Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009

In forceVersion 2010-12-03from 2010-12-07
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/1125@2010-12-03/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Ċentri tal-intervent taċ-ċereali IL-BELĠJU

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali jistipula, fl-Anness I tiegħu u għal kull Stat Membru, iċ-ċentri tal-intervent għal kull tip ta’ ċereali; minbarra l-qamħ komuni.

(2) L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2009 jelenka ċ-ċentri tal-intervent għall-qamħ komuni u għar-ross, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 tal-Kummissjoni.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku, jistipula, mis-sena tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] 2010/2011, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu osservati għall-għażla u l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent taċ-ċereali u tal-postijiet tal-ħżin tagħhom. Fost dawn il-kundizzjonijiet, l-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi Regolament jesiġi b’mod partikolari kapaċità minima ta’ ħżin ta’ 20000 tunnellata għal kull ċentru tal-intervent taċ-ċereali.

(4) Mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 670/2009 f’dak li jirrigwarda ċ-ċereali.

(5) Mill-1 ta’ Lulju 2010, iċ-ċentri tal-intervent taċ-ċereali magħżula b’applikazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 428/2008 u li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009.

(6) Skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-servizzi tal-Kummissjoni, il-lista taċ-ċentri tal-intervent għan-nominazzjoni effettiva tagħhom kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta’ dawn iċ-ċentri li huma jqisu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi mitluba mir-Regolament Komunitarju. F’każijiet fejn il-livell tal-produzzjoni taċ-ċereali huwa baxx u meta l-estimi ma jindikawx setturi taċ-ċereali li jipproduċu surplus u l-intervent ma intużax għal perjodu sinifikanti, ċerti Stati Membri ma rrappurtaw ebda ċentru tal-intervent.

(7) Sabiex ikun assigurat it-tħaddim tajjeb tal-iskema ta’ intervent pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri tal-intervent skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u għandha tippubblika lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku.

(8) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Iċ-ċentri tal-intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament. L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin relatati ma’ kull ċentru tal-intervent u l-informazzjoni dettaljata dwar dawn il-postijiet u maċ-ċentri tal-intervent, huma ppubblikati fuq l-Internet.

Artikolu 2 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 għandu jiġi rrevokat. Is-Sezzjoni A tal-Anness għar-Regolament 1173/2009 għandu jitħassar.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS

Ċentri tal-intervent taċ-ċereali IL-BELĠJU

België/Belgique

IL-BULGARIJA

Североизточен район Северен централен район Северозападен район Югоизточен район Южен район

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Jihovýchod Jihozápad Severovýchod Severozápad Střední Čechy Střední Morava - Moravskoslezsko

ID-DANIMARKA

Aalborg Århus Fredericia Kolding Grenå Åbenrå Kalundborg Korsør Vordingborg Odense Svendborg Nakskov Rønne

IL-ĠERMANJA

Lübeck Heiligenhafen Bad Oldesloe Kiel Kappeln Büdelsdorf Nordhackstedt Itzehoe Hochdonn Büsum Hamburg Brake Hoya Lüneburg Hildesheim Peine Nienburg Pollhagen Rinteln Salzhemmendorf Rosdorf Northeim Bad Gandersheim Holzminden Bremen Büren Beverungen Krefeld Hanau Andernach Worms Mannheim Stuttgart Augsburg Regensburg Würzburg Drebkau Ketzin Gransee Kyritz Karstädt Neubrandenburg Malchin Pasewalk Rostock Güstrow Stralsund Schwerin Wismar Trebsen Eilenburg Riesa Torgau Groitzsch Ziegra-Knobelsdorf Aschersleben Querfurt Dessau-Roßlau Salzwedel Halberstadt Magdeburg Bülstringen Osterburg Buttstädt Ebeleben Erfurt

L-ESTONJA

Tamsalu Keila Viljandi Tartu

IL-GREĊJA

ΑΛΕΞΑΝΔΡΟΥΠΟΛΗ ΟΡΕΣΤΙΑΔΑ ΣΕΡΡΕΣ ΘΕΣΣΑΛΟΝΙΚΗ ΓΙΑΝΝΙΤΣΑ ΚΑΤΕΡΙΝΗ ΒΟΛΟΣ ΣΤΕΦΑΝΟΒΙΚΙ ΛΑΡΙΣΑ ΛΙΒΑΝΑΤΕΣ

SPANJA

Cádiz Córdoba-Málaga Sevilla Huesca Teruel Zaragoza Burgos Palencia Salamanca Soria Valladolid Zamora Albacete Ciudad Real Cuenca Guadalajara Badajoz Cáceres Navarra

FRANZA

Aquitaine Basse-Normandie Bourgogne Bretagne Centre Champagne-Ardenne Haute-Normandie Île-de-France Lorraine Nord-Pas-de-Calais Pays de la Loire Picardie Poitou-Charentes Rhône-Alpes

IL-LATVJA

Daugavpils Dobele Rīga Jēkabpils

IL-LITWANJA

Šiaurės vakarų regionas

IL-LUSSEMBURGU

MERSCH

L-UNGERIJA

Bács-Kiskun Baranya Békés Borsod-Abaúj-Zemplén Csongrád Fejér Győr-Moson-Sopron Hajdú-Bihar Heves Jász-Nagykun-Szolnok Komárom-Esztergom Nógrád Pest Somogy Szabolcs-Szatmár-Bereg Tolna Vas Veszprém Zala

L-AWSTRIJA

IZ-Ost IZ-Süd IZ-Mitte

IL-POLONJA

WARMIŃSKO-MAZURSKIE LUBELSKIE DOLNOŚLĄSKIE ZACHODNIOPOMORSKIE WIELKOPOLSKIE

Il-PORTUGALL

Silo de Évora Silo de Cuba

IR-RUMANIJA

Oradea Roman Ianca Brăila Făurei Dudești Bărăganul Ciocârlia Casicea N. Bălcescu Palas Cogealac Negru Vodă Băneasa Traian Babadag Baia Cataloi Oltenița Ciulnița Chirnogi Călărași Movila Fetești Țăndărei Căzănești Bucu Turnu Măgurele Alexandria Corabia Satu Mare Cărpiniș Carani

IS-SLOVENJA

Slovenija

S-SLOVAKKJA

Bratislava Trnava Dunajská Streda Nitra Dvory nad Žitavou Bánovce nad Bebravou Martin Veľký Krtíš Rimavská Sobota Košice

IL-FINLANDJA

Hämeenlinna-Turenki Iisalmi-Oulu Kokemäki-Rauma Koria-Kouvola Loimaa-Naantali Mustio-Perniö Seinäjoki-Vaasa

L-ISVEZJA

Södra Sverige, som omfattar alla Sveriges län förutom Gävleborgs, Västernorrlands, Jämtlands, Västerbottens och Norrbottenslän.

IR-RENJU UNIT

England Scotland

Versions

  1. 2010-12-03