Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Awwissu 2010 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għall-analiżi dettaljata fid-dawl tal-inklużjoni possibbli ta’ penthiopyrad fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5556) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/466/UE)

In forceVersion 2010-08-24
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/466@2010-08-24/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista tal-Unjoni Ewropea ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2) Tressaq dossier għas-sustanza attiva penthiopyrad minn LKC Ltd. lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fl-10 ta’ Diċembru 2009 bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3) L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, wara analiżi preliminari, id-dossier għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossier li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier intbagħat sussegwentement mill-applikant lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, u ntbagħat għall-konsultazzjoni lill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(4) Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell tal-Unjoni Ewropea li d-dossier jitqies li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Id-dossier dwar is-sustanza attiva identifikata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li tressaq quddiem il-Kummissjoni u l-Istati Membri bl-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Id-dossier jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed ta’ protezzjoni għall-pjanti li fih is-sustanza attiva, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-użi proposti.

Artikolu 2 Kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2011, l-Istat Membru relatur għandu jkompli għaddej bl-analiżi dettaljata tad-dossier imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-analiżi li jkun għamel flimkien ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni oħra għal dik l-inklużjoni.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2010. Għall-Kummissjoni John Dalli Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

L-Isem Komuni, in-Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC L-applikant Id-data tal-applikazzjoni L-Istat Membru Relatur Penthiopyrad CIPAC-No: 824 LKC Ltd 10.12.2009 UK

Versions

  1. 2010-08-24