Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010 tas-6 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani

In forceVersion 2010-04-06from 2010-04-08
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/285@2010-04-06/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tiegħu,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, il-Komunità kkonkludiet il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, miftiehma f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999 (il-Konvenzjoni ta’ Montreal), li tistabbilixxi r-regoli dwar ir-responsabbiltà fir-rigward tat-trasportazzjoni internazzjonali bl-ajru tal-passiġġieri, il-bagalji u l-merkanzija.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 stabbilixxa rekwiżiti minimi tal-assigurazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-passiġġieri, il-bagalji u l-merkanzija fuq livell li jiżgura li t-trasportaturi tal-ajru jkollhom assigurazzjoni xierqa li tkopri r-responsabbiltajiet tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Montreal.

(3) Il-limiti tar-responsabbiltà tat-trasportaturi tal-ajru skont il-Konvenzjoni ta’ Montreal ġew riveduti reċentement mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) b’referenza għal fattur ta’ inflazzjoni li jikkorrispondi għar-rata akkumulata ta’ inflazzjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.

(4) L-ICAO ddeterminat li l-fattur ta’ inflazzjoni mill-4 ta’ Novembru 2003, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, qabeż l-10 %, il-livell li ‘l fuq minnu għandu jsir aġġustament tal-limiti tar-responsabbiltà. Għalhekk, il-limiti tar-responsabbiltà ġew riveduti skont dan.

(5) Ir-rekwiżiti minimi tal-assigurazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-passiġġieri, tal-bagalji u tal-merkanzija, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 785/2004, għandhom jiġu aġġustati fil-ħin għal-limiti tar-responsabbiltà riveduti skont il-Konvenzjoni ta’ Montreal, li daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Diċembru 2009.

(6) Għar-responsabbiltà fir-rigward tal-passiġġieri, ir-rekwiżiti minimi tal-assigurazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 785/2004 ġew stabbiliti fuq livell sinifikanti li jaqbeż sew il-limiti tar-responsabbiltà riveduti skont il-Konvenzjoni ta’ Montreal.

(7) Fir-rigward tar-responsabbiltà għall-bagalji u l-merkanzija, ir-rekwiżiti minimi tal-assigurazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 785/2004 għandhom jiżdiedu sal-livell tal-limiti tar-responsabbiltà riveduti skont il-Konvenzjoni ta’ Montreal.

(8) Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

(9) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 785/2004, il-paragrafi (2) u (3) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Artikolu 1

2. Għar-responsabbiltà fir-rigward tal-bagalji, il-kopertura tal-assigurazzjoni minima għandha tkun 1131 SDR għal kull passiġġier f’operat kummerċjali.

3. Għar-responsabbiltà fir-rigward tat-merkanzija, il-kopertura tal-assigurazzjoni minima għandha tkun 19 SDR għal kull kilogramma f’operat kummerċjali.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

Versions

  1. 2010-04-06