Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1054/2010 tat-18 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/1054@2010-11-18/mt
Contents
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar, b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Billi:
(1) L-Unjoni ilha tiffinanzja azzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar tas-sajd mill-1990 skont l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti b’mod partikolari fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistipula, fost azzjonijiet oħra, miżuri finanzjarji tal-Unjoni għan-nefqa li ssir fil-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-perjodu mill-2007 sal-2013. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.
(3) Fid-dawl tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, l-Istati Membri għandu jkollhom indikazzjonijiet ċari dwar ir-regoli li għandhom isegwu sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-infiq li jsir fil-qasam tal-kontroll u tal-infurzar tas-sajd.
(4) Ir-regoli li japplikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiġu ssimplifikati u ċċarati.
(5) Meta jiġu għal ċerti investimenti kbar, jista’ jagħti l-każ li l-Istati Membri jkunu jirrikjedu aktar żmien milli huwa permess lilhom fil-preżent biex jidħlu f’impenn legali u baġitajru u għalhekk, sabiex jitnaqqsu l-problemi futuri relatati mar-rimborż, għandha tingħata estensjoni tad-data tal-iskadenza li tkun tapplika mit-22 ta’ Ġunju 2010, id-data li fiha ġiet adottata l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-2010.
(6) Fejn l-użu tal-bastimenti u tal-inġenji tal-ajru ma jkunx 100 % għall-kontroll tas-sajd, ir-rimborż għandu jingħata b’rata li tirrifletti l-użu perċentwali tal-bastiment jew l-inġenju tal-ajru.
(7) Kuntratt bejn l-amministrazzjoni rilevanti u l-fornitur għandu jkun inkluż f’talba għal prefinanzjament fil-każ biss li n-natura tal-proġett tagħmel tali kuntratt neċessarju.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 391/2007 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.
(9) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 391/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:
(1)
Artikolu 4 L-impenn tan-nefqa
1. L-Istati Membri għandhom jidħlu f’impenji legali u baġitarji għal azzjonijiet li ġew ikkunsidrati eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja skont id-deċiżjoni stipulata fl-Artikolu 21 tar-Regolament(KE) Nru 861/2006 fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tas-sena li fiha jkunu ġew innotifikati b’tali deċiżjoni.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jidħlu f’impenji legali u baġitarji għal proġetti li jikkonċernaw ix-xiri jew l-immodernizzazzjoni ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru fi żmien il-perjodu tal-24 xahar wara tmiem is-sena li fiha jkunu ġew innotifikati bid-deċiżjoni stipulata fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.
3. Il-paragrafu 2 għandu japplika mit-22 ta’ Ġunju 2010, id-data li fiha ġiet adottata l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-2010.
(2) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:
(2)
2. In-nefqa li tkun saret għax-xiri u l-immodernizzar ta’ inġenji tal-ajru u bastimenti għandha tkun eliġibbli sakemm tkun saret b’mod konformi mal-Anness III u li dawn ikunu qed jintużaw għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ u kontroll tas-sajd, kif iddikjarat mill-Istati Membri konċernati, għal tal-anqas 25 % tal-ħin. F’każijiet fejn il-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru jintużaw għal anqas minn 100 % tal-ħin għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd, ir-rimborż għandu jsir b’rata li tirrifletti l-użu perċentwali.
(3) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:
(3)
2. Fejn in-natura tal-proġett hija tali li tirrikjedi kuntratt bejn l-amministrazzjoni rilevanti u l-fornitur, it-talba mill-Istat Membru għandha tkun akkumpanjata minn kopja ċertifikata ta’ dak il-kuntratt.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso