Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2010 dwar il-kwestjonarju ta’ rappurtar li jirrigwarda r-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1955) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/205/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/205@2010-03-31/mt
Contents
- Preamble
- ANNEX
- KWESTJONARJU TA’ RAPPURTAR Noti ġenerali: Tagħrif addizzjonali li jrid jiġi rrappurtat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE
- 4.
- 5.
- 7.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tat-18 ta’ Jannar 2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE, u b’mod parikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991, biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti direttivi fuq l-ambjent,
Billi:
(1) L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 jeħtieġ rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament, ibbażat fuq it-tagħrif mill-aħħar tliet snin ta’ rappurtar, biex jiġi stabbilit skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.
(2) L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 jeħtieġ illi r-rapport jitfassal fuq il-bażi ta’ kwestjonarju abbozzat mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament.
(3) L-ewwel rapport ikopri l-perjodu mis-sena 2007 sas-sena 2009 inklużi.
(4) Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni espressa mill-Kumitat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju ta’ rappurtar, stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, bħala bażi għat-tfassil tar-rapport li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010. Għall-Kummissjoni Janez Potočnik Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
KWESTJONARJU TA’ RAPPURTAR Noti ġenerali: Tagħrif addizzjonali li jrid jiġi rrappurtat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE
Dan il-kwestjonarju fih mistoqsijiet li l-Istati Membri huma meħtieġa jwieġbu dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament E-PRTR matul l-aħħar tliet snin ta’ rappurtar. L-Istati Membri se jaraw li t-tweġibiet ta’ dan il-kwestjonarju ikunu disponibbli f’format elettroniku.
1. DESKRIZZJONI ĠENERALI Ipprovdi tagħrif fil-qosor dwar il-proċess li bih ġie ppreparat dan ir-rapport, inkluż tagħrif dwar it-tip ta’ awtoritajiet pubbliċi li taw il-kontribut tagħhom.
2. IL-MIŻURI LEGALI LI JISTABBILIXXU S-SISTEMA PRTR (L-ARTIKOLI 5, 20) Agħmel lista leġiżlattiva, regolatorja u miżuri oħra li jistabbilixxu r-reġistru integrat tar-rilaxx u t-trasferiment tal-inkwinanti. B’mod partikolari, iddeskrivi l-miżuri adottati mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 biex jiżguraw li r-regoli jew il-penali huma effettivi, proporzjonati u konvinċenti u x’kienet l-esperjenza tal-applikazzjoni tagħhom.
3. IR-REKWIŻITI TAR-RAPPURTAR, L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-FAĊILITAJIET, L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U D-DEJTA LI TRID TIĠI RRAPPURTATA (L-ARTIKOLU 5) Agħmel lista leġiżlattiva, regolatorja u miżuri oħra li jistabbilixxu r-rekwiżiti tar-rappurtar għal PRTR. B’mod partikolari, iddeskrivi l-awtoritajiet kompetenti maħsuba biex jidentifikaw il-faċilitajiet tal-E-PRTR u biex jiġbru t-tagħrif dwar ir-rilaxxi tal-inkwinanti minn sorsi prinċipali. Jekk jogħġbok iddeskrivi r-rekwiżiti tar-rappurtar u indika l-proċess tal-ġbir tad-dejta tal-PRTR f’pajjiżek, elenka it-tip ta’ istituzzjonijiet involuti u għal liema parti tal-operazzjonijiet tal-validazzjoni huma responsabbli biex jużaw it-tabella ta’ hawn taħt:
Il-Validazzjoni tal-Proċess tal-Istituzzjoni minn din l-istituzzjoni
Faċilità: …
Awtoritajiet lokali: …
Awtorità reġjonali: …
Awtorità nazzjonali: …
Ministeru tal-Ambjent: …
4. IL-PRATTIKA TAR-RAPPURTAR TAL-PRTR (L-ARTIKOLU 5) Għal kull ċiklu ta’ rappurtar mill-aħħar kwestjonarju ta’ rappurtar, jekk jogħġbok indika:
4.
(a) Id-data tal-iskadenza għar-rappurtar mill-awtorità kompetenti;
(b) Id-diffikultajiet biex tintlaħaq id-data tal-iskadenza, jekk id-diversi dati tal-iskadenza għar-rappurtar mill-faċilitajiet u biex it-tagħrif ikun aċċessibbli pubblikament fuq ir-reġistru intlaħqux fil-prattika; u jekk kienu tard, ir-raġunijiet għal dan;
(c) Il-proporzjon tar-rappurtar elettroniku meta mqabbel mad-dejta bil-miktub li intbagħtet mill-operaturi u deskrizzjoni tar-rappurtar u l-għodod disponibbli kemm għall-operaturi kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti;
(d) Id-diffikultajiet prinċipali għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti dwar ir-rappurtar tad-dejta PRTR (jekk jogħġbok wieġeb mil-lat tal-awtoritajiet).
5. L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ U L-VALUTAZZJONI TAD-DEJTA (L-ARTIKOLU 9(1), (2) U (3)) Iddeskrivi r-regoli, il-proċeduri u l-miżuri li jiżguraw il-kwalità tad-dejta rrappurtata skont l-E-PRTR u xi żvelaw dawn dwar il-kwalità tad-dejta rrappurtata. B’mod partikolari, ipprovdi t-tagħrif dwar:
5.
(a) Il-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibbiltà tad-dejta pprovduta mill-operaturi;
(b) Il-metodoloġiji u l-proċeduri adottati mill-awtoritajiet kompetenti, li rriżultaw fis-sottomissjoni ta’ dejta ta’ kwalità ogħla.
6. L-AĊĊESS PUBBLIKU GĦAD-DEJTA TAL-PRTR (L-ARTIKOLU 10(2)) Iddeskrivi il-mod(i) kif l-aċċess pubbliku għat-tagħrif li jinsab fir-reġistru huwa ffaċilitat. B’mod partikolari, ipprovdi t-tagħrif dwar: Fejn it-tagħrif li jinsab fir-reġistru tal-PRTR Ewropew mhuwiex faċilment aċċessibbli għall-pubbliku b’mezzi diretti elettroniċi, liema miżura ttieħdet biex tiffaċilita l-aċċess għar-reġistru f’postijiet aċċessibbli pubblikament.
7. IL-KUNFIDENZJALITÀ (L-ARTIKOLI 7(2), 11) Fejn kwalunkwe tagħrif huwa miżmum b’mod kunfidenzjali, agħti indikazzjoni tat-tipi ta’ tagħrif, ir-raġuni għaliex u l-frekwenza li biha qed jinżammu kunfidenzjali. B’mod partikolari iddeskrivi fil-qosor: Jekk jogħġbok ipprovdi l-kummenti dwar l-esperjenza fil-prattika u l-isfidi li ltqajtu magħhom fir-rigward tat-trattament tat-talbiet għall-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, partikolarment fir-rigward tat-tagħrif dwar ir-rilaxxi u t-trasferimenti kif definit fl-Anness III.
7.
(a) Liema tip ta’ dejta inżammet kunfidenzjali;
(b) Ir-raġunijiet prinċipali li ngħataw għat-talba ta’ kunfidenzjalità;
(c) L-għadd ta’ faċilitajiet għal kull Attività tal-Anness I bid-dejta kunfidenzjali u l-għadd totali ta’ faċilitajiet tar-rappurtar għal kull Attività tal-Anness I.