Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 250/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Farine de Petit Épeautre de Haute Provence (IĠP)]
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/250@2010-03-24/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta’ Franza biex ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni Farine de Petit Épeautre de Haute Provence ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(2) Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, fl-istat naturali jew ipproċessati
Klassi 1.6. FRANZA
Farine de Petit Épeautre de Haute Provence (IĠP)