Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2010 tal-1 ta’ Ġunju 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Spressa delle Giudicarie (DPO)]
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/480@2010-06-01/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini Spressa delle Giudicarie irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2275/2003.
(2) Ladarba l-emendi konċernati mhumiex minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emendi, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), tal-istess Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Il-klassi 1.3.
Ġobnijiet
L-ITALJA
Spressa delle Giudicarie (DPO)