Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2010 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1314) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/157/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/157@2010-03-12/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti, u b’ mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters.
(2) Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena.
(3) Id-Deċiżjoni 2006/502/KE kienet emendata tliet darbiet, l-ewwel bid-Deċiżjoni 2007/231/KE li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni sal-11 ta’ Mejju 2008, it-tieni bid-Deċiżjoni 2008/322/KE li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra sal-11 ta’ Mejju 2009, u t-tielet bid-Deċiżjoni 2009/298/KE li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra, sal-11 ta’ Mejju 2010.
(4) Fin-nuqqas ta’ miżuri oħra sodisfaċenti li jittrattaw is-sikurezza għat-tfal tal-lajters, huwa meħtieġ li l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tittawwal għal 12-il xahar oħra u li tkun emendata skont dan.
(5) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/508/KE, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:
Artikolu 1
2. Din id-Deċiżjoni tapplika sal-11 ta’ Mejju 2011.
Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2010 u għandhom jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010. Għall-Kummissjoni John Dalli Membru tal-Kummissjoni