Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1153/2010 tat-8 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 175/2010 billi jittawwal il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri għall-kontroll taż-żieda fil-mortalità fil-gajdri tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/1153@2010-12-08/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi, u b'mod partikolari l-Artikoli 41(3) u 61(3) tagħha,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2010 tat-2 ta' Marzu 2010 li jimplementa d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta' miżuri għall-kontroll taż-żieda fil-mortalità fil-gajdri tal-ispeċi Crassostrea gigas b’rabta mas-sejbien tal-Ostreid herpesvirus 1 μvar (OsHV-1 μvar) ġie adottat biex jitrażżan it-tixrid ta' marda kkawżata potenzjalment minn infezzjoni virali fil-gajdri tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) fi Franza, fl-Irlanda u l-Gżejjer Channel.
(2) Peress li ma kienx ċar jekk dak il-virus ikkawżax verament żieda fil-mortalità fil-gajdri tal-Paċifiku (Crassostrea gigas), dawk il-miżuri kienu adottati fuq bażi temporanja sal-31 ta' Diċembru 2010.
(3) Żieda fil-mortalità fil-gajdri tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) f'konnessjoni mas-sejbien ta' OsHV-1 μvar kompliet isseħħ fl-2010.
(4) Rapporti dwar l-esperjenza miksuba mill-Istati membri bi programmi għas-sejbien minn kmieni ta' OsHV-1 μvar, kif ukoll opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar il-kawżi se jiġu disponibbli biss fil-Ħarifa tal-2010 u se jkollhom bżonn jiġu evalwati qabel ma jistgħu jiġu rikonsidrati l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 175/2010.
(5) Konsegwentement, il-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 175/2010 għandu jkun estiż sat-30 ta' April 2011. Dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.
(6) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 175/2010, id-data 31 ta' Diċembru 2010 għandha tinbidel għal-30 ta' April 2011.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso