Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2010 li taħtar membru Pollakk u membru Pollakk supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (2010/247/UE)

In forceVersion 2010-04-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/247@2010-04-26/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Pollakk,

Billi:

(1) Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU u 2010/29/EU li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2) Post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Tadeusz WRONA, membru tal-Kumitat tar-Reġjuni. Post ta’ membru supplenti sar vakanti wara l-ħatra tas-Sur Jan BRONŚ bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jibqa’ validu sal-25 ta’ Jannar 2015:

Artikolu 1

(a) bħala membru: u

Is-Sur Jan BRONŚ, Sindku ta’ Oleśnica (bidla ta’ mandat),

(b) bħala membru supplenti:

Is-Sur Zbigniew PODRAZA, Sindku ta’ Dąbrowa Górnicza.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010. Għall-Kunsill Il-President M. Á. Moratinos

Versions

  1. 2010-04-26