

DISPOŻIZZJONI FINALI

(163) Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi stabbilit perjodu li fih il-partijiet interessati li ppreżentaw lilhom infushom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-Avviż ta’ bidu jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu għal seduta ta’ smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jerġgħu jiġu kkunsidrati għall-għan ta’ dazju definittiv,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju provviżorju huwa b’dan impost fuq il-karta fina miksija, li hija karta jew kartun miksi minn naħa waħda jew miż-żewġ naħat (minbarra l-karta tat-tip kraft u l-kartun tat-tip kraft), f’folji jew rombli, b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma taqbiżx l-400 g/m2 u luminożità ta’ aktar minn 84 (li titkejjel skont l-ISO 2470-1), li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex48101320, ex48101380, ex48101420, ex48101480, ex48101910, ex48101990, ex48102210, ex48102290, ex48102930, ex48102980, ex48109910, ex48109930 and ex48109990 (kodiċijiet TARIC 4810132020, 4810138020, 4810142020, 4810148020, 4810191020, 4810199020, 4810221020, 4810229020, 4810293020, 4810298020, 4810991020, 4810993020 u 4810999020)) u li toriġina mir-Repubblika Popolari tar-RPĊ. Id-dazju provviżorju ma jikkonċernax rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar bir-rombli. Rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar bir-rombli huma definiti bħala dawk ir-rombli li, jekk jiġu ttestjati skont l-istandard tat-test ISO, ISO 3783:2006 dwar id-determinazzjoni tar-reżistenza għat-tiċrit, - il-metodu tal-veloċità aċċellerata li juża t-tester IGT (mudell tal-elettriku), jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 N/m meta jsir kejl b’mod trażversali tal-karta (CD) u riżultat ta’ inqas minn 50 N/m meta jsir kejl fid-direzzjoni tal-magna (MD). Id-dazju tal-antidumping provviżorju ma jikkonċernax ukoll il-karta u l-kartun b’ħafna saffi.

2. Ir-rata tad-dazju antidumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett u ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u fabbrikati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej: Kumpanija Rata tad-dazju AD Kodiċi addizzjonali TARIC Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, Zhenjiang City, Jiangsu Province, PRC; Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, Suzhou City, Jiangsu Province, RPĊ 19,7 % B001 Il-kumpaniji l-oħra kollha 39,1 % B999

3. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvediment ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

4. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2 Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

Versions

  1. 2010-11-16