Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 465/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

In forceVersion 2010-05-27from 2010-06-17
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/465@2010-05-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3) Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta' dik it-tabella.

(4) Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2 Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2010. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Algirdas Šemeta Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Oġġett b'dimensjonijiet globali ta' 197 × 90 × 2 cm li jikkonsisti f'16-il strixxa ta' injam mastizz miżmuma flimkien permezz ta' żewġ faxxi tat-tessili mwaħħlin mal-injam permezz ta' stejpils tal-metall. L-istrixxi mhumiex għat-tond, u huma magħmula minn injam tal-pajn mastizz mhux flessibbli. L-artikolu huwa maħsub biex jintuża flimkien ma' qafas ta' sodda bħala appoġġ għal saqqu. 94041000 Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3(B) ta' Kapitolu 94 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 9404 u 94041000. Għalkemm l-istrixxi m'huma la għat-tond u lanqas flessibbli, l-artikolu kollu kemm hu huwa konformi mat-termini tal-intestatura 9404 minħabba li huwa ddisinjat bħala appoġġ għal saqqu f'sodda. Klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 94039030 bħala parti minn sodda hija eskluża, minħabba li appoġġ għal saqqu, ippreżentat separatament, m'għandux jiġi kklassifikat bħala partijiet ta' oġġett skont in-Nota 3(B) tal-Kapitolu 94. Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 94041000 bħala appoġġ għal saqqu.

Versions

  1. 2010-05-27