Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea rigward l-abbozz ta’ Deċiżjoni 1/2003 u l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni 1/2003 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/308/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/308@2010-03-11/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu Uniku
- Abbozz ta’ Deċiżjoni Nru 1/2003 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank ta’ … li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u li tadatta l-Anness I għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, l-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim
- ANNEX
- ANNESS I Regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank
- Artikolu 1 L-Isem tal-Kumitat Konġunt
- Artikolu 2 Presidenza
- Artikolu 3 Delegazzjonijiet
- Artikolu 4 Segretarjat
- Artikolu 5 Laqgħat tal-Kumitat
- Artikolu 6 Aġenda
- Artikolu 7 Adozzjoni ta’ atti
- Artikolu 8 Minuti
- Artikolu 9 Kunfidenzjalità
- Artikolu 10 Spejjeż
- Artikolu 11 Korrispondenza
- Artikolu 12 Lingwi
- ANNESS II Adattament tal-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, tal-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim
- 2.1.
- 2.1.2.
- 3.1.2. —
- Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni 1/2003 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank ta’… li tikkonċerna l-użu ta’ rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/917/KE tat-3 ta’ Ottubru 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Il-Ftehim Interbus dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003.
(2) L-Artikolu 23 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli mill-ġestjoni tal-Ftehim.
(3) Skont l-Artikolu 23(3) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt huwa meħtieġ li jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
(4) Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli, skont l-Artikolu 24(2)(ċ) tal-Ftehim għall-adattament tal-Anness I għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u l-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli, skont l-Artikolu 24(2)(e) tal-Ftehim, għall-addattament tar-rekwiżiti rigward id-dispożizzjonijiet soċjali msemmija fl-Artikolu 8 tal-Ftehim sabiex jiġu inkorporati l-miżuri l-ġodda meħuda fl-Unjoni.
(5) Skont l-Artikolu 24(1) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim. Għal dan il-għan, għandha ssir rakkomandazzjoni li tkun favur l-użu ta’ rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness għall-Ftehim.
(6) L-Unjoni hija meħtieġa tadotta pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni u l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kumitat Konġunt.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 23 tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni u l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni mehmużin.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2010. Għall-Kunsill Il-President J. Blanco
Abbozz ta’ Deċiżjoni Nru 1/2003 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank ta’ … li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u li tadatta l-Anness I għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, l-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunisdra l-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank, u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 23(3) tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim), il-Kumitat Konġunt huwa meħtieġ li jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
(2) Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli, skont l-Artikolu 24(2)(ċ) tal-Ftehim, li jadatta l-Anness I għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u l-Anness 2 għall-Ftehim dwar l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli, skont l-Artikolu 24(2)(e) tal-Ftehim, għall-adattament tar-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim sabiex jiġu inkorporati l-miżuri l-ġodda meħuda fl-Unjoni.
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 Ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni huma b’dan adottati.
Artikolu 2 L-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, l-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim huma b’dan adattati kif stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, … Il-President Is-Segretarju
ANNEX
ANNESS I Regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank
Artikolu 1 L-Isem tal-Kumitat Konġunt
Il-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 23 tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank għandu minn hawn ’il quddiem jissejjaħ il-Kumitat.
Artikolu 2 Presidenza
1. Il-Kumitat għandu jkun ippresjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Kummissjoni), f’isem l-Unjoni Ewropea.
2. Il-kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni, jew fejn ikun meħtieġ id-deputat tiegħu, għandu jwettaq id-doveri ta’ President tal-Kumitat.
3. Il-President għandu jmexxi x-xogħol tal-Kumitat.
Artikolu 3 Delegazzjonijiet
1. Il-partijiet li għalihom il-Ftehim ikun daħal fis-seħħ (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-partijiet) għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom fuq il-Kumitat. Id-delegazzjoni tal-Unjoni għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, assistiti minn rappreżentanti tal-Istati Membri.
2. Kull parti għandha taħtar il-kap u, fejn hu meħtieġ, deputat kap tad-delegazzjoni tagħha.
3. Kull parti tista’ taħtar rappreżentanti ġodda fuq il-Kumitat. Is-Segretarju tal-Kumitat għandu jiġi mgħarraf minnufih bil-miktub bi kwalunkwe tibdil ta’ dan it-tip.
4. Rappreżentanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat bħala osservaturi. Il-President, bil-qbil tal-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni, jista’ jistieden persuni li m’humiex membri ta’ delegazzjonijiet biex jattendu laqgħa tal-Kumitat sabiex jipprovdu tagħrif dwar suġġetti speċifiċi.
5. Mill-anqas ġimgħa qabel il-laqgħa, il-partijiet għandhom jgħarrfu lis-Segretarju tal-Kumitat bil-kompożizzjoni tad-delegazzjoni tagħhom.
Artikolu 4 Segretarjat
1. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Kumitat. Is-Segretarju għandu jinħatar mill-President tal-Kumitat u għandu jwettaq id-doveri tiegħu sakemm jiġi maħtur Segretarju ġdid. Il-President għandu jgħarraf lill-partijiet l-oħra l-isem u d-dettalji tas-Segretarju.
2. Is-Segretarju għandu jkun responsabbli għall-komunikazzjoni bejn id-delegazzjonijiet, inkluża t-trażmissjoni ta’ dokumenti, u għandu jissorvelja d-doveri segretarjali.
Artikolu 5 Laqgħat tal-Kumitat
1. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ fuq it-talba ta’ mill-anqas parti waħda. Din għandha tkun organizzata mill-President.
2. Il-President għandu jibgħat l-avviż tal-laqgħa, flimkien mal-abbozz tal-aġenda u d-dokumenti tal-laqgħa, lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet l-oħra mill-anqas 15-il ġurnata ta’ xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa.
3. Parti tista’ titlob lill-President iqassar il-perijodi tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 2 biex iqis l-urġenza ta’ kwistjoni partikolari.
4. Sakemm il-kapijiet tad-delegazzjonijiet ma jiddeċidux xort’oħra, il-laqgħat tal-Kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi.
5. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ fi Brussell, sakemm il-partijiet ma jiddeċidux li jiltaqgħu band’oħra.
Artikolu 6 Aġenda
1. Il-President, mgħejjun mis-Segretarju, għandu jfassal l-abbozz tal-aġenda għal kull laqgħa u għandu jiffissa d-data u l-post tal-laqgħa wara li jkun ikkonsulta lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet l-oħra. Il-President għandu jibgħat l-aġenda proviżorja lill-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni mill-anqas 15-il ġurnata ta’ xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta’ ħidma kollha meħtieġa.
2. Il-perijodu tal-avviż stipulat fil-paragrafu 1 m’għandux japplika għal-laqgħat urġenti msejħa b’konformità mal-Artikolu 5(3).
3. Kull parti tista’ tipproponi punt wieħed jew aktar li għandhom jiżdiedu mal-aġenda proviżorja mill-anqas 24 siegħa qabel il-bidu tal-laqgħa. Talbiet għaż-żieda ta’ punti mal-aġenda għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-President, b’indikazzjoni tar-raġuni għal dan.
4. Fil-bidu tal-laqgħa, il-Kumitat għandu jadotta l-aġenda. Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li jżid mal-aġenda punt li ma jinsabx fuq l-aġenda proviżorja.
Artikolu 7 Adozzjoni ta’ atti
1. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jiġu adottati b’vot unanimu tal-partijiet rappreżentati, b’konformità mal-Artikolu 23(5) u (6) tal-Ftehim. Ir-rakkomandazzjonijiet, u b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 24(2)(g) tal-Ftehim, għandhom jittieħdu b’kunsens bejn id-delegazzjonijiet tal-partijiet rappreżentati. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom iġibu t-titolu ta’ Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni segwiti b’numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u indikazzjoni tal-kontenut tagħhom.
2. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għandhom iġibu l-firma tal-President u tas-Segretarju. Dawn għandhom jintbagħtu mis-Segretarju lill-Kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni.
3. Kull parti tista’ tiddeċiedi li tippubblika kwalunkwe att adottat mill-Kumitat.
4. L-atti tal-Kumitat jistgħu jiġu adottati permezz tal-proċedura bil-miktub fejn dan ġie miftiehem mill-kapijiet tad-delegazzjoni. Il-President għandu jippreżenta l-abbozz tal-att lill-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni li għandhom jindikaw bħala tweġiba jekk jaċċettawx jew ma jaċċettawx l-abbozz, jekk jipproponux emendi għall-abbozz jew jekk jeħtiġux aktar żmien biex jikkunsidrawh. Jekk l-abbozz jiġi adottat, il-President għandu jiffinalizza d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni b’konformità mal-paragrafi 1 u 2.
5. Ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet għandhom jiġu mfassla bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, u dawn it-testi huma awtentiċi. Kull parti għandha tkun responsabbli mit-traduzzjoni korretta tar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet għal-lingwa jew lingwi uffiċjali tagħha. It-traduzzjoni f’lingwi oħra tal-Unjoni għandha ssir mill-Kummissjoni.
Artikolu 8 Minuti
1. Is-Segretarju għandu jfassal, taħt ir-responsabbiltà tal-President, abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa tal-Kumitat fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol wara l-laqgħa.
2. Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta’ kull punt fuq l-aġenda:
dettalji tad-dokumenti ppreżentati lill-Kumitat,
dikjarazzjonijiet li parti talbet li jiġu rreġistrati,
id-deċiżjonijiet li ttieħdu, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-konklużjonijiet adottati.
3. L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat għall-approvazzjoni b’konformità mal-proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(4). Jekk din il-proċedura ma titlestiex, il-minuti għandhom jiġu adottati mill-Kumitat fil-laqgħa tiegħu li jmiss.
4. Ladarba adottati mill-Kumitat, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u mis-Segretarju u miżmuma mis-Segretarju. Għandha tintbagħat kopja mis-Segretarju lill-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni.
Artikolu 9 Kunfidenzjalità
Minkejja d-dispożizzjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ atti stipulata fl-Artikolu 7(3), id-deliberazzjonijiet tal-laqgħat u d-dokumenti tal-Kumitat għandhom ikunu rregolati mis-sigriet professjonali.
Artikolu 10 Spejjeż
1. Kull parti għandha tħallas l-ispejjeż li tonfoq biex tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat.
2. Il-Kumitat għandu jiddeċiedi dwar ir-rimborż ta’ spejjeż konnessi ma’ missjonijiet assenjati lil persuni msejħa mill-President b’konformità mal-Artikolu 3(4).
Artikolu 11 Korrispondenza
Il-korrispondenza kollha mal-President tal-Kumitat jew mingħandu għandha tintbagħat lis-Segretarju tal-Kumitat. Is-Segretarju għandu jibgħat kopja tal-korrispondenza kollha relatata mal-Ftehim lid-delegazzjonijiet kollha.
Artikolu 12 Lingwi
Il-lingwi użati fil-laqgħat tal-Kumitat u f’dokumenti għandhom jiġu deċiżi mill-Kumitat. M’għandu jkun hemm l-ebda obbligu għall-parti li tkun qed tospita l-laqgħa li tipprovdi interpretazzjoni għal-lingwi l-oħra.
ANNESS II Adattament tal-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, tal-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim
1. Adattament tal-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri L-att li ġej tal-Unjoni huwa miżjud mal-Anness 1 għall-Ftehim: Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
2.1.2. Adattament tal-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet Fl-Artikolu 1 tal-Anness 2 għall-Ftehim, il-punti (a), (b), (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej: L-Artikolu 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim huwa emendat kif ġej:
2.1.
(a) Testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq:
Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12);
Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1) kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta’ April 2003 (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 37);
(b) Apparat li jillimita l-veloċità:
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8);
(ċ) Dimensjonijiet massimi u piżijiet massimi:
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tipprovdi rigward ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fil-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47);
Id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1997 dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE (ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1) kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/19/KE tal-21 ta’ Marzu 2003 (ĠU L 79, 26.3.2003, p. 6);
(d) Tagħmir ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2009 tas-16 ta’ Diċembru 2009 li jadatta, għall-għaxar darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat tar-reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq għall-progress tekniku (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 3) jew regoli ekwivalenti stabbiliti mill-Ftehim AETR inklużi l-Protokolli tiegħu.
2.1.2.
(a) it-test li ġej jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu u qabel it-tabella:
Emissjonijiet tal-egżost:
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu gassużi u ta’ partikolati minn magni b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu b’gass naturali jew gass likwidu tal-pitroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE tal-10 ta’ April 2001 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ sustanzi li li jniġġsu gassużi u ta’ partikolati minn magni b’ compression-ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ sustanzi gassużi li jniġġsu minn magni b’ positive-ignition li jaħdmu b’gass naturali jew gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 107, 18.4.2001, p. 10);
Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51);
Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (EURO VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1);
Duħħan:
Id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta’ Awwissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu minn magni bid-diesel għall-użu fil-vetturi (ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1) kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/21/KE tas-7 ta’ Marzu 2005 (ĠU L 61, 8.3.2005, p. 25);
Emissjonijiet ta’ ħsejjes:
Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-egżost tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE tal-14 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 49);
Apparat tal-ibbrejkjar:
Id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-KUmmissjoni 2002/78/KE tal-1 ta’ Ottubru 2002 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 267, 4.10.2002, p. 23);
Tajers:
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 li tirrigwarda t-tajers ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/11/KE tas-16 ta’ Frar 2005 (ĠU L 46, 17.2.2005, p. 42);
Apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl:
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/89/KE tal-24 ta’ Settembru 2008 li temenda, għall-għanijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE rigward l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 257, 25.9.2008, p. 14);
Tankijiet tal-karburant:
Id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu mat-tankijiet ta’ karburant likwidu u mezzi ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 76, 6.4.1970, p. 23) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/20/KE tas-17 ta’ Frar 2006 (ĠU L 48, 18.2.2006, p. 16);
Mirja tal-veduta ta’ wara:
Id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni skont it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħassar id-Direttiva 71/127/KEE (ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/27/KE tad-29 ta’ Marzu 2005 (ĠU L 81, 30.3.2005, p. 44);
Ċintorini tas-sigurtà - Installazzjoni:
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin f’vetturi bil-mutur (ĠU L 220, 29.8.1977, p. 95) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 146);
Ċintorini tas-sigurtà - Ankoraġġi għaċ-ċintorini tas-sigurtà:
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal- ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 24, 30.1.1976, p. 6) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 149);
Sedili:
Id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE tat-22 ta’ Lulju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi nterni ta’ vetturi bil-mutur (saħħa tas-sedili u tal-ankoraġġi tagħhom) (ĠU L 221, 12.8.1974, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 143);
Kostruzzjoni interna (prevenzjoni mir-riskju tat-tixrid tan-nar):
Id-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-mod kif iġibu ruħhom fi ħruq ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni minn ġewwa ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 1);
Arranġament intern (Ħruġ ta’ emerġenza, aċċessibbiltà, dimensjoni tas-sedili, reżistenza tas-sovrastruttura, eċċ.):
Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tirrigwarda d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta’ passiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b’żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE (ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1).
(b) it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja: Intestatura Regolament NU-KEE/l-aħħar serje ta’ emendi Att tal-Unjoni (oriġinali - l-aktar reċenti) Emissjonijiet tal-egżost 49/01 49/02, approvazzjoni tat-tip A 49/02, approvazzjoni tat-tip B Direttiva 88/77/KEE Direttiva 2001/27/KE Direttiva 2005/55/KE Direttiva 2008/74/KE Regolament (KE) Nru 595/2009 Duħħan 24/03 Direttiva 72/306/KEE Direttiva 2005/21/KE Emissjonijiet ta’ ħsejjes 51/02 Direttiva 70/157/KEE Direttiva 2007/34/KE Apparat tal-ibbrejkjar 13/11 Direttiva 71/320/KEE Direttiva 2002/78/KE Tajers 54 Direttiva 92/23/KEE Direttiva 2005/11/KE Apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl 48/01 Direttiva 76/756/KEE Direttiva 2008/89/KE Tank tal-karburant 34/02 67/01 110 Direttiva 70/221/KEE Direttiva 2006/20/KE Mirja tal-veduta ta’ wara 46/01 Direttiva 2003/97/KE Direttiva 2005/27/KE Ċintorini tas-sigurtà - Installazzjoni 16/06 Direttiva 77/541/KEE Direttiva 2005/40/KE Ċintorini tas-sigurtà - Ankoraġġi 14/07 Direttiva 76/115/KEE Direttiva 2005/41/KE Sedili 17/08 80/01 Direttiva 74/408/KEE Direttiva 2005/39/KE Kostruzzjoni interna (prevenzjoni mir-riskju tat-tixrid tan-nar) 118 Direttiva 95/28/KE Arranġament intern (ħruġ ta’ emerġenza, aċċessibbiltà, dimensjoni tas-sedili) 107.02 Direttiva 2001/85/KE Protezzjoni fil-każ ta’ qlib 66.01 Direttiva 2001/85/KE
3.1.2. Adattament tar-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim Wara l-inklużjoni tad-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajbin għat-triq (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1), l-Artikolu 8 tal-Anness 2 għall-Ftehim, l-Anness IIa għall-Ftehim u l-Anness IIb għall-Ftehim huma mħassrin. L-atti tal-Unjoni elenkati fl-Artikolu 8 tal-Ftehim huma sostitwiti bl-atti tal-Unjoni li ġejjin:
3.1.2. —
Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88);
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2009 tas-16 ta’ Diċembru 2009 li jadatta, għall-għaxar darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat tar-reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq għall-progress tekniku (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 3);
Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III għad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45);
Id-Direttiva 2003/88/KE tal-tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9);
Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35);
Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).
Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni 1/2003 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank ta’… li tikkonċerna l-użu ta’ rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunisdra l-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank, u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Billi:
(1) Il-Ftehim Interbus dwar it-trasport okkażjonali internazjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003.
(2) Skont l-Artikolu 24(1) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim. Għal dan il-għan, għandha ssir rakkomandazzjoni li tkun favur l-użu ta’ rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim.
JIRRAKKOMANDA LI: il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ħlief l-Unjoni għandhom jużaw rapport tekniku għall-kowċijiet u għax-xarabankijiet fil-forma stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament, soġġett għar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Anness għall-Ftehim. Magħmul fi Brussell, Il-President Is-Segretarju
ANNEX
ANNESS
Rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet Marka u tip tal-vettura Numru ta’ reġistrazzjoni u kodiċi tal-pajjiż Data tal-ewwel reġistrazzjoni Numru tax-chassis Leġislazzjoni tal-Unjoni Regolament NU-KEE Numru tal-approvazzjoni Marka/indikazzjoni fuq il-vettura Apparat li jillimita l-veloċità Direttiva 92/6/KEE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/85/KE — Dimensjonijiet massimi Direttiva 96/53/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/7/KE Direttiva 97/27/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/19/KE — Takografu Regolament (KEE) Nru 3821/85 kif emendat l-aħħar mir- Regolament (UE) Nru 1266/2009 — Emissjonijiet tal-egżost Direttiva 88/77/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2001/27/KE Direttiva 2005/55/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/74/KE Regolament (KE) Nru 595/2009 49/01 49/02, approvazzjoni tat-tip A 49/02, approvazzjoni tat-tip B Duħħan Direttiva 72/306/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2005/21/KE 24/03 Emissjonijiet ta’ ħsejjes Direttiva 70/157/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2007/34/KE 51/02 Apparat tal-ibbrejkjar Direttiva 71/320/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2002/78/KE 13/11 Tajers Direttiva 92/23/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2005/11/KE 54 Apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl Direttiva 76/756/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2008/89/KE 48/01 Tank tal-karburant Direttiva 70/221/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2006/20/KE 34/02 67/01 110 Mirja tal-veduta ta’ wara Direttiva 2003/97/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/27/KE 46/01 Ċintorini tas-sigurtà – Installazzjoni Direttiva 77/541/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2005/40/KE 16/06 Ċinturin tas-sigurtà – Ankoraġġi Direttiva 76/115/KEE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/41/KE 14/07 Sedili Direttiva 74/408/KEE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/39/KE 17/08 80/01 Kostruzzjoni interna (prevenzjoni mir-riskju tat-tixrid tan-nar) Direttiva 95/28/KE 118 Arranġament intern (ħruġ ta’ emerġenza, aċċessibbiltà, dimensjoni tas-sedili) Direttiva 2001/85/KE 107.02 Protezzjoni fil-każ ta’ qlib Direttiva 2001/85/KE 66.01