Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 472/2010 tal-31 Mejju 2010 li jimponi dazju ta' anti-dumping fuq importazzjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran u mill-Emirati Għarab Magħquda

In forceVersion 2010-05-31from 2010-06-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/472@2010-05-31/mt

Contents
  1. Preamble
  2. (10)
  3. (50) Tabella 1
  4. (56) Tabella 2
  5. (59) Tabella 3
  6. (65) Tabella 4
  7. (66) Tabella 5
  8. (68) Tabella 6
  9. (69) Tabella 7
  10. (71) Tabella 8
  11. (72) Tabella 9
  12. (73) Tabella 10
  13. (76) Tabella 11
  14. (77) Tabella 12
  15. (78) Tabella 13
  16. (81) Tabella 14
  17. (82) Tabella 15
  18. (91) Tabella 16
  19. (93) Tabella 17
  20. (95) Tabella 18
  21. (98) Tabella 19
  22. (99) Tabella 20
  23. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi: PROĊEDURA Bidu

(1) Fit-3 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (avviż ta’ tnedija), il-ftuħ ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate (PET) li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (il-pajjiżi kkonċernati).

(2) Il-proċediment ingħata bidu b'segwitu għal ilment imressaq fl-20 ta' Lulju 2009 mill-Polyethylene Terephthalate Committee of Plastics Europe (il-kwerelant) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ ta' aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċertu polyethylene terephthalate. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta' dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati u ta' ħsara materjali li rriżultat minnu, u din l-evidenza tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment.

Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3) Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bil-bidu tal-proċedura lill-produtturi kwerelanti, produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, importaturi/kummerċjanti u utenti magħrufa li huma kkonċernati, produtturi esportaturi u rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu.

(4) Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

(5) Minħabba n-numru apparentement kbir ta' produtturi u importaturi tal-Unjoni, fl-avviż ta' tnedija tqies it-teħid ta' kampjuni, u dan skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u, jekk hu hekk, biex jingħażel kampjun, il-produtturi u l-importaturi kollha tal-Unjoni ntalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta' tnedija, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-prodott li ġie investigat matul il-perjodu ta' investigazzjoni (bejn l-1 ta' Lulju 2008 u t-30 ta' Ġunju 2009).

(6) Erbatax-il produttur tal-Unjoni ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tat-tagħrif li ntbagħat mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' ħames produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 65 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni li kkooperaw.

(7) Tmien importaturi ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tat-tagħrif li ntbagħat mill-importaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' żewġ importaturi li jirrappreżentaw 83 % tal-importazzjonijiet mill-importaturi kollha li kkooperaw u 48 % tal-importazzjoni kollha mill-EGħM, l-Iran u l-Pakistan.

(8) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi, lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lill-importaturi fil-kampjun, u lil dawk l-utenti u l-fornituri magħrufa li huma kkonċernati u lil dawk li għamlu lilhom innifishom magħrufa fil-limitu tal-ħin stabbilit fl-avviż ta' tnedija.

(9) Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, minn importatur fil-kampjun wieħed, għaxar utenti fl-Unjoni, tliet fornituri ta' materja prima, produttur esportatur wieħed fl-Iran u l-kummerċjant assoċjat tiegħu, produttur esportatur wieħed fil-Pakistan u produttur esportatur wieħed fl-Emirati Għarab Magħquda. Barra minn dan, seba' produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ipprovdew id-dejta ġenerali mitluba għall-analiżi tal-ħsara.

(10) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni preliminari ta' dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(10)

(a) Produtturi tal-Unjoni

Novapet SA, Spain,

Equipolymers srl, l-Italja,

UAB Orion Global PET (Indorama), il-Litwanja,

UAB Neo Group, il-Litwanja;

(b) Il-produttur esportatur fl-Iran

Shahid Tondguyan Petrochemical Co. u l-kumpaniji relatati tagħha, Bandar Imam Khomeini u Tehran;

(c) Produtturi esportaturi fil-Pakistan

Novatex Limited, Karachi;

(d) Produttur esportatur fl-Emirati Għarab Magħquda

JBF RAK LLC, Ras Al Khaimah.

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(11) L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (il-perjodu tal-investigazzjoni jew il-PI). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni (il-perjodu meqjus).

IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI Il-prodott ikkonċernat

(12) Il-prodott ikkonċernat huwa l-polyethylene terephthalate li skont l-ISO Standard 1628-5 għandu n-numru tal-viskożità ta' 78 ml/g jew iktar, li joriġina fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (il-prodott ikkonċernat), li attwalment jaqa' taħt il-Kodiċi NM 39076020.

(13) Il-PET huwa prodott kimiku li normalment jintuża fl-industrija tal-plastik, għall-produzzjoni tal-fliexken u folji. Billi dan il-grad ta' PET huwa prodott omoġenju, ma kienx suddiviż f'aktar tipi ta' prodott differenti.

Il-prodott simili

(14) Mill-investigazzjoni ħareġ li l-PET prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, u l-PET prodott u mibjugħ fis-swieq domestiċi tal-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u esportat lejn l-Unjoni, għandhom essenzjalment l-istess karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bażiċi u l-istess użu bażiku. Għalhekk huma provviżorjament meqjusa l-istess skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

DUMPING

(15) Minħabba l-flussi konsiderevoli fl-ispejjeż tal-materja prima u l-prezzijiet tas-suq tal-PET osservati fil-PI, kien meqjus f'loku li biex jiġi stabbilit il-prezz tal-valur normali u tal-esportazzjoni tintuża id-dejta ta' kull tliet xhur. Madankollu, din il-metodoloġija ma setgħetx tiġi applikata fil-każ tal-Iran minħabba li l-uniku produttur Iranjan ma kienx f'pożizzjoni li jipprovdi dejta kompluta ta' kull tliet xhur.

L-Iran Il-Valur Normali

(16) Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet jekk il-bejgħ domestiku tiegħu tal-uniku produttur Iranjan kienx rappreżentattiv biżżejjed, jiġifieri jekk il-volum totali ta' dan il-bejgħ irrappreżentax mill-inqas 5 % tal-volum totali tiegħu ta' bejgħ ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Il-bejgħ domestiku tal-uniku produttur Iranjan tqies rappreżentattiv biżżejjed tul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(17) Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għal dan il-prodott mibjugħ fis-suq Iranjan, ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PI.

(18) Billi l-volum ta' bejgħ bi profitt ta’ dan il-prodott kien jirrappreżenta 80 % jew anqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dan il-prodott, il-valur normali issejjes fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkolat bħala medja differenzjata tal-bejgħ bi profitt.

Il-prezz tal-esportazzjoni

(19) Minħabba li l-bejgħ bl-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta' kumpanija tal-kummerċ relatata fl-Iran, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta' dan il-kummerċjant relatat lill-konsumaturi fl-Unjoni.

Tqabbil

(20) Il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni għall-uniku produttur esportatur ġew imqabbla fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika.

(21) Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, fejn kien japplika u fejn kien iġġustifikat, saru aġġustamenti għad-differenzi fil-livell tal-kummerċ, tal-ispejjeż tat-trasport, tal-maniġġ, tat-tagħbija u dawk anċillari, dawk marbuta mal-imballaġġ, l-ispejjeż ta’ kreditu u ta' fatturi oħra (ħlasijiet tal-banek).

(22) Il-kumpanija talbet għal aġġustament fminħabba fid-differenzi fil-livell ta' kummerċ dovui għal flussi differenti fil-bejgħ bejn il-konsumaturi tagħha fis-suq domestiku tagħha u f'dak Ewropew. Dan l-aġġustament ingħatalha fejn il-kumpanija setgħet tiġġustifika t-talba tagħha.

(23) Il-produttur esportatur Iranjan, barra minn hekk, ressaq talba partikolari fir-rigward tal-allegat impatt tas-sanzjonijiet internazzjonali kontra l-Iran. Il-kumpanija qalet li, minħabba s-sanzjonijiet, ċerti konsumaturi kbar tal-PET ibbażati l-Istati Uniti, bħalma huma l-Coa-Cola u l-Pepsi mhumiex awtorizzati jixtru l-PET mill-Iran u konsegwentement ma humiex joħorġu ċertifikati ta' kwalità għall-PET li joriġina mill-Iran. Allegatament dan għandu impatt ukoll fuq konsumaturi oħrajn Ewropej li jeħtieġu prezzijiet iktar baxxi għall-PET li ma ġiex iċċertifikat mill-Coca Cola u mill-Pepsi. Madankollu, il-produttur esportatur Iranjan ma kienx f'pożizzjoni li jikkwantifika l-allegat impatt tas-sanzjonijiet b'mod li seta' jsostni dan b'evidenza. Finalment, il-kumpanija sabet diffikulatjiet simili fis-suq domestiku fejn id-detenturi lokali tal-Coca Cola u tal-Pepsi ma kinux awtorizzati jakkwistaw il-PET mill-produtturi Iranjani u jkollhom jiddependu fuq importazzjonijiet minn pajjiżi oħra. Konsegwentement, is-sanzjonijiet għandhom ukoll iwasslu biex ibaxxu l-prezzijiet domestiċi u għaldaqstant ma jidhirx li teżisti differenza għall-finijiet tat-tqabbil tal-prezzijiet. Għaldaqstant kien konkluż li ma kienx hemm raġunijiet biex tingħata konċessjoni f'għamla ta' aġġustament għall-impatt tas-sanzjonijiet fuq l-Iran.

Marġini tad-dumping

(24) Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għall-uniku produttur Iranjan kien stabbilit abbażi ta’ paragun bejn il-valur normali differenzjat u l-prezz tal-esportazzjoni medju u differenzjat.

(25) Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kwerelant u l-produttur esportatur Iranjan li kkoopera, ma hemmx aktar produtturi magħrufa tal-prodott ikkonċernat fl-Iran. Għaldaqstant, il-marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu li għandu jkun stabbilit għall-Iran għandu jkun ugwali għall-marġini tad-dumping stabbilit għall-uniku produttur esportatur li kkoopera fl-Iran.

(26) Il-marġini tad-dumping provviżorju għall-Iran, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huwa ta’ 28,6 %.

Il-Pakistan Il-valur normali

(27) Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet jekk il-bejgħ domestiku tiegħu tal-uniku produttur Pakistani kienx rappreżentattiv biżżejjed, jiġifieri jekk il-volum totali ta' dan il-bejgħ irrappreżentax mill-inqas 5 % tal-volum totali tiegħu ta' bejgħ ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Il-bejgħ domestiku tal-uniku produttur Pakistani tqies rappreżentattiv biżżejjed tul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(28) Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għal dan il-prodott mibjugħ fis-suq Pakistani, ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PI.

(29) Billi l-volum ta' bejgħ bi profitt ta’ dan il-prodott kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dan il-prodott fis-suq domestiku, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu tal-prodott.

Il-prezz tal-esportazzjoni

(30) L-uniku produttur esportatur fil-Pakistan esporta l-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu minn dawn il-klijenti indipendenti għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

Tqabbil

(31) Il-valuri normali u l-prezz tal-esportazzjoni għall-uniku produttur esportatur ġew imqabbla abbażi ta' kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika.

(32) Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, fejn kien japplika u fejn kien iġġustifikat, saru aġġustamenti għad-differenzi fil-ħlasijiet tal-importazzjoni, fl-iskonti, fit-traħħis, fl-ispejjeż tat-trasport, fl-assigurazzjoni, l-immanniġġjar, l-ispejjeż tat-tagħbija u dawk anċillari, dawk marbuta mal-imballaġġ, l-ispejjeż ta’ kreditu, dawk marbuta ams-servizz ta' wara l-bejgħ (assistenza u servizzi tekniċi), il-kummissjonijiet u fatturi oħra (ħlasijiet tal-banek).

Marġini tad-dumping

(33) Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping għall-uniku produttur Pakistani kien stabbilit abbażi ta’ paragun bejn il-valur normali differenzjat u l-prezz tal-esportazzjoni medju u differenzjat.

(34) Il-marġini tad-dumping provviżorju għall-uniku produttur esportatur Pakistani, Novatex Limited, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 1,5 %, jiġifieri taħt id-de minimis skont it-tifsira tal-Artikolu 9(3) tar-Regoalment bażiku.

(35) Minħabba li ma hemmx aktar produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-Pakistan, ma għandhom jiġu imponuti ebda miżuri provviżjonali.

L-Emirati Għarab Magħquda Il-valur normali

(36) Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet jekk il-bejgħ domestiku tiegħu tal-uniku produttur tal-Emirati Għarab Magħquda (EGħM) kienx rappreżentattiv biżżejjed, jiġifieri jekk il-volum totali ta' dan il-bejgħ irrappreżentax mill-inqas 5 % tal-volum totali tiegħu ta' bejgħ ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Il-bejgħ domestiku tal-uniku produttur tal-EGħM tqies rappreżentattiv biżżejjed tul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(37) Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għal dan il-prodott mibjugħ fis-suq tal-EGħM, ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PI.

(38) Billi l-volum ta' bejgħ bi profitt ta’ dan il-prodott kien jirrappreżenta 80 % jew anqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dan il-prodott, il-valur normali issejjes fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkolat bħala medja differenzjata tal-bejgħ bi profitt.

Il-prezz tal-esportazzjoni

(39) L-uniku produttur esportatur fl-Emirati Għarab Magħquda esporta l-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu minn dawn il-klijenti indipendenti għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku.

Tqabbil

(40) Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni għall-uniku produttur esportur ġew imqabbla fuq bażi tal-prezz ex-works (fejn il-produttur mhux responsabbli għall-ispejjeż u r-riskji tal-konsenja).

(41) Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, fejn applikabbli u fejn kien iġġustifikat, saru aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-immaniġġjar, tat-tagħbija u dawk anċillari, fl-ispejjeż ta’ kreditu u fil-kummissjonijiet.

Marġini tad-dumping

(42) Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping għall-uniku produttur tal-EGħM kien stabbilit abbażi ta’ paragun bejn il-valur normali differenzjat u l-prezz tal-esportazzjoni medju u differenzjat.

(43) Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kwerelant u l-produttur esportatur tal-EGħM li kkoopera, ma hemmx produtturi oħrajn magħrufa tal-prodott ikkonċernat fl-Emirati Għarab Magħquda. Għaldaqstant, il-marġini ta’ dumping mal-pajjiż kollu li għandu jkun stabbilit għall-Emirati Għarab Magħquda għandu jkun ugwali għall-marġini ta’ dumping stabbilit għall-uniku produttur esportatur li kkoopera fl-Emirati Għarab Magħquda.

(44) Il-marġini tad-dumping provviżorju għall-Emirati Għarab Magħquda, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huwa ta’ 6,6 %.

ĦSARA Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(45) Matul il-PI, fl-Unjoni l-prodott simili kien immanifatturat minn 17-il produttur. Għaldaqstant it-total ta' dawn il-produtturi (stabbilit abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-produtturi li kkooperaw u għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni mid-dejta inkluża fl-ilment) jitqies bħala wieħed li jikkostitwixxi l-produzzjoi tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(46) Minn dawn is-17-il produttur, 12 minnhom ikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn it-12-il produttur instabu li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta' aktar minn 80 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. It-12-il produttur li kkooperaw, għalhekk, jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn issa 'l quddiem se jissejħu l-industrija tal-Unjoni. Il-bqija tal-produtturi tal-Unjoni minn hawn 'il quddiem se jissejħu l-produtturi l-oħra tal-Unjoni. Dawn il-produtturi tal-Unjoni l-oħrajn ma sostnewx l-ilment u lanqas ma oġġezzjonaw għalih b'mod attiv.

(47) Huwa nnotat li s-suq tal-UE għall-PET hu kkaratterizzat minn għadd relattivament għoli ta' produtturi, li normalment ikunu jagħmlu parti minn gruppi akbar u l-kwartieri ġenerali tagħhom ikunu barra mill-UE. Is-suq huwa fi proċess ta' konsolidazzjoni b'għadd riċenti ta' teħid ta' impriżi minn impriżi oħra u anki l-għeluq tagħhom. Pereżempju, mill-2009, l-impjanti ta' produzzjini tal-PET ta' Tergal Fibers (Franza), Invista (il-Ġermanja) u Artenius (ir-Renju Unit) għalqu filwaqt li Indorama ħadet dawk li kienu l-impjanti Eastman fir-Renju Unit u l-Pajjiżi l-Baxxi.

(48) Kif jidher fil-premessa (6) hawn fuq, intgħażel kampjun ta' ħames produtturi individwali li jirrappreżentaw 65 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni li kkooperaw. Kumpanija waħda ma kinitx f'qagħda li tipprovdi d-dejta kollha kif mitlub u l-kampjun, konsegwentement, kellu jitnaqqas għal erba' kumpaniji li jirrappreżentaw 47 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha li kkooperaw.

Konsum tal-Unjoni

(49) Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, id-dejta dwar il-volumi ta' importazzjoni għas-suq tal-UE miksuba mill-EUROSTAT u, fir-rigward tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni, minn stimi msejsa fuq l-ilment.

(50) Tabella 1

Il-konsum fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat żdied bi 11 % bejn l-2006 u l-PI. B'mod aktar preċiż, id-domanda apparenti kibret fl-2007 bi 8 %, naqset kemxejn bejn l-2007 u l-2008 (b'2 punti perċentwali) u kompliet żdiedet b'5 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PI. Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju, dejta tal-Eurostat u ilment. 2006 2007 2008 PI Total tal-konsum fl-UE (tunnellati) 2709400 2936279 2868775 2996698 Indiċi (2006 = 100) 100 108 106 111

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati Il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(51) Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-PET fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda għandhomx jiġu evalwati b'mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(52) Minħabba li l-marġini tad-dumping fil-każ tal-Pakistan instab de minimis, hu meqjus li l-effett ta' dawn l-importazzjonijiet ma jistax jiġi eżaminat flimkien mal-importazzjonijiet iddampjati mill-Iran u l-EGħM.

(53) Fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-EGħM u l-Iran, mill-investigazzjoni ħareġ li l-marġini tad-dumping kienu ’l fuq mil-limitu de minimis kif imfisser fl-Artikolu 9(3) tar-Regoalment bażiku u l-volum tal-importazzjonijiet iddampjati minn dawn iż-żewġ pajjiżi ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regoalment bażiku.

(54) Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-importazzjonijieet mill-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda tal-prodott, mill-investigazzjoni ħareġ li l-produtturi minn dawn il-pajjiżi jużaw l-istess kuntatti ta' bejgħ u jbiegħu lill-istess kategoriji ta' konsuamturi. Barra minn dan, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi raw komplew jiżdiedu fil-perjodu meqjus.

(55) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qiegħed jitqies b'mod provviżorju li ġew sodisfatti l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku u li l-importazzjonijiet mill-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv.

Volum ta’ importazzjonijiet ikkonċernati

(56) Tabella 2

Il-volum ta' importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat lejn l-UE kiber bi kważi 20 darba bejn l-2006 u l-PI u laħaq il-212198 tunnellata fil-PI. Aktar speċifikament, l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran kważżi ttripplaw bejn l-2006 u l-2007, u dan qabel ma komplew jiżdiedu b'4 darbiet aktar fl-2008 imqabbel mal-2007 u kważi rduppjaw bejn l-2008 u l-PI. Sors: Eurostat. 2006 2007 2008 PI Volum ta’ importazzjonijiet iddampajti mill-EGħM u l-Iran (tunnellati) 11752 33812 133389 212198 Indiċi (2006 = 100) 100 288 1135 1806 Is-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet iddampajti mill-EGħM u l-Iran 0,4 % 1,2 % 4,6 % 7,1 %

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(57) Is-sehem tas-suq rappreżentat minn importazzjonijiet iddampjati mill-EGħM u l-Iran kien madwar 0,4 % matul l-2006 u żdied b’mod sostnut b’madwar 7 punt perċentwali matul il-perjodu meqjus. Aktar speċifikament, dan żdied b'0,8 punti perċentwali bejn l-2006 u l-2007, kompla b'3,4 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2008 u b'2,5 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PI. Fil-PI, is-sehem tas-suq ta' importazzjonijiet iddampjati mill-EGħM u l-Iran kien ta' 7,1 %.

(58) Ta' min jinnota li l-EGħM daħlu fis-suq biss mill-2007 iżda malajr irnexxielhom jiksbu sehem sostanzjali mis-suq.

Il-prezzijiet Evoluzzjoni tal-prezzijiet

(59) Tabella 3

Il-medja tal-prezz tal-importazzjoni naqset bi 15 % fil-perjodu meqjus bl-akbar tnaqqis bejn l-2008 u l-PI. Aktar speċifikament, il-medja tal-prezz naqset b'1 % fl-2007 u b'punt perċentwali ieħor fl-2008, qabel ma kompliet tinżel bi 13-il punt perċentwali fil-PI. Sors: Eurostat. 2006 2007 2008 PI Il-prezz ta' importazzjonijiet iddampajti mill-EGħM u l-Iran (EUR/tunnellata) 1033 1023 1010 874 Indiċi 100 99 98 85

It-twaqqigħ tal-prezzijiet

(60) Minħabba l-fatt li l-prezzijiet u l-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat kienu suġġetti għal flutwazzjonijiet konsiderevoli fil-PI, il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-bejgħ inġabru kull tliet xhur u l-kalkoli ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u ta' bejgħ b'telf bdew isiru kull tliet xhur.

(61) Għall-iskop li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għall-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell ta' kif joħorġu mill-fabbrika, tqabblu mal-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustamenti xierqa għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u d-differenzi fil-livell tal-kummerċ.

(62) It-tqabbil wera li matul il-PI il-prodott iddampjat ikkonċernat li joriġina mill-UgħM mibjugħ fl-Unjoni waqqa' l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'3,9 %. Il-prodotti ddampjati li joriġinaw mill-Iran u li nbiegħu fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 3,2 %. Il-medja differenzjata tal-marġini ta' twaqqigħ tal-prezzijiet taż-żewġ pajjiżi matul il-PI huwa 3,8 %.

Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

(63) Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, twettaq l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet iddampjati fuq l-industrija tal-Unjoni inkluda evalwazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus.

(64) Kif spjegat hawn fuq, minħabba l-għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni, kellhom jittieħdu l-kampjuni. Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:

L-elementi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-prezzijiet medji tal-unità u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping u l-irkupru mill-effetti ta' dumping fl-imgħoddi) ġew eżaminati fil-livell tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi, u dan abbażi tat-tagħrif miġbur mill-produtturi li kkooperaw u għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni ntużat stima bbażata fuq id-dejta inkluża fl-ilment,

L-analiżi tal-elementi mikroekonomiċi (stokkijiet, pagi, profittabbiltà, dħul mill-investimenti, fluss tal-likwidità, possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-investimenti) saret għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun abbażi tat-tagħrif tagħhom.

Elementi makroekonomiċi Produzzjoni

(65) Tabella 4

Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b'4 % bejn l-2006 u l-PI. B'mod aktar speċifiku, din żdiedet b'5 % fl-2007 għal madwar 2570000 tunnellata, iżda naqset sew b'10 punti perċentwali fl-2008 meta mqabbla mal-2007 u żdiedet kemxejn, b'punt perċentwali wieħed, bejn l-2008 u l-PI meta laħqet madwar 2300000 tunnellata. Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment. 2006 2007 2008 PI Produzzjoni (tunnellati) 2439838 2570198 2327169 2338577 Indiċi (2006 = 100) 100 105 95 96

Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(66) Tabella 5

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni żdiedet bi 15 % tul il-perjodu meqjus. B’mod speċifiku, żdiedet b'1 % fl-2007, kompliet tiżdied b'5 punti perċentwali fl-2008 u b'9 punti perċentwali oħra fil-PI. Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment. 2006 2007 2008 PI Il-kapaċità ta' produzzjoni (tunnellati) 2954089 2971034 3118060 3385738 Indiċi (2006 = 100) 100 101 106 115 Utilizzazzjoni tal-kapaċità 83 % 87 % 75 % 69 % Indiċi (2006 = 100) 100 105 90 84

(67) L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet ta' 83 % fl-2006, żdiedet għal 87 % fl-2007 iżda wara niżlet għal 75 % fl-2008 u għal biss 69 % fil-PI. Ir-rata dejjem tonqos tal-utilizzazzjoni fl-2008 u l-PI tirriffletti tnaqqis fil-produzzjoni u żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tul dan il-perjodu.

Volum ta' bejgħ

(68) Tabella 6

Il-volum ta' bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil konumaturi mhux relatati fis-suq tal-UE naqas modestament fil-perjodu meqjus. Il-bejgħ żdied b'5 % fl-2007, iżda fis-sena ta' wara naqas kemxejn taħt il-livell tal-2006 u fil-PI l-bejgħ kien 3 % iktar baxx milli fl-2006, għal madwar 2100000 tunnellata. Minħabba l-volum limitat ta' stokkijiet, l-iżvilupp tal-bejgħ jirrifletti sew l-iżvilupp fil-produzzjoni. Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment. 2006 2007 2008 PI Bejgħ fl-UE (tunnellati) 2202265 2318567 2171203 2133787 Indiċi (2006 = 100) 100 105 99 97

Sehem tas-suq

(69) Tabella 7

Matul il-perjodu meqjus, il-produtturi tal-Unjoni tilfu 10 punti perċentwali mis-sehem mis-suq, li naqas minn 85 % fl-2006 għal 75 % fil-PI. Dan it-telf mis-sehem mis-suq jirrifletti l-fatt li, minkejja żieda sostanzjali fil-konsum, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3 % fil-perjodu meqjus. Ta' min jinnota li din ix-xejra ta' tnaqqis kienet preżenti wkoll għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, l-ilment u l-Eurostat. 2006 2007 2008 PI Proporzjon tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni 84,9 % 83,2 % 79,8 % 75,1 % Indiċi (2006 = 100) 100 98 94 88

Tkabbir

(70) Bejn l-2006 u l-PI, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 %, il-volum ta' bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 3 % u s-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b'10 punti perċentwali. Min-naħa l-oħra, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet iddampjati tela' minn 0,4 % għal 7,1 % matul l-istess perjodu ta' żmien. Għaldaqstant, qed jiġi konkluż li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jibbenefikaw minn xi tkabbir tas-suq.

Impjiegi

(71) Tabella 8

Il-livell ta' impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni juri tnaqqis ta' 15 % bejn l-2006 u l-PI. B'mod aktar speċifiku, l-għadd tal-persuni impjegati naqas b'mod sinifikanti minn 2400 fl-2006 għal 2100 fl-2007 jew bi 13 % u baqa' qrib dan il-livell fl-2008 u fil-PI. It-tnaqqis fl-2007 huwa riflessjoni tal-isforzi ta' ristrutturar minn għadd ta' produtturi tal-UE. Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment. 2006 2007 2008 PI Impjieg (persuni) 2410 2100 2060 2057 Indiċi (2006 = 100) 100 87 85 85

Produttività

(72) Tabella 9

Il-produttività tal-ħaddiema tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (f'tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, żdiedet bi 12 % fil-perjodu meqjus. Dan jirrifletti l-fatt li l-produzzjoni naqset aktar bil-mod mil-livell ta' impjiegi u hija indikazzjoni ta' żieda fl-effiċjenza min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Dan hu partikolarment evidenti fl-2007 meta l-produzzjoni żdiedet filwaqt li l-livell tal-impjiegi naqas u l-produttività kienet 21 % ogħla milli kienet fl-2006. Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment. 2006 2007 2008 PI Produttività (tunnellata għal kull impjegat) 1013 1224 1130 1137 Indiċi (2006 = 100) 100 121 112 112

Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet ta’ bejgħ

(73) Tabella 10

Il-medja annwali tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-UE għal konsumaturi mhux relatati baqgħet stabbli bejn l-2006 u l-2008, b'madwar 1100 EUR kull tunnellata. Fil-PI l-medja annwali tal-prezz tal-bejgħ niżlet bi 12 % u laħqet EUR 977 kull tunnellata. Il-medja annwali tal-prezz tal-bejgħ ma tirriflettix il-flussi ta' kull xahar, jew dawk ta' kuljum, tal-PET fis-suq Ewropew (u dinji) iżda titqies suffiċjenti biex tindika x-xejra matul il-perjodu meqjus. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-PET normalment isegwu x-xejriet tal-prezz tal-materja prima ewlenija tiegħu (jiġifieri l-PTA u l-MEG) billi dawn jikkostitwixxu sa 80 % tal-ispiża totali tal-PET. Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment. 2006 2007 2008 PI Il-prezz ta’ unità fis-suq tal-UE (EUR/tunnellata) 1110 1105 1111 977 Indiċi (2006 = 100) 100 100 100 88

(74) Kif indikat hawn fuq, il-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni twaqqgħu kawża tal-importazzjonijiet iddampjati mill-EGħM u l-Iran.

Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat

(75) Meta jitqies il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran, l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-marġini effettivi tad-dumping ma jistax jitqies li huwa wieħed negliġibbli. Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li mis-sena 2000 hemm fis-seħħ miżuri ta' antidumping kontra l-importazzjonijiet tal-PET mill-Indja, l-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, it-Tajwan, it-Tajlandja u mill-2004 kontra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Minħabba li fil-perjodu meqjus minn din l-investigazzjoni l-indutsrija tal-unjoni tilfet proprozjon tas-suq u żiedet it-telf tagħha, ma jista' jkun stabbilit ebda rkupru effettiv mid-dumping tal-passat u hu meqjus li l-produzzjoni tal-Unjoni għadha vulnerabbli gall-effett ta' dannu ta' kull importazzjoni ddampjata fis-suq tal-Unjoni.

Elementi mikroekonomiċi Stokkijiet

(76) Tabella 11

Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tal-produtturi inklużi fil-kampjun naqas bejn l-2006 u l-PI bi 22 %. Ta' min jinnota li l-istokkijiet jirrappreżentaw anqas minn 5 % tal-produzzjoni annwali u għaldaqstant ir-rilevanza ta' dan l-indikatur fl-analiżi tal-ħsara hija limitata. Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju. Il-kampjun 2006 2007 2008 PI Stokk tal-għeluq (tunnellati) 61374 57920 46951 47582 Indiċi (2006 = 100) 100 94 77 78

Pagi

(77) Tabella 12

L-ispiża tax-xogħol annwali żdied bi 11 % bejn l-2006 u l-2007 qabel ma naqas b'2 punti perċentwali fl-2008 meta mqabbel mal-2007 u b'9 punti perċentwali oħra fil-PI meta mqabbel mal-2008 b'mod li laħaq l-istess livell fl-2006. B'mod ġenerali, l-ispejjeż tax-xogħol għalhekk baqgħu stabbli. Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju. Il-kampjun 2006 2007 2008 PI Spiża tax-xogħol annwali (EUR) 27671771 30818299 30077380 27723396 Indiċi (2006 = 100) 100 111 109 100

Profittabbiltà u dħul mill-investimenti

(78) Tabella 13

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-produtturi inklużi fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq tal-UE lil konsumaturi mhux relatati, espressa bħala perċentwali ta' bejgħ nett, baqgħet negattiva u saħansitra niżlet minn – 6.9 % għal – 7.5 %. B'mod aktar speċifiku, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun tjiebet fl-2007 meta t-telf nett kien jammonta biss għal – 1.5 % tal-bejgħ nett, iżda t-telf żdied sew fl-2008 għal – 9.3 %. Is-sitwazzjoni tjiebet kemxejn fil-PI. Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju. Il-kampjun 2006 2007 2008 PI Il-profittabilità tal-UE (% ta’ bejgħ nett) –6,9 % –1,5 % –9,3 % –7,5 % Indiċi (2006 = – 100) –100 –22 –134 –108 ROI (profitt f'% tal-valur nett deprezzat tal-investimenti) –9,6 % –3,1 % –16,8 % –12,3 % Indiċi (2006 = – 100) –100 –32 –175 –127

(79) Ir-redditu fuq l-investimenti (ROI), espress bħala l-profitt f'perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-investimenti, segwa b'mod wiesa' x-xejra ta' profittabbiltà. Dan żdied minn livell ta’ – 9,6 % fl-2006 għal – 3,1 % fl-2007. Naqas għal – 16,8 % fl-2008 u reġa' naqas fil-PI għal – 12,3 % fil-PI. B'mod ġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti baqa' negattiv u mar lura bi 2,7 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus.

Fluss tal-likwidità u kapaċità li jiżdied il-kapital

(80) Il-fluss tal-likwidità netta minn attivitajiet operattivi kien negattiv, fil-livell ta' EUR – 18,5 miljun fl-2006. Dan tjieb b'mod sinifikanti fl-2007 meta sar pożittiv fil-livell ta' EUR 19,5 miljun iżda mar lura bil-kbir fl-2008 (EUR – 42 miljun) qabel ma laħaq il-livell negattiv ta' EUR – 11-il miljun fil-PI. B'mod ġenerali, il-fluss tal-likwidità tjieb fil-perjodu meqjus għalkemm baqa' negattiv.

(81) Tabella 14

Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni sabet diffikultajiet biex tkabbar il-kapital, l-aktar minħabba li wħud mill-produtturi huma inkorporati fi gruppi akbar. Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju. Il-kampjun 2006 2007 2008 PI Likwidità (EUR) –18453130 19478426 –42321103 –11038129 Indiċi (2006 = 100) –100 206 –229 –60

Investimenti

(82) Tabella 15

L-investimenti annwali tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun fil-produzzjoni tal-prodott simili naqsu b'34 % bejn l-2006 u l-2007, b’59 punt perċentwali oħra bejn l-2007 u l-2008 u mbagħad naqsu kemxejn fil-PI meta mqabbla mal-2008. Kollox ma' kollox, l-investimenti naqsu b’96 % matul il-perjodu meqjus. Din il-waqgħa drastika fl-investimenti tista' tiġi spjegata parzjalment minħabba li fl-2006 u fl-2007 nkisbu linji ġodda ta' produzzjoni bil-għan li jżidu l-kapaċità. Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju. Il-kampjun 2006 2007 2008 PI Investimenti netti (EUR) 98398284 64607801 6537577 4298208 Indiċi (2006 = 100) 100 66 7 4

Konklużjoni dwar il-ħsara

(83) L-analiżi tad-dejta makroekonomika turi li matul il-perjodu meqjus il-produtturi tal-Unjoni naqqsu l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom. Għalkemm it-tnaqqis osservat ma kienx daqshekk drammatiku, dan irid jitqies fil-kuntest taż-żieda fid-domanda bejn l-2006 u l-PI, li wasslet għat-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni b'10 punti perċentwali għal 75 %.

(84) Fl-istess waqt l-indikaturi mikroekonomiċi rilevanti juru deterjorament ċar tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment baqgħu negattivi u b'mod ġenerali komplew jiddeterjoraw bejn l-2006 u l-PI. Il-fluss tal-likwidità, minkejja żvilupp ġeneralment pożittiv, ukoll baqa' negattiv matul il-PI.

(85) Fid-dawl ta' dak li ntqal, qed jiġi konkluż b'mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

IL-KAWŻALITÀ Introduzzjoni

(86) Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet iddampjati li joriġinaw mill-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda kinux ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni sal-punt li jiġi kklassifikat wieħed materjali. Kienu eżaminati wkoll fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet iddampjati, li fl-istess ħin setgħu kienu ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni, u dan biex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra ma jkunx attribwit lill-importazzjonijiet iddampjati.

L-effett tal-importazzjonijiet iddampjati

(87) Bejn l-2006 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-EGħM u l-Iran żdiedu b'aktar minn 20 darba għal 212200 tunnellata , u l-proporzjon tagħhom fis-suq żdied b'aktar minn 7 punti perċentwali (minn 0,4 % għal 7,1 %). Fl-istess waqt, l-industrija tal-Unjoni tilfet mal-10 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (minn 84,9 % għal 75,1 %). Il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas bejn l-2006 u l-PI u baqa' iktar baxx mill-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni.

(88) Kif intwera fil-premessa 62 hawn fuq, it-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati kien ta' 3,9% fil-każ tal-EGħM u 3,2% fil-każ tal-Iran. Anki jekk it-twaqqigħ tal-prezzijiet kien inqas minn 4 %, dan ma jistax jitqies insinifikanti billi l-PET huwa prodott bażiku u li l-kompetizzjoni sseħħ primarjament fil-livell ta' prezzijiet.

(89) L-esportatur Iranjan qal li l-importazzjonijiet iranjani tal-PET ma setgħux ikkawżaw dannu mkaterjali lill-industrija tal-Unjoni minħabba li dawn il-livelli ta' importazzjoni qabżu l-limitu de minimis għall-importazzjonijiet bi ftit biss. Madankollu, matul il-PI, l-importazzjonijiet mill-Iran, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta' 1,9 %, qabżu l-limitu de minimis speċifikat fir-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Iran kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. F'dan l-isfond, l-argument imqajjem mill-esportatur Iranjan ma ntlaqax.

(90) Fid-dawl tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni minħabba importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran, hu meqjus li dawn l-importazzjoniiet iddampjati kienu ta' pressjoni kbira biex jitwaqqgħu l-prezzijiet, hekk li ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni milli żżomm il-prezzijiet ta' bejgħ tagħha f'livell li kien ikun neċessarju biex jitkoprew l-ispejjeż u jiġi realizzat profitt. Għaldaqstant, jitqies li teżisti rabta kawżali bejn dawk l-importazzjonijiet u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

L-effett ta’ fatturi oħra Attività ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(91) Tabella 16

Parti interessata waħda qalet li kull ħsara li seħħet kienet kawża tal-attività baxxa fl-esportazzjoni min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Kif jista’ jidher mit-tabella hawn taħt, il-volum ta' esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu meqjus bi 11 %. Il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tul l-istess perjodu naqas b'10 % u dan wassal għal valur stabbli tal-bejgħ għall-esportazzjoni tul il-perjodu meqjus. Għaldaqstant, ma hemm ebda indikazzjoni li l-andament tal-esportazzjoni kkontribwixxa għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju. L-industrija tal-Unjoni 2006 2007 2008 PI Bejgħ għall-esportazzjoni (tunnellati) 25677 24103 23414 28504 Indiċi (2006 = 100) 100 94 91 111 Bejgħ għall-esportazzjoni (EUR) 28473679 27176204 25109209 28564676 Indiċi (2006 = 100) 100 95 88 100 Il-prezz ta' esportazzjonijiet (EUR/tunnellata) 1109 1128 1072 1002

(92) Parti interessata oħra ddikjarat li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE kienu artifiċjalment għolja. Skont il-parti interessata, din id-dikjarazzjoni hi kkonfermata mill-fatt li l-prezzijiet fis-suq tal-UE baqgħu stabbli filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni waqgħu. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-medja annwali tal-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE naqset bi 12 % tul il-perjodu meqjus, b'mod parallel mat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni tul l-istess perjodu. Għaldaqstant, l-argument hu rrifjutat.

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi Il-Pakistan

(93) Tabella 17

Meta jitqies li l-importazzjonijiet mill-Pakistan ma nstabux li kienu ddampjati, huwa neċessarju li jiġi analizzat jekk hux il-każ li dawn xorta waħda kkontribwew għad-dannu li ġarrbu l-produtturi tal-unjoni,. Il-volum ta' importazzjonijiet mill-Pakistan żdied b'darbtejn matul il-perjodu meqjus. Aktar speċifikament, dawn naqsu bejn l-2006 u l-2007 b'25 % iżda mbagħad żdiedu b'mod sinifikanti fl-008 meta mqabbla mal-2007 b'117-il punt perċentwali u fil-PI terġa' b'16-il punt perċentwali ieħor meta mqabbel mal-2008 hekk li laħqu t-92000 tunnellata. Is-sehem tas-suq rispettiv ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 1,6 % fl-2006 għal 3,1 % fil-PI. Sors: Eurostat. 2006 2007 2008 PI Volum ta’ importazzjonijiet mill-Pakistan (tunnellati) 44187 33255 84859 92004 Indiċi (2006 = 100) 100 75 192 208 Il-proprozjon tas-suq ta' importazzjonijiet mill-Pakistan 1,6 % 1,1 % 3,0 % 3,1 % Il-prezz ta' importazzjonijiet (EUR/tunnellata) 1030 1022 1023 900

(94) Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Pakistani ġeneralment baqa' taħt il-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, l-analiżi dettaljata tal-informazzjoni tal-prezzijiet ipprovduta mill-esportatur fil-Pakistan li kkoopera indikat li dawn il-prezzijiet waqqgħu l-prezzijiet tal-unjoni b'inqas minn 1,5%, jiġifieri b'inqas minn nofs it-twaqqigħ tal-prezzijiet stabbilit għall-importazzjonijiet iddampjati mill-Iran u mill-EGħM. Konsegwentement, għalkemm ma jistax ikun eksluż li l-importazzjoniiet mill-Pakistan ikkontribwew għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, il-kontirbut tagħhom kien wieħed biss limitat u ma setax kisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

Ir-Repubblika tal-Korea

(95) Tabella 18

Ir-Repubblika tal-Korea ilha suġġetta għal dazji ta' antidumping mis-sena 2000. Madankollu, żewġ kumpaniji Koreani mhumiex suġġetti għal dazju u l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea għadhom f'livell għoli u żdiedu b'mod sinifikanti fil-perjodu meqjus. L-importazzjonijiet Koreani żdiedu bi kważi 150 % bejn l-2006 u l-PI u s-sehem mis-suq rispettiv tagħhom żdied minn 3.5 % fl-2006 għal 7.7 % fil-PI. Sors: Eurostat. 2006 2007 2008 PI Volum ta' importazzjonijiet mill-Korea t'Isfel (tunnellati ) 94023 130994 177341 231107 Indiċi (2006 = 100) 100 139 189 246 Il-proporzjoni tas-suq ta’ importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel 3,5 % 4,5 % 6,2 % 7,7 % Il-prezz ta' importazzjonijiet (EUR/tunnellata) 1084 1071 1063 914

(96) Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Koreani ġeneralment baqa' kemxejn taħt il-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, il-prezzzijet Koreani kienu ogħla mill-prezzijiet medji mill-EGħM u l-Iran, u kienu anki ogħla mill-prezzijiet medji mill_akistan. Konsegwentement, għalkemm ma jistax ikun eksluż li l-importazzjoniiet mir-Repubblika tal-Korea kkontribwew għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, il-kontirbut tagħhom kien wieħed biss limitat u ma setax kisser ir-rabta kawżali stabbilita fir-rigward tal-importazzjonijiet iddampjati mill-UgħM u mill-Iran.

(97) L-esportatur Iranjan iddikjara li kull żieda fl-importazzjonijiet Iranjani kienet dovuta għat-tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-Korea t'Isfel u għalhekk ma kkawżatx ħsara lill-produtturi Ewropej. Madankollu, id-dejta tal-Eurostat turi li matul il-perjodu meqjus, il-volumi tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kienu qed jiżdiedu b'mod stabbli u parallel. Għaldaqstant, wieħed ma jistax jikkonkludi li l-importazzjonijiet mill-Iran sempliċiment ħadu post l-importazzjonijiet mill-Korea t'Isfel.

Pajjiżi oħra

(98) Tabella 19

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra bħala medja kienu bi prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet medji ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet tilfu mis-sehem mis-suq fil-perjodu meqjus. Konsegwentement, dawn l-importazzjonijiet mhumiex meqjusa bħala kawża possibbli ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Sors: Eurostat. 2006 2007 2008 PI Volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati) 259438 296418 185286 210772 Indiċi (2006 = 100) 100 114 71 81 Il-proprozjon tas-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi oħra 9,6 % 10,1 % 6,5 % 7,0 % Il-prezz ta' importazzjonijiet (EUR/tunnellata) 1176 1144 1194 1043

Kompetizzjoni mill-produtturi fl-Unjoni li ma kkooperawx

(99) Tabella 20

Uħud mill-partijiet interessati qalu li l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni hi dovuta għall-kompetizzjoni mill-produtturi fl-Unjoni li ma kkooperawx. Ħames produtturi tal-Unjoni ma kkooperawx d'dan il-proċess. Wieħed minnhom waqqaf il-produzzjoni tiegħu fil-PI filwaqt li tnejn oħra għamlu dan ftit wara. Il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi li ma kkooperawx kienu stmati abbażi tat-tagħrif imressaq fl-ilment. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, jidher li dawn il-produtturi tilfu l-proporzjon tagħhom tas-suq tul il-perjodu meqjus minn 20,5% fl-2006 għal 16% fil-PI. Mill-investigazzjoni ma ħarġet ebda evidenza li l-imġiba ta' dawn il-produtturi kissret ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati u d-dannu stabbilit għall-industrija tal-Unjoni. Sors: Eurostat. Produtturi tal-UE li ma kkooperawx 2006 2007 2008 PI Bejgħ fl-UE (tunnellati) 554329 493363 356581 478282 Indiċi (2006 = 100) 100 89 64 86 Sehem tas-suq 20,5 % 16,8 % 12,4 % 16,0 %

Tnaqqis fir-ritmu ekonomiku

(100) Il-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008 wasslet għal tkabbir fis-suq li mexa aktar bil-mod milli mistenni u li ma kienx normali meta mqabbel mal-bidu tas-sena 2000 fejn setgħu jiġu osservati rati annwali tat-tkabbir ta' madwar 10 %. Għall-ewwel darba, kien hemm kontrazzjoni tad-domanda għall-PET fl-2008. Naturalment dan kellu effett fuq l-andament ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

(101) Madankollu, l-effett negattiv tal-kriżi fl-ekonomija u l-kontrazzjoni fid-domanda kienu aggravati b'aktar importazzjonijiet iddampjati mill-Iran u l-EGħM li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Anki jekk il-kriżi fl-ekonomija tista’ għalhekk titqies bħala kaġun tad-dannu għall-perjodu li beda fl-aħħar tliet xhur tal-2008, dan bl-ebda mod ma jista’ jnaqqas l-effetti dannużi ta’ ħsara tal-importazzjonijiet iddampjati bi prezz baxx fis-suq tal-UE matul il-perjodu kollu meqjus. Anki f'sitwazzjoni fejn jonqos il-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni għandha tkun kapaċi żżomm livell aċċettabbli ta’ prezzijiet u għalhekk tillimita l-effetti negattivi ta’ tnaqqis fit-tkabbir tal-konsum, imma biss f’każ li ma jkunx hemm il-kompetizzjoni inġusta ta’ importazzjonijiet iddampjati bi prezz baxx fis-suq.

(102) It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku lanqas ma għandu xi impatt fuq il-ħsara mġarrba u li diġà ġiet osservata qabel l-aħħar tliet xhur tal-2008.

(103) Konsegwentement, il-kriżi fl-ekonomija trid titqies bħala element li jikkontribwixxi għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni mill-aħħar tliet xhur tal-2008 biss u minħabba n-natura globali tagħha ma tistax titqies bħala kawża possibbli li tkisser ir-rabta kawżali bejn id-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjoni ddampjati mill-EGħM u mill-Iran.

Pożizzjoni ġeografika

(104) Xi wħud mill-partijiet interessati argumentaw li kull ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni ġiet ikkawżata primarjament mill-pożizzjoni żvantaġġata ta' mill-inqas ftit mill-produtturi tal-Unjoni (jiġifieri ’l bogħod minn port b'mod li jeħlu aktar spejjeż ta' trasportazzjoni bla bżonn għall-materja prima kif ukoll għall-prodott finali).

(105) Fir-rigward tal-argument ta' hawn fuq, huwa magħruf li meta tkun f'pożizzjoni fejn m'intix aċċessibbli malajr b'mezzi relattivament orħos ta' trasport għandek ċerti żvantaġġi fejn jidħlu l-ispejjeż marbuta mat-twassil kemm tal-materja prima mill-fornituri kif ukoll tal-prodott finali lill-konsumaturi. Madankollu, l-investigazzjoni u d-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (tnejn minnhom pożizzjonati qrib ta' port u tnejn oħra iktar ’il ġewwa) ma indikat ebda korrelazzjoni sinifikanti bejn il-pożizzjoni ġeografika u l-andament ekonomiku tal-produtturi tal-Unjoni. Fil-fatt, il-ħsara li rriżultat ġarrbuha wkoll dawk il-produtturi pożizzjonati qrib ta' port.

(106) Konsegwentement, huwa konkluż li l-pożizzjoni ġeografika ma kkontribwietx b'mod materjali għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

Integrazzjoni vertikali

(107) Uħud mill-partijiet interessati argumentaw li kull ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kien kawża tal-fatt li bosta produtturi tal-Unjoni mhumiex integrati vertikalment (f'termini tal-produzzjoni tal-PTA) u għalhekk għandhom żvantaġġ sinifikanti f'dik li hi spiża vis-à-vis l-esportaturi integrati. Id-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma wriet l-ebda korrellazzjoni sinifikanti bejn l-integrazzjoni vertikali tal-produzzjoni tal-PTA u l-andament ekonomiku tal-produtturi tal-Unjoni.

(108) Għaldaqstant, huwa konkluż li n-nuqqas ta' integrazzjoni vertikali tal-produzzjoni tal-PTA ma kkontribwiex għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(109) Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet iddampjati mill-EGħM u l-Iran, iż-żieda fl-ishma tas-suq u t-twaqqigħ tal-prezzijiet li rriżulta u, fuq in-naħa l-oħra, id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet iddampjati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

(110) Kienu analizzati fatturi oħra iżda instab li dawn ma jkissrux ir-rabta kawżali bejn l-effetti tal-importazzjonijiet iddampjati u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Fejn jidħol il-Pakistan, minħabba li t-twaqqigħ tal-prezzijiet hu tassew żgħir, hu meqjus li l-importazzjonijiet tiegħu ma kkontribwewx għad-dannu lill-industrija tal-Unjoni sal-punt materjali. L-importazzjoniiet mir-Repubblika tal-Korea setgħu kkontribwew għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, iżda minħabba d-differenza żgħira fil-prezz bejn dawn l-importazzjonijiet u s-suq tal-Unjoni, dan jitqies li ma jkissirx ir-rabta kawżali stabbilita fir-rigward tal-importazzjonijiet iddampjati mill-UGħM u mill-Iran. Minħabba d-deterjorament tas-sehem mis-suq u l-livell għoli tal-prezz tagħhom, ma hemm ebda evidenza li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kkontribwew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, ma kien hemm ebda fattur magħruf ieħor, jiġifieri l-andament tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kompetizzjoni mill-produtturi l-oħra tal-Unjoni, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-pożizzjoni ġeografika u n-nuqqas ta' integrazzjoni vertikali, li kkontribwixxa għall-ħsara tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li ħall din ir-rabta kawżali.

(111) Abbazżi tal-analiżi ta' hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b'mod tajjeb bejn l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet iddampjati, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

INTERESS TAL-UNJONI

(112) B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, id-dannu u l-kawżalità, kienx hemm raġunijiet b'saħħithom li jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset l-impatt probabbli ta' miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti, kif ukoll il-konsegwenzi probabbli jekk ma jittiħdux miżuri.

(113) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-importaturi indipendenti, il-fornituri ta' materja prima, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom. B'kollox intbagħtu ’l fuq minn 50 kwestjonarju iżda t-tweġibiet li waslu fiż-żmien stipulat kienu biss 13. Barra minn hekk, kien hemm 22 utent li ppreżentaw ruħhom aktar tard fil-proċess b'ittri ta' oppożizzjoni għal kwalunkwe miżuri possibbli f'dan il-każ.

L-interess tal-industrija tal-Unjoni u produtturi tal-Unjoni oħrajn

(114) Hu mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran kellhom jilqgħu kontra aktar distorsjonijiet tas-suq, kontra r-restrizzjoni tal-prezzijiet u jerġgħu jintroduċu kompetizzjoni ġusta. Dan, min-naħa l-oħra, kellu jipprovdi lill-industrija tal-Unjoni b'opportunità biex ittejeb is-sitwazzjoni tagħha minħabba ż-żieda fil-prezzijiet, iż-żieda fil-volumi ta' bejgħ u fis-sehem tas-suq.

(115) Fin-nuqqas ta' miżuri, hu mistenni li l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran ikomplu jikbru bi prezzijiet baxxi li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. F'dan il-każ, l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex l-opportunità li ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha. Minħabba l-istat finanzjarju ħażin tal-industrija tal-Unjoni, ikun mistenni aktar għeluq ta' impriżi bil-konsegwenza ta' aktar telf ta' impjiegi.

(116) Ma hemm xejn x’juri li l-interessi tal-produtturi l-oħra fl-Unjnoi li ma kkooperawx b'mod attiv fl-investigazzjoni se jkunu differenti minn dawk indikati għall-industrija tal-Unjoni.

(117) Il-kumpanija Iranjana argumentat li l-impożizzjoni ta' miżuri ma tgħinx lill-industrija tal-Unjoni għax twassal biss għal investimenti ġodda f'pajjiżi esportaturi oħra. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat minħabba li, meta jitwassal għall-effett loġiku li jirriżulta minnu, dan ikun ifisser li l-miżuri tal-anti-dumping qatt ma jistgħu jiġu imposti fuq prodotti li l-investimenti fihom jisgħu jittieħdu f'pajjiżi oħrajn. Dan ikun ifisser ukoll li wieħed jirrinunzja għall-protezzjoni kontra l-kummerċ inġust sempliċiment minħabba l-possibbiltà ta' kompetizzjoni ġdida minn pajjiżi terzi oħra.

(118) L-istess parti interessata ddikjarat li l-ebda miżura ma tista' ssewwi l-iżvantaġġ kompetittiv strutturali tal-industrija ta' produzzjoni tal-PET tal-UE meta mqabbla mal-industrija ta' produzzjoni tal-PET fl-Asja u fil-Lvant Nofsani. Dan l-argument, madankollu, ma ġiex issostanzjat biżżejjed. Ta' min jinnota li xi produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li huma integrati vertikalment jinsabu wkoll f'sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Barra minn hekk, anki jekk kien hemm vantaġġi kompetittivi possibbli (pereżempju b'aċċess orħos għall-materja prima), il-produtturi esportaturi xorta nstab li qed jiddampjaw.

(119) Għaldaqstant ġie provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tkun evidentement fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

L-interess tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni

(120) Kif indikat hawn fuq, it-teħid tal-kampjuni kien applikat għall-importaturi mhux relatati u minn żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun aġent importatur wieħed biss (Global Services International, G.S.I.) ikkoopera b'mod sħiħ f'din l-investigazzjoni billi ressaq tweġiba għall-kwestjonarju. L-importazzjonijiet iddikjarati mill-aġent li kkoopera jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-importazzjonijiet kollha kkonċernati fil-PI. Il-kummissjonijiet għall-importazzjonijiet tal-PET jirrappreżentaw il-maġġoranza tan-negozju tal-G.S.I. Billi l-aġent jaħdem fuq bażi ta' kummissjoni, l-impożizzjoni ta' dazji mhix mistennija li jkollha impatt sinifikanti fuq l-andament tiegħu minħabba li kull żieda effettiva fil-prezz tal-importazzjoni x'aktarx ibatuha l-klijenti tiegħu.

(121) Ebda importatur ieħor ma ressaq tagħrif rilevanti. Minħabba li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra fejn attwalment hemm fis-seħħ miżuri anti-dumping ma waqfux u minħabba li l-importazzjonijiet huma disponibbli minn pajjiżi mingħajr miżuri anti-dumping (eż. l-Oman, l-Istati Uniti, il-Brażil), hu meqjus li l-importaturi jistgħu jimpurtaw minn dawn il-pajjiżi.

(122) Għaldaqstant ġie provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji mhux se jkollha effetti negattivi sa punt sinifikanti fuq l-interess tal-importaturi tal-UE.

L-interess tal-fornituri ta' materja prima fl-Unjoni

(123) Tliet fornituri ta' materja prima (tnejn tal-PTA u wieħed tal-MEG) ikkooperaw fl-investigazzjoni billi ressqu t-tweġiba għall-kwestjonarju fiż-żmien stipulat. L-għadd ta' persunal impjegat fil-faċilitajiet Ewropej tagħhom u involut fil-produzzjoni tal-PTA/MEG kien ta' madwar 700.

(124) Il-produtturi tal-PTA li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 50 % tax-xiri ta' PTA tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-produtturi tal-PTA jiddependu bil-kbir fuq l-istat tal-produtturi tal-PET li jikkostitwixxu l-klijenti ewlenin tagħhom. Il-prezzijiet baxxi tal-PET iwasslu għal prezzijiet aktar baxxi tal-PTA u marġnijiet aktar baxxi għall-produtturi tal-PTA. Ta' min isemmi li tinsab għaddejja investigazzjoni li tikkonċerna l-antidumping u l-antissussidjar fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' PTA li joriġina fit-Tajlandja, li jfisser li l-produtturi tal-UE tal-PTA jistgħu wkoll iħabbtu wiċċhom ma' kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet Tajlandiżi. Konsegwentement, hu meqjus li l-produtturi tal-PTA għandhom jibbenefikaw mill-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet iddampjati ta' PET.

(125) Għall-fornitur tal-MEG li kkoopera, l-MEG jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-fatturat totali tiegħu. Ta' min isemmi li fir-rigward tal-MEG, il-PET mhuwiex l-unika applikazzjoni possibbli tiegħu, u lanqas dik ewlenija, u l-produtturi tal-MEG jiddependu inqas fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-PET. Minkejja dan, id-diffikultajiet tal-industrija tal-PET jista' jkollhom impatt limitat fuq il-fornituri tal-MEG, tal-inqas fuq medda qasira u medja ta' żmien.

(126) Minħabba dan ta' hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet iddampjati mill-EGħM u l-Iran tkun fl-interess tal-fornituri ta' materja prima.

L-interess tal-utenti

(127) Il-PET suġġett għal dan il-proċediment (jiġifieri bin-numru tal-viskożità ta' 78 ml/g jew ogħla, l-hekk imsejjaħ grad ta' flixkun (bottle grade)) jintuża l-aktar biex jiġu prodotti fliexken għall-ilma u xarbiet oħra. L-użu tiegħu għall-produzzjoni ta' pakketti oħra (ikel solidu jew deterġenti) u għall-produzzjoni tal-folji qiegħed jiżviluppa, iżda għadu relattivament limitat. Il-fliexken tal-PET jiġu prodotti f'żewġ stadji. (i) l-ewwel issir preforma bl-injezzjoni ta' PET bil-forma u (ii) wara l-preforma tissaħħan u tintefaħ fi flixkun. Ir-realizzazzjoni tal-fliexken tista' tkun proċess integrat (jiġifieri l-istess kumpanija tixtri l-PET, tipproduċi l-preforma u tonfoħha fil-flixkun) jew wieħed limitat għat-tieni stadju (l-infiħ tal-preforma fi flixkun). Il-preforom jistgħu jiġu trasportati b'mod relattivament faċli minħabba li huma żgħar u densi, filwaqt li l-fliexken vojta huma instabbli u minħabba d-daqs tagħhom it-trasport tagħhom huwa għali ħafna.

(128) Il-fliexken tal-PET jimtlew bl-ilma u/jew b'xarbiet oħra mill-kumpaniji tal-ibbottiljar (il-bottiljaturi). Il-kumpaniji tal-ibbottiljar sikwit ikunu involuti fin-negozju tal-PET jew permezz ta' proċessi integrati ta' realizzazzjoni tal-fliexken jew permezz ta' ftehimiet dwar ħlasijiet (tolling) ma' konvertituri subkontrattati u/jew produtturi tal-fliexken li jinnegozjaw il-prezz tal-PET għalihom mal-produttur (soft tolling) jew anki jixtru l-PET għall-fliexken tagħhom stess (hard tolling).

(129) Għaldaqstant, jeżistu żewġ gruppi ta' utenti:

il-konvertituri u/jew il-produtturi tal-flixkun – li jixtru l-PET direttament mill-produtturi, jikkonvertuh fil-preforom (jew fliexken) u jerġgħu jbigħuh għall-ipproċessar downstream (jew il-mili), u

il-bottiljaturi - li jixtru l-PET għall-konvertituri/produtturi tal-fliexken subkontrattati tagħhom (hard tolling) jew jinnegozjaw il-prezz li bih il-konvertitur subkontrattat u/jew il-produttur tal-flixkun se jakkwista l-PET (soft tolling).

Konvertituri

(130) Il-produtturi tal-preforom huma l-utenti ewlenin tal-PET bil-grad ta' flixkun. Erba' konvertituri, li jirrappreżentaw 16 % tal-konsum tal-Unjoni fil-PI, ikkooperaw b'mod sħiħ fl-invetsigazzjoni (jiġifieri ressqu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju fi ħdan il-limiti ta' żmien). Kif issemma hawn fuq, għadd sinifikanti ta' konvertituri ppreżentaw ruħhom ukoll aktar tard fil-proċediment jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom, iżda ma pprovdewx dejta verifikabbli fir-rigward tal-konsum tagħhom. Waqt seduta l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera qal li ’l fuq minn 80 % tal-utenti tal-UE qegħdin jopponu dawn il-miżuri. Madankollu dan it-tagħrif ma kienx sostnut biżżejjed u ma setax jiġi vverifikat.

(131) Waqt seduta, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-konverturi Ewropej tal-plastik (l-EuPC) qalet li qed tieħu pożizzjoni newtrali fir-rigward ta' dan il-proċediment. Għalkemm uħud mill-membri tagħha huma kontra dawn il-miżuri, il-livell attwali tal-prezzijiet tal-PET fis-suq Ewropew mhuwiex sostenibbli għall-kumpaniji li jirriċiklaw il-PET. Il-kumpaniji li jirriċiklaw il-PET (li wkoll huma rappreżentati mill-EuPC) huma favur il-miżuri. Madankollu, fi stadju aktar tard tal-investigazzjoni, l-assoċjazzjoni biddlet il-pożizzjoni tagħha u ddikjarat li hi kontra l-impożizzjoni tal-miżuri. L-assoċjazzjoni ddikjarat li l-impożizzjoni ta' miżuri twassal għal spejjeż eċċessivi għall-industrija tal-konvertituri tal-plastik fl-UE, li tikkonsisti prinċipalment f'impriżi żgħar u medji (SMEs). L-assoċjazzjoni argumentat li dawn l-SMEs ma jkunux kapaċi jassorbu prezzijiet ogħla tal-PET, iżda jkollhom iwaqqfu l-attività tagħhom jew jittrasferuha barra mill-UE. Dawn id-dikjarazzjonijiet ma ġewx issostanzjati aktar f'dan l-istadju.

(132) L-għadd totali ta' persunal impjegat mill-konvertituri li kkooperaw kien ta' 1300 ruħ, filwaqt li l-persunal impjegat u ddikjarat mill-konvertituri li ppreżentaw ruħhom aktar tard fil-proċediment kien ta' 6000 ruħ oħra. Waqt is-seduta l-aġent tal-importazzjoni u l-klijenti tiegħu indikaw li l-livell ta' impjiegi tal-konvertituri hu ta' madwar 20000 ruħ. It-tagħrif dwar l-impjiegi għad irid jiġi vverifikat.

(133) Abbażi tat-tagħrif disponibbli, il-PET użat fil-produzzjoni tal-preforom jammonta għal bejn 70 % u 80 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni tal-konvertituri. Għaldaqstant, dan huwa komponent kritiku tal-ispiża għal dawn il-kumpaniji. L-investigazzjoni sa issa indikat li, bħala medja, il-konvertituri li kkooperaw diġà qed jagħmlu xi telf. Minħabba li l-maġġoranza tal-konvertituri huma kumpaniji lokali żgħar u medji, fuq medda qasira u medja ta' żmien jista' jkollhom biss possibbiltajiet limitati biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispejjeż tagħhom, partikolarment meta l-klijent tagħhom (il-kumpaniji tal-ibbottiljar) ikollu pożizzjoni b'saħħitha u allura jkun f'qagħda vantaġġata ta' negozjar. Madankollu, il-kuntratti (normalment innegozjati kull sena) biex jinbiegħu l-preforom u/jew il-fliexken sikwit jinkludu mekkaniżmu biex tiġi riflessa l-varjazzjoni tal-prezzijiet tal-PET.

(134) Il-konverturi u l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera argumentaw li l-miżuri se jwasslu biex produtturi ikbar tal-preforom imexxu l-linji ta' produzzjoni standardizzati tagħhom għall-pajjiżi li jmissu mal-UE. Minħabba li l-ispejjeż tat-trasport tal-preforom fuq distanzi twal huma relattivament baxxi, sa ċertu punt dan il-proċess diġà qiegħed iseħħ. Għalissa, madankollu, il-kunsiderazzjonijiet bħalma hi l-prossimità tal-klijent jew il-flessibbiltà tat-twassil jidhru li jikkumpensaw għall-vantaġġi li jistgħu joffru l-pajjiżi ġirien. Minħabba li l-livell ta' miżuri proposti huwa moderat, qed jitqies b'mod provviżorju li l-vantaġġi tal-produzzjoni tal-preforom barra mill-UE ma għandhomx jegħlbu l-iżvantaġġi attwali. Barra minn dan, minħabba l-ispejjeż tat-trasport, id-delokalizzazzjoni hi mistennija li tkun alternattiva biss għall-kumpaniji li l-klijenti tagħhom huma pożizzjonati qrib il-fruntieri tal-UE, iżda mhux għall-konverturi li għandhom il-klijenti tagħhom f'partijiet oħra tal-UE.

(135) Il-konverturi u l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera argumentaw li l-miżuri setgħu biss iservu ta' għajnuna għal żmien qasir lill-produtturi tal-PET. Dawn iddikjaraw li fuq medda medja u twila ta' żmien, ladarba l-produtturi tal-preforom jimxu ’l barra mill-UE, mhux se jkun hemm biżżejjed domanda fis-suq tal-UE għal produtturi tal-PET u l-prezzijiet dejjem aktar baxxi fl-aħħar mill-aħħar se jġiegħlu lill-produtturi tal-PET biex jagħlqu jew inkella jittrasferixxu ruħhom barra mill-UE. Minħabba l-kunsiderazzjonijiet fil-premessa preċedenti u minħabba li qed jitqies provviżorjament li għadu mhux mandatorju ekonomikament għall-produtturi tal-preforom biex jimxu ’l barra mill-UE, dan ix-xenarju x'aktarx ma jseħħx.

(136) Għalhekk b'mod provviżorju għadu mhux eskluż li l-impożizzjoni ta' miżuri jkollha impatt sinifikanti fuq l-ispiża tal-produzzjoni tal-konvertituri. Madankollu, minħabba l-inċertezzi fir-rigward tal-possibiltajiet għall-produtturi tal-preforom u/jew tal-fliexken biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispejjeż fuq il-konsumaturi tagħhom, l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-konverturi u l-andament ġenerali tagħhom ma jistax jiġi ddikjarat b'mod ċar f'dan l-istadju provviżorju.

Bottiljaturi

(137) Sitt kumpaniji bottiljaturi, inklużi fergħat tal-Coca-Cola Co., Nestle Waters, Danone u Orangina kkooperaw mal-investigazzjoni, jiġifieri ressqu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju fil-limiti taż-żmien. Dawn jirrappreżentaw madwar 11 % tal-konsum tal-Unjoni tal-PET fil-PI. Il-format tat-tagħrif ipprovdut ma jippermettix l-identifikazzjoni faċli tal-għadd ta' persunal involut direttament fil-produzzjoni li juża l-PET. Madankollu, huwa stmat b'mod provviżorju li hemm madwar 6000 ruħ. Abbażi tat-tagħrif disponibbli, huwa stmat li l-industrija totali tal-ibbottiljar fl-Unjoni timpjega bejn 40000 u s-60000 ħaddiem involuti direttament fil-produzzjoni permezz tal-PET.

(138) Abbażi tat-tagħrif disponibbli, l-ispiża tal-PET fl-ispiża totali tal-bottiljaturi li kkooperaw tvarja bejn 1 % u 14 %, skont l-ispiża tal-komponenti l-oħra użati fil-produzzjoni tal-prodotti rispettivi tagħhom. It-tagħrif disponibbli jindika li l-PET għandu tendenza jkun element ta' spiża aktar sinifikanti għall-produtturi tal-ilma minerali (speċjalment mingħajr marka kummerċjali), filwaqt li għal xi kumpaniji tal-ibbottiljar tas-soft drinks dan ikun marġinali. It-tagħrif fil-fajl juri li f'xi każijiet l-ispiża tal-PET tista' tirrappreżenta sa 20 % tal-prezz finali tal-ilma minerali għall-konsumaturi. Huwa stmat li, bħala medja, l-ispiża tal-PET tista' tikkostitwixxi sa 10 % tal-ispiża totali tal-kumpaniji bottiljaturi.

(139) Minħabba dan ta' hawn fuq, jitqies li kull żieda fil-prezzijiet tal-PET wara l-impożizzjoni tal-miżuri proposti se jkollha biss impatt limitat (anqas minn żieda ta' 2 % fl-ispiża) fuq il-qagħda ġenerali tal-kumpaniji bottiljaturi, anki jekk, kif intqal, dawn ikollhom diffikultajiet biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispiża fuq il-konsumaturi tagħhom, li f'kull każ hija improbabbli tal-inqas fil-perspettiva ta' nofs it-terminu.

Nuqqas ta’ fornitura tal-PET

(140) Bosta aprtijiet interessati argumentaw li l-impożizzjoni tal-miżuri se tirriżulta f'nuqqa ta' PET fis-suq tal-UE u li l-produtturi tal-Unjoni ma għandhomx biżżejjed kapaċitajiet ta' produzzjoni biex ilaħħqu mad-domanda eżistenti.

(141) Ta' min jinnota li f'dan ir-rigward il-produtturi tal-Unjoni ħaddmu biss 69 % tal-kapaċità tagħhom ta' produzzjoni fil-PI u għandhom biżżejjed kapaċità extra biex jissostitwixxu l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran, kemm-il darba jkun hemm bżonn isir dan. Madankollu, l-iskop tad-dazju ma għandux ikun wieħed li jiskoraġġixxi l-importazzjoni iżda biss wieħed li jerġa jintroduċi l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Barra minn dan, hemm disponibbli wkoll sorsi oħra ta' forniment.

(142) Barra minn hekk, kemm-il darba l-prezz tal-PET verġni fl-UE jinżamm f'livell raġonevoli u ma jitħalliex jaqa' minħabba kompetizzjoni inġusta, huwa mistenni li l-industrija tar-riċiklaġġ tal-PET iżżid il-produzzjoni.

Argumenti oħra

(143) L-esportatur Iranjan argumenta li l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-PET Iranjan ikollha effett negattiv sproporzjonat minħabba l-istatus tal-pajjiż bħala pajjiż li qed jiżviluppa u billi l-esportaturi Iranjani diġà qed iħabbtu wiċċhom ma' żvantaġġi serji minħabba s-sanzjonijiet internazzjonali. Hija l-prassi kontinwa tal-Kummissjoni li kulmeta r-rekwiżiti legali jitolbu dan, jittieħdu azzjonijiet marbuta mal-anti-dumping kemm kontra pajjiżi li qed jiżviluppaw u kemm dawk żviluppati. Barra minn hekk, il-fatt li ma jeżistu ebda sanzjonijiet kontra l-Iran huwa fattur irrelevanti skont ir-regoli eżistenti tal-anti-dumping.

Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(144) Bħala konklużjoni, huwa mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran għandhom jipprovdu opportunità lill-industrija tal-Unjoni, kif ukoll lill-produtturi l-oħra tal-Unjoni, biex itejbu l-qagħda tagħhom permezz ta' żieda fil-volumi tal-bejgħ, fil-prezzijiet tal-bejgħ u fis-sehem tas-suq. Filwaqt li jistgħu jfiġġu xi effetti negattivi fl-għamla ta' żidiet fl-ispiża għall-utenti (l-iktar il-konvertituri), dawn x'aktarx jingħelbu mill-benefiċċji li mistennija jaslu għand il-produtturi u l-fornituri tagħhom.

(145) L-introduzzjoni mill-ġdid ta' kompetizzjoni ġusta u ż-żamma tal-prezz f'livell raġonevoli fl-UE għandu jinkoraġġixxi r-riċiklaġġ tal-PET b'mod li jkompli jitħares l-ambjent. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa konkluż provviżorjament li, kollox ma' kollox, ma jeżistux raġunijiet konvinċenti biex ma jiġux imposti miżuri fil-każ preżenti. Dan l-istudju preliminari jista' jkollu jiġi rivedut fl-istadju finali, wara l-verifika tat-tweġibiet għall-kwestjonarju min-naħa tal-utenti u wara investigazzjoni ulterjuri.

MIŻURI PROVVIŻORJI TA' ANTI-DUMPING

(146) Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, id-dannu, l-ikkawżar u l-interess tal-Unjoni, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Iran u l-EGħM sabiex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet iddampjati.

(147) Fejn jidħlu l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Pakistan, provviżorjament ma nstab ebda dumping, kif indikat hawn fuq. Konsegwentement, mhux ser jiġu imposti miżuri provviżorji.

Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(148) Il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-EGħM u fl-Iran għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti sabiex jeliminaw il-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni minn dawn l-importazzjonijiet iddampjati, mingħajr ma jinqabeż il-marġini tad-dumping misjub. Fil-kalkolu tal-ammont ta' dazju meħtieġ għat-tneħħija tal-effetti dannużi tad-dumping, jitqies li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-kosti tagħha ta' produzzjoni u b'mod ġenerali tikseb profitt qabel it-taxxa li jista' jintlaħaq raġonevolment f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet iddampjati.

(149) L-Unjoni tkellmet dwar mira ta' profitt ta' 7.5 %, kif intuża fil-proċediment kontra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Madankollu, matul il-perjodu meqjus l-industrija tal-Unjoni qatt ma kisbet profitt bħal dan (fil-fatt qatt ma għamlet profitt) u b'mod ġenerali esprimiet li normalment tkun qed topera b'marġnijiet pjuttost baxxi. L-ogħla profitt miksub minn żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun f'sena mill-perjodu meqjus kien ta' 3 %. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-iktar mira ta' profitt li dehret raġonevoli kienet dik ta' 5 %.

(150) Abbażi ta' dan, ġie kkalkulat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż ġie stabbilit billi tnaqqas il-marġini ta' profitt attwali mill-prezz ta' kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika u mal-prezz li ġie kkalkolat biex ma jsirx telf żdiedet il-mira ta' marġini ta' profitt imsemmija hawn fuq.

(151) Minħabba li matul il-PI l-prezzijiet tal-materja prima u allura dawk tal-PET fis-suq tal-Unjoni ġarrbu varjazzjonijiet sinifikanti, tqies f'loku li l-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara jiġi kkalkulat fuq dejta ta' kull tliet xhur. Pajjiż Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu L-Iran 17,0 % Il-Pakistan 15,2 % L-EAM 18,5 %

Miżuri provviżorji

(152) Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ’il fuq u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, jitqies li gћandu jiġi impost dazju provviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda fl-iktar livell baxx tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dumping u tad-dannu li nstab, u dan skont ir-regola tal-inqas dazju.

(153) Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regoalment bażiku, hu meqjus li r-rata ta' dazju proposta għall-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Iran għandha tissejjes fuq il-livell ta' eleiminazzjoni tad-dannu ta' 17 %. Barra minn hekk, ir-rata ta' dazju proposta għall-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Emirati Għarab Magħquda għandu jissejjes fuq dumping ta' 6,6 %. Ebda miżura provviżorja ma għandha tiġi imposta fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Pakistan.

(154) Ta' min jinnota li saret investigazzjoni ta' antisussidju fl-istess ħin ma' dik ta' anti-dumping fir-rigward ta' importazzjonijiet tal-PET mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda. Minħabba li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regoalment bażiku, ebda prodott ma għandu jkun suġġett kemm għal dazji ekwivalenti ta' anti-dumping għall-fini li tiġi indirizzata l-istess sitwazzjoni li nħolqot riżultat ta' dumping jew ta' sussidju fuq l-esportazzjoni, tqies neċessarju li jiġi stabbilit jekk l-ammonti ta' sussidju u l-marġini tad-dumping humiex konsegwenza tal-istess sitwazzjoni u sa liema punt huwa hekk.

(155) Fir-rigward tal-iskemi ta' sussidju li jkunu kkostitwew is-sussidji fuq l-esportazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(4)a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, il-marġini provviżorji tad-dumping stabbiliti għall-produttur esportatur fl-Iran huma, sa ċertu punt, dovuti minħabba s-sussidji ekwivalenti fuq l-esportazzjoni. Madankollu, ebda dazju provviżorju ta' anti-dumping ma huwa propost fuq l-Iran minħabba li għall-investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping u l-antisussidju japplika l-istess livell ta' eliminazzjoni tad-dannu.

(156) Kif diġà ssemma fil-premessa 15 hawn fuq, il-kosti u l-prezzijiet tal-PET huma suġġetti gaħl flussi konsiderevoli f'perjodi ta' żmien relattivament qosra. Għaldaqstant, tqies f'loku li jiġu imposti dazji fil-forma ta' ammont speċifiku għal kull tunnellata. Dan l-ammont jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta' anti-dumping għall-prezzijiet tal-CIF tal-esportazzjoni użata għall-kalkolu tal-marġini tad-dumping.

(157) Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, u meta jitqiesu s-sejbiet stipulati fir-Regoalment li jimponi dazju ekwivalenti provviżorju (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2010), l-ammonti ta' dazju ta' anti-dumping proposti, espressi fuq il-prezz tal-CIF fuq il-fruntieri tal-Unjoni, bid-dazju tad-dwana mhux imħallas, huma provviżorjament kif ġej: Pajjiż Marġni ta’ sussidju totali li minnu Sussidju tal-Esportazzjoni Marġini tad-dumping Marġni ta' ħsara (fuq bażi ta' kull tliet xhur) Dazju provizorju ta' CV Dazju provizorju ta' AD % Ammont (EUR/t) % Ammont (EUR/t) L-Iran 53 % 2 % 28,6 % 17,0 % 17,0 % 142,97 0 % 0 L-EAM 5,1 % 0 % 6,6 % 18,5 % 5,1 % 42,34 6,6 % 54,80

Dispożizzjoni Finali

(158) Fl-interess tal-amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati, li għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ ftuħ, jistgħu jagħmlu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub jew jitolbu smigħ. Barra minn hekk, wieħed għandu jgħid li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jerġgħu jitqiesu għall-finijiet ta’ kull miżura definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. B'dan qiegħed jiġi impost dazju ta' anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate li għandu n-numru tal-viskożità ta' 78 ml/g jew iktar skont l-ISO Standard 1628-5, u li bħalissa jaqa' taħt il-Kodiċi NM 39076020 u li joriġina fl-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda.

2. Ir-rata tad-dazju provviżorju ta' anti-dumping għall-prezz nett, fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun kif ġej: Pajjiż Rata ta' dazju anti-dumping (EUR/tunnellata) L-Iran: il-kumpaniji kollha 0 L-Emirati Għarab Magħquda: il-kumpaniji kollha 54,80

3. Fil-każijiet fejn l-oġġetti tkun saritilhom xi ħsara qabel ma jitqiegħdu fis-suq u, allura, il-prezz tassew imħallas jew li jkun irid jitħallas jinħadem skont kif jistabbilixxi l-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, l-ammont tad-dazju tal-anti-dumping, ikkalkulat skont l-ammonti stipulati hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi mal-ħdim tal-prezz tassew imħallas jew li jkun irid jitħallas.

4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2 Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010 Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

Versions

  1. 2010-05-31