Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2010 tat-18 ta’ Frar 2010 li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

In forceVersion 2010-02-18from 2010-02-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/142@2010-02-18/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS), u b'mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 162(1)b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li d-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq internazzjonali għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(p) u mniżżla fil-Parti XVI tal-Anness I ta' dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta' esportazzjoni fejn dawn l-oġġetti huma esportati fis-suq ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX ta' dak ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema tal-konċessjoni ta' rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta' oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi ffissat l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet, jispeċifika l-prodotti li se jkollhom rata ta' rifużjoni ffissata, li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati f'sura ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3) Skont it-tieni paragrafu, is-subparagrafu (a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta' rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi kkonċernati għandha tiġi ffissata għal perjodu tal-istess tul bħal dak tar-rifużjonijiet li huma ffissati għall-istess prodotti esportati mingħajr ma ġew ipproċessati.

(4) L-Artikolu 162, paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1234/200 jistipula li r-rifużjoni tal-esportazzjoni ta' prodott li jinsab f'oġġett ma tistax taqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr aktar proċessar.

(5) Għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, hemm il-periklu li, jekk ir-rati ta' rifużjoni għoljin ikunu ffissati bil-quddiem, l-impenji b'rigward għal dawk ir-rifużjonijiet jistgħu jitqiegħdu fil-periklu. Għalhekk, sabiex jiġi evitat dan il-periklu, jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni, iżda mingħajr ma tiġi prekluża l-konklużjoni ta' kuntratti fit-tul. L-iffissar ta' rati ta' rifużjoni speċifiċi għall-iffissar bil-quddiem ta' rifużjonijiet b'rigward ta' dawk il-prodotti għandu jippermetti li jiġu ssodisfati dawk iż-żewġ għanijiet.

(6) L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jistipula li, meta r-rata tar-rifużjoni tkun iffissata, jitqiesu, fejn xieraq, l-għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli fl-Istati Membri kollha skont ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew għal prodotti assimilati.

(7) L-Artikolu 100(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula l-ħlas ta' għajnuna għall-ħalib xkumat prodott fil-Komunità li hu proċessat f'kaseina jekk tali ħalib u l-kaseina prodotti minnu jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet.

(8) Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-rati ta' rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fis-sura ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu ffissati kif stipulat fl-Anness ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2010. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Heinz Zourek Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija

ANNEX

ANNESS Rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mid-19 ta’ Frar 2010 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat (a)(b)(a)(b)

(EUR/100 kg) Kodiċi NM Deskrizzjoni Rata ta’ rifużjoni Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem Oħrajn ex04021019 Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2): Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501 — — Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra 0,00 0,00 ex04022119 Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3): 0,00 0,00 ex040510 Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6): Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 21069098 li jkollhom 40 % jew iżjed skont il-piż ta’ xaħam tal-ħalib 0,00 0,00 Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra 0,00 0,00

Versions

  1. 2010-02-18