Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 512/2010 tal-14 ta’ Ġunju 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġina fl-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/512@2010-06-14/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi: IL-PROĊEDURA Il-miżuri fis-seħħ
(1) Fit-22 ta’ Jannar 2001, il-Kunsill impona, bir-Regolament (KE) Nru 132/2001, dazju antidumping definittiv (il-miżuri eżistenti) ta’ EUR 33,25 kull tunnellata fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju (NA) li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 31023090 u 31024090 u li joriġina, inter alia, fl-Ukraina. L-investigazzjoni li wasslet għal dawn il-miżuri ser tissejjaħ l-investigazzjoni oriġinali.
(2) Fis-17 ta’ Mejju 2004, wara reviżjoni interim parzjali, permezz tar-Regolament (KE) Nru 993/2004, il-Kunsill eżenta mid-dazji antidumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 132/2001 l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tan-NA mmanifatturat mill-kumpaniji li mingħandhom ġew aċċettati impenji mill-Kummissjoni. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1001/2004, kif emendat l-aħħar permzz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1996/2004, kienu aċċettati impenji għal perjodu sal-20 ta’ Mejju 2005. L-iskop ta’ dawn l-impenji kien biex jittieħdu inkunsiderazzjoni ċerti konsegwenzi tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea għal 25 Stat Membru.
(3) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 945/2005, wara reviżjoni interim limitata fl-ambitu għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, il-Kunsill iddeċieda li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat għandha tkun iċċarata u li l-miżuri fis-seħħ għandhom japplikaw għall-prodott ikkonċernat meta jkun inkorporat f’fertilizzanti oħra, fi proporzjon għall-kontenut tagħhom ta’ nitrat tal-ammonju, flimkien ma’ sustanzi u nutrijenti marġinali oħra.
(4) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 442/2007, wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill iddeċieda li jtawwal il-miżuri eżistenti għal perjodu ta’ sentejn, kif iċċarat permezz tar-Regolament (KE) Nru 945/2007.
(5) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 661/2008, wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill impona miżuri antidumping definittivi fuq importazzjonijiet tan-NA li joriġinaw fir-Russja.
(6) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 662/2008, il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru 442/2007 billi aċċetta impenn għall-prezz offrut minn produttur esportatur wieħed.
It-talba għal reviżjoni
(7) Fit-22 ta’ Jannar 2009, tressqet talba gћal reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti fis-17 ta’ Ottubru 2008. Din it-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fabbrikanti tal-Fertilizzanti (EFMA) (l-applikant) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tan-NA.
(8) L-applikant allega u ta biżżejjed evidenza prima facie li hemm probabilità ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet tan-NA li joriġina fl-Ukraina (il-pajjiż ikkonċernat).
(9) Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex titnieda reviżjoni tal-iskadenza, fit-23 ta’ April 2009 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ta’ inizjazzjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, it-tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni Il-perjodu ta’ investigazzjoni
(10) L-investigazzjoni tal-issuktar jew ir-rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 (perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni jew PIR). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabilit ta’ ssuktar jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-2005 sal-aħħar tal-PIR (il-perjodu meqjus).
Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
(11) Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali lill-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-utenti magħrufa li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni, l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni dwar it-tnedija tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jgħarrfu l-perspettivi tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż ta’ tnedija.
(12) Il-partijiet interessati kollha, li talbu biex jinstemgħu u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għal dan, ingħataw seduta ta’ smigħ.
(13) Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni u ta’ importaturi tal-Unjoni, tqies li jkun xieraq, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi analizzat jekk għandux jintuża t-teħid ta’ kampjun. Biex jippermetti lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjun huwiex tassew meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu, skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mit-tnedija tal-avviż ta’ inizjazzjoni.
(14) Wara analiżi tal-informazzjoni mressqa, u fid-dawl li tnax-il produttur tal-Unjoni indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjun kien meħtieġ fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni. L-ebda importatur ma ppreżenta lilu nnifsu billi ta l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta’ inizjazzjoni.
(15) Tnax-il produttur tal-Unjoni, li jgħoddu għal madwar 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR, imlew kif suppost il-formola tat-teħid tal-kampjun qabel ma skada ż-żmien u qablu formalment li jikkooperaw b’mod ulterjuri fl-investigazzjoni. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni għażlet skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, kampjun rappreżentattiv ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tan-NA fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Għall-kampjun intgħażlu ħames produtturi tal-Unjoni li jgħoddu għal 57 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-UE matul il-PIR.
(16) Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati dwar il-kampjun magħżul u ma ressqu l-ebda oġġezzjoni għalih.
(17) Intbagħtu kwestjonarji lill-ħames produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu bħala kampjun kif ukoll lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat.
(18) Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji mill-ħames produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu bħala kampjun kif ukoll minn tliet produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat.
(19) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabilità ta’ ssuktar jew rikorrenza ta’ dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fuq il-postijiet tax-xogħol tal-kumpaniji li ġejjin:
(19)
(a) Produtturi espotaturi fl-Ukraina:
CJSC Severodonetsk Azot Association, Severodonetsk
JSC Concern Stirol, Gorlovka
OJSC Rivneazot, Rivne
(b) Produtturi tal-Unjoni:
GrowHow UK Limited, ir-Renju Unit,
GPN, Paris, Franza,
Zakłady Azotowe Puławy SA, Poland,
Yara SA, Brussels, il-Belġju,
Achema, Jonavos, il-Litwanja.
IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI Il-prodott ikkonċernat
(20) Il-prodott ikkonċernat huwa fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jiskorri t-80 % mil-lat ta’ piż li joriġinaw fl-Ukraina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 31023090, 31024090, ex31022900, ex31026000, ex31029000, ex31051000, ex31052010, ex31055100, ex31055900 u ex31059091. In-NA huwa ferilizzant tan-nitroġenu solidu spiss użat fl-agrikoltura. Huwa mmanifatturat mill-ammonja u l-aċidu nitriku, u l-kontenut tiegħu ta’ nitroġenu jiskorri t-28 % mil-lat ta’ piż fil-forma kristallizzata jew granulari.
(21) Għandu jiġi nnutat li l-ambitu tal-prodott ikkonċernat ġie ċċarat fir-Regolament (KE) Nru 945/2005.
Il-prodott simili
(22) Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-reviżjoni kkonfermat li n-NA huwa purament prodott prinċipali, u l-kwalità tiegħu u l-karatteristiċi fiżiċi bażiċi tiegħu huma identiċi jkun x’ikun il-pajjiż tal-oriġini. Għalhekk, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanifatturati u mibjugħa mill-produtturi esportaturi fis-swieq domestiċi tagħhom u lill-pajjiżi terzi, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni nstabu li kelljom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u essenzjalment l-istess użi u għalhekk huma meqjusa li huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.
IL-PROBABILITÀ TAL-ISSUKTAR JEW IR-RIKORRENZA TAD- DUMPING Ġenerali
(23) Inkisbet kooperazzjoni minn tliet produtturi esportaturi tal-Ukraina. Ir-raba’ produttur esportatur magħruf ma kkooperax fl-investigazzjoni.
(24) It-tqabbil tal-volum tal-esportazzjoni tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw mal-volum totali ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Ukraina wera li t-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jgħoddu għal aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni mill-Ukraina matul il-PIR. Għalhekk il-livell ta’ kooperazzjoni tqies li huwa għoli.
(25) Il-volumi totali ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Ukraina kienu baxxi, u jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 1,1 % fil-PIR meta mqabbla mas-suq tal-Unjoni bħala entità sħiħa.
Id-dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR Il-valur normali
(26) Qed jitfakkar li fir-reviżjoni tal-iskadenza preċedenti, l-Ukraina kienet għadha mhux meqjusa bħala pajjiz ta’ ekonomija tas-suq u għalhekk il-valur normali kien ibbażat fuq dejta li kienet inkisbet minn produttur esportatur li kkoopera, fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-pajjiż analogu.
(27) Fir-reviżjoni attwali, il-valur normali ġie bbażat fuq dejta li nkisbet u ġiet ivverifikata fuq il-proprjetà tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Ukraina. Il-Kummissjoni analizzat jekk il-bejgħ domestiku jistax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, ġiet analizzata kemm tiswa l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat prodott u mibjugħ fis-suq domestiku mill-produtturi esportaturi li kkooperaw.
(28) F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kemm jiswa l-gass, instab li l-Ukraina kienet qed timporta l-biċċa l-kbira tal-gass li jiġi kkunsmat fil-produzzjoni tan-NA mir-Russja. Id-dejta kollha disponibbli u vverifikata matul l-investigazzjoni indikat li l-Ukraina kienet timporta l-gass naturali mir-Russja fi prezz li matul il-PIR kien madwar 40 % inqas mill-prezz naturali tal-gass mir-Russja meta jiġi esportat lejn l-Unjoni. Minkejja dan, instab li fl-aħħar tliet xhur tal-PIR il-prezzijiet kienu simili.
(29) Instab li minbarra tip wieħed ta’ prodott esportat minn produttur wieħed, il-bejgħ domestiku sar fl-andament normali tal-kummerċ matul il-PIR. Għalhekk il-valur normali ġie stabbilit jew fuq il-prezz imħallas jew li għandu jitħallas fis-suq domestiku fl-Ukraina minn konsumaturi mhux relatati skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku inkella bbażat fuq valur normali maħdum għat-tip tal-prodott mhux mibjugħ waqt fl-andament normali tal-kummerċ. Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nħadem billi mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tip esportat, żdiedu ammont raġonevoli ta’ spejjeż tal-bejgħ, dawk ġenerali u dawk amministrattivi u marġini raġonevoli ta’ profitt. Dawn l-ammonti għall-ispejjeż tal-bejgħ, dawk ġenerali u dawk amministrattivi u l-profitt ġew ibbażati fuq dejta reali rilevanti għall-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur ikkonċernat.
(30) Għandu jiġi nnutat li l-valur normali ġie ddeterminat mingħajr aġġustament għall-ispejjeż tal-gass li daħlu għalihom il-produtturi esportaturi tal-Ukraina skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Dan ġara minħabba li, kif jidher fil-premessi 32 sa 34, l-użu tal-ispejjeż u l-prezzijiet domestiċi mhux aġġustati tal-produtturi esportaturi tal-Ukraina minkejja l-prezzijiet tal-gass apparentament storti diġà juri biċ-ċar li seħħ dumping matul il-PIR. B’konsegwenza ta’ dan, u fid-dawl li l-iskop tar-reviżjoni tal-iskadenza huwa li jiddetermina jekk id-dumping huwiex probabbli li jissokta jew li jirrikorri jekk jiġu revokati l-miżuri sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri applikabbli attwalment għandhomx jinżammu jew jiġu revokati, tqies li ma kienx meħtieġ li jiġi analizzat jekk aġġustament skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku kienx iġġustifikat f’dan il-każ.
Il-prezz tal-esportazzjoni
(31) Skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbili permezz ta’ referenza għall-prezz fil-fatt imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-bejgħ kollu tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw sar direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni.
It-tqabbil
(32) Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-fabbrika. Bl-iskop li jiġi żgurat tqabbil ġust, id-differenzi li jaffetwaw il-komparabilità tal-prezz ittieħdu inkunsiderazzjoni kif suppost fil-forma ta’ aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod, fejn applikabbli u sostnut b’evidenza verifikata, saru aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, il-ġestjoni, it-tagħbija u l-ispejjeż addizzjonali, l-assigurazzjoni, il-kummissjonijiet u l-ippakkjar.
Il-marġini tad-dumping
(33) Il-marġini tad-dumping ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju bil-piż differenzjat ma’ prezz medju ta’ esportazzjoni bil-piż differenzjat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.
(34) Fuq bażi li tifrex mal-pajjiż, ġie stabbilit marġini tad-dumping medju bil-piż differenzjat ta’ 6-7 % għat-tliet produtturi esportaturi kkonċernati li kkooperaw.
L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiġu revokati Il-kapaċità supplementari u l-kwalità ta’ ġibda tas-suq tal-Unjoni
(35) Fil-PIR, il-bejgħ domestiku tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw kien jirrappreżenta, bħala medja, 46 % tal-kapaċità tagħhom ta’ produzzjoni.
(36) Għalkemm it-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw biegħu proporzjoni kbir tal-produzzjoni tagħhom fis-suq domestiku, kienu dipendenti wkoll fuq esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Fil-PIR kellhom kapaċità supplementari li kienet tikkorrispondi għal madwar 6 % tal-konsum tal-Unjoni.
(37) Abbażi tal-informazzjoni fit-talba tar-reviżjoni fir-rigward tar-raba’ produttur tal-Ukraina li ma kkooperax f’din l-investigazzjoni, il-kapaċità supplementari totali fl-Ukraina matul il-PIR kienet stmata għal madwar 9 % tal-konsum tal-Unjoni.
(38) Ċerti produtturi esportaturi tal-Ukraina li kkooperaw iddikkjaraw li kienu dejjem iżjed qed jitilfu s-sehem mis-suq fis-suq domestiku tagħhom għall-benefiċċju tal-produtturi Russi li jistgħu joffru prezzijiet baxxi ħafna minħabba l-ispejjeż tassew iktar baxxi fir-Russja. Għalhekk deher improbabbli li s-suq domestiku tal-Ukraina jista’ jassorbi l-kapaċità supplementari ta’ produzzjoni u għalhekk kwalunkwe żieda fil-produzzjoni probabbli ser tiġi esportata.
(39) It-tliet kumpanij li kkooperaw esportaw in-NA lil bosta pajjiżi teri oħra matul il-PIR. Minkejja dan, għandu jiġi nnutat li ċerti swieq tradizzjonali tal-pajjiżi terzi huma magħluqa għall-esportazzjonijiet mill-Ukraina jew minħabba miżuri antidumping (pereżempju l-Istati Uniti tal-Amerika b’miżuri antidumping ta’ 100 %) u/jew minħabba restrizzjonijiet ta’ sikurezza (pereżempju r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Awstralja). Fi kwalunkwe każ, l-Unjoni hija l-ikbar suq, l-aktar wieħed attraenti u fl-istess waqt l-eqreb suq ta’ esportazzjoni mil-lat ġeografiku. Il-kwalità ta’ ġibda tiegħu tiżdied b’mod ulterjuri mill-vantaġġi tal-loġistika li jirriżultaw mit-tariffi baxxi tal-ferrovija fl-Ukraina.
(40) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ma jistax jiġi eskluż li parti kbira tal-kapaċità supplementari disponibbli fl-Ukraina jista’ jintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fin-nuqqas tal-miżuri antidumping.
Il-prezzijiet fis-swieq differenti tal-esportazzjoni
(41) Analiżi tal-bejgħ tal-esportazzjoni tat-tliet produtturi esportaturi tal-Ukraina li kkooperaw lejn pajjiżi terzi wriet li matul il-PIR il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, meta stabbiliti fuq livell CIF (prezz fil-fruntiera tal-Komunità) filwaqt li jintużaw ir-rati internazzjonali ta’ trasport li ngħataw fit-talba għal reviżjoni, kienu sa 25 % inqas mill-prezz prevalenti tas-suq fl-Unjoni.
(42) Fuq dik il-bażi, għalhekk deher li jkun hemm inċentiv għall-esportazzjonijiet tal-Ukraina lejn pajjiżi terzi li jiġu trasferiti lejn l-Unjoni, jekk jiġu revokati l-miżuri. Il-prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni għandhom jippermettu lill-esportaturi tal-Ukraina li jiksbu marġini ta’ profitt ogħla.
(43) Abbażi taċ-ċifri mogħtija mit-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw, seta’ jiġi stabbilit ukoll li fil-livell ta’ pajjiż sħiħ, l-esportazzjonijiet mill-Ukraina lejn pajjiżi terzi oħra saru fi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping matul il-PIR.
Il-konklużjoni tal-probabilità ta’ ssuktar jew rikorrenza ta’ dumping
(44) Fid-dawl tas-sejbiet deskritti hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet mill-Ukraina għadhom l-oġġett ta’ dumping u li hemm il-probabilità ta’ ssuktar ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri attwali tal-anti-dumping jitneħħew. Fil-fatt, jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kapaċità supplementari fl-Ukraina u l-kwalità ta’ ġibda tas-suq tal-Unjoni, jidher li hemm inċentiv għall-produtturi esportaturi tal-Ukraina biex i) iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni fi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ii) jittrasferixxu l-esportazzjonijiet tan-NA minn swieq oħra ta’ pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni fi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping, mill-inqas sa fejn għandhom x’jaqsmu ż-żewġ produtturi esportaturi.
(45) Barra minn hekk, il-medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn swieq ta’ pajjiżi terzi nstabu li kienu ferm iktar baxxi mil-livell prevalenti tal-prezz fl-Unjoni. Dan isaħħaħ mill-ġdid il-probabilità ta’ esportazzjonijiet miżjuda mill-Ukraina lejn l-Unjoni fi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
(46) Fl-Unjoni, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn 16-il kumpanija jew gruppi ta’ kumpaniji li għandhom produzzjoni li tikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.
(47) Tnax-il produttur esportatur ikkooperaw mal-investigazzjoni:
Achema AB (il-Litwanja),
Agropolychim JSC (il-Bulgarija),
Azomures (ir-Rumanija),
BASF AG (il-Ġermanja),
Fertiberia SA (Spanja),
GPN SA (Franza),
GrowHow UK Ltd (ir-Renju Unit),
Neochim PLC (il-Bulgarija),
Nitrogénművek Rt (l-Ungerija),
Yara (il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Pajjiżi l-Baxxi),
Zakłady Azotowe Puławy SA (il-Polonja),
Zakłady Azotowe w Tarnowie-Mościcach (il-Polonja).
(48) Fid-dawl li dawn it-12-il produttur tal-Unjoni kienu jgħoddu għal madwar 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR, huwa meqjus li huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Huma ser jissejħu l-industrija tal-Unjoni.
(49) Kif indikat fil-premessi 14 u 15 hawn fuq, l-għażla tal-kampjun tal-ħames produtturi tal-Unjoni saret abbażi ta’ dawn it-12-il produttur esportatur. Il-produtturi kollha li ntgħażlu bħala kampjun ikkooperaw u bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien. Barra minn dan, is-seba’ produtturi l-oħra li kkooperaw taw kif xieraq ċerta dejta ġenerali għall-analiżi tal-ħsara.
IL-QAGĦDA TAS-SUQ TAL-UNJONI Il-konsum fis-suq tal-Unjoni
(50) Il-konsum evidenti tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, id-dejta tal-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni u l-informazzjoni tat-tweġibiet kollha tal-kwestjonarju tal-kumpaniji li kkooperaw f’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Ukraina. Fid-dawl tat-tkabbir tal-Unjoni għal 27 Stat Membru fl-2007, f’ġieħ iċ-ċarezza u l-konsistenza tal-analiżi, l-indikaturi ta’ ħsara kollha ġew stabbiliti abbażi tas-suq tal-UE ta’ 27 waqt il-perjodu meqjus.
(51) Bejn l-2005 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas b’10 %. 2005 2006 2007 2008 RIP Total tal-konsum tal-Unjoni f’tunnellati 7861796 6983467 8023633 7638439 7054327 Indiċi (2005 = 100) 100 89 102 97 90
Il-volum, is-sehem mis-suq u l-importazzjonijiet mill-Ukraina
(52) Il-volumi, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Ukraina żvolġew kif stipulat fit-tabella hawn taħt. Il-kwantità u x-xejriet tal-prezz kienu bbażati fuq l-informazzjoni li nkisbet mit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, l-istatistika tal-importazzjoni (l-Eurostat) u l-istatistika tal-esportazzjoni tal-Ukraina. 2005 2006 2007 2008 RIP Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati) 76867 42912 29420 48232 75582 Sehem mis-suq 1 % 0,6 % 0,4 % 0,6 % 1,1 % Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata) 123 139 145 259 230 Indiċi(2005 = 100) 100 113 118 211 187
(53) Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ukraina tnaqqset b’mod konsistenti sal-2007 iżda laħqet fil-PIR kważi l-istess livell bħal fl-2005. Is-sehem mis-suq tal-Ukraina żdied bi ftit minn 1 % fl-2005 għal 1,1 % fil-PIR. Il-prezzijiet tal-unità evolva b’mod pożittiv minn 123 għal 230 EUR/tunnellata fil-perjodu meqjus. Din iż-żieda fil-PIR trid titqies fl-isfond tal-evoluzzjoni dinjija tal-prezzijiet u tal-prezzijiet tal-materja prima ewlenija.
(54) Bl-iskop li jiġi kkalkolat il-livell tat-twaqqigħ fil-prezz matul il-PIR, tqabblu l-prezzijiet ex-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni għal konsumaturi mhux relatati mal-prezzijiet tal-importazzjoni fil-fruntiera tal-Unjoni CIF tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiż ikkonċernat, u ġew aġġustati kif xieraq biex jirriflettu prezz ta’ wara l-kunsinna. Fuq dik il-bażi, it-tqabbil wera li l-importazzjonijiet mill-Ukraina kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 22,5 % bħala medja matul il-PIR. Instab li xorta waħda marġini ta’ twaqqigh tal-prezz ta’ 11 % mill-esportaturi tal-Ukraina meta d-dazju tal-antidumping żdied mal-prezzijiet tagħhom lill-Unjoni.
L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
(55) Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi matul il-perjodu meqjus jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-kwalità u x-xejriet tal-prezz li ġejjin huma bbażati fuq l-Eurostat. 2005 2006 2007 2008 RIP Volum ta’ importazzjonijiet mir-Russja (tunnellati) 328972 217539 35852 136984 184170 Sehem mis-suq 4,2 % 3,1 % 0,4 % 1,8 % 2,6 % Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mir-Russja (EUR/tunnellata) 122 124 144 275 235 Volum ta’ importazzjonijiet mill-Ġeorġja (tunnellata) 153844 85870 88622 214879 222912 Sehem mis-suq 2,0 % 1,2 % 1,1 % 2,8 % 3,2 % Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ġeorġja (EUR/tunnellata) 164 177 174 325 304 Volum ta’ importazzjonijiet mill-Kazakhstan (tunnellata) 0 4845 112239 81410 100761 Sehem mis-suq 0 % 0,1 % 1,4 % 1,1 % 1,4 % Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Kazakhstan (EUR/tunnellata) 0 147 151 255 242 Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha (tunnellati) 65253 118927 99380 109755 91785 Sehem mis-suq 0,8 % 1,7 % 1,2 % 1,4 % 1,3 % Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha (EUR/tunnellata) 190 170 240 242 265
(56) Kien hemm żieda sinifikanti fil-prezz fis-suq tal-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha li seħħet fl-2008 u l-PIR. Deher li, minbarra r-Russja, il-pajjiżi kollha msemmija fit-tabella hawn fuq żiedu l-volumi tagħhom tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni waqt il-perjodu meqjus. Fil-każ tal-importazzjonijiet Russi, huma soġġetti għal dazju fiss tal-anti-dumping ta’ EUR 47,07 għal kull tunnellata u ġew importati, bħall-importazzjonijiet tal-Ukraina, fl-inqas prezz meta mqabbla mal-pajjiżi l-oħra kollha ta’ esportazzjoni.
Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
(57) Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.
Rimarki preliminari
(58) Minħabba li sar rikors għat-teħid tal-kampjun għall-investigazzjoni ta’ ħsara, ċerti indikaturi ta’ ħsara bħalma huma produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni, bejgħ, sehem mis-suq, produttività u impjiegi ġew analizzati għall-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa (l-Unjoni fit-tabelli ta’ hawn taħt). Indikaturi oħra ta’ ħsara relatati mal-prestazzjoni tal-kumpaniji individwali, bħalma huma prezzijiet, stokks, spejjeż tal-produzzjoni, kapaċità ta’ profitt, pagi, investimenti, redditu fuq l-investiment, likwidità, u kapaċità li tikseb il-kapital ġew analizzati abbażi tal-informazzjoni miġbura fil-lievll tal-produtturi tal-Unjoni magħżula bħala kampjun (P.K. fit-tabelli ta’ hawn taħt).
Dejta relatata mal-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa Produzzjoni
(59) Bejn l-2005 u l-PIR, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi 18 %, jiġifieri minn livell ta’ madwar 7 miljun tunnellata fl-2005 għal livell ta’ madwar 5,8 miljun tunnellata fil-PIR. F’dak li għandu xjaqsam mal-produzzjoni għall-użu vinkolanti, hija baqgħet modesta matul il-perjodu meqjus u ma affetwatx il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni b’mod partikolari fil-PIR. 2005 2006 2007 2008 PIR Il-produzzjoni tal-Unjoni (tunnellati) 7133844 6359967 7146911 6454234 5843181 Indiċi (2005 = 100) 100 89 100 90 82 Produzzjoni tal-Unjoni li ntużat għat-trasferimenti vinkolanti 210437 176413 185223 138733 119053 Bħala % tal-produzzjoni totali 2,9 % 2,8 % 2,6 % 2,1 % 2,0 %
Il-kapaċità u r-rati ta’ użu tal-kapaċità
(60) Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet fil-biċċa l-kbira stabbli matul il-perjodu meqjus kollu. B’konformità mat-tnaqqis fil-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità li rriżulta naqas, minn livell ta’ 55 % fl-2005 għal livell ta’ 45 % fil-PIR. Kif diġà ġie nnotat fl-investigazzjoni oriġinali, l-użu tal-kapaċità għan-NA jista’ jiġi affettwat bil-produzzjoni ta’ prodotti oћra li jistgћu jiġu prodotti bl-istess tagћmir tal-produzzjoni. Għalhekk ix-xejra tal-użu tal-kapaċità hija inqas rilevanti għall-valutazzjoni tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. 2005 2006 2007 2008 PIR Il-kapaċità tal-Unjoni (tunnellata) 13059281 12824281 12820594 13069317 13077281 L-użu tal-kapaċità tal-Unjoni 55 % 50 % 56 % 49 % 45 %
Il-volum ta’ bejgħ
(61) Bejn l-2005 u l-PIR, il-bejgħ min-naħa tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b’14 %. Dan l-iżvilupp irid jitqies fl-isfond ta’ konsum tal-Unjoni li qed jonqos fl-istess perjodu. 2005 2006 2007 2008 PIR Volum ta’ bejgħ tal-Unjoni (tunnellati) lil partijiet mhux relatati 5365834 4756093 5495037 5157788 4605629 Indiċi (2005 = 100) 100 89 102 96 86 Volum ta’ bejgħ tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati f’pajjiżi terzi (tunnellati) 887056 727176 637408 559393 548090 Indiċi (2005 = 100) 100 82 72 63 62
Is-sehem mis-suq
(62) Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli mill-2005 sal-2008 iżda naqas bi tliet punti perċentwali bejn l-2008 u l-PIR. 2005 2006 2007 2008 PIR Sehem mis-suq tal-Unjoni 68 % 68 % 68 % 68 % 65 % Indiċi (2005 = 100) 100 100 100 100 96
L-impjieg
(63) Il-livell ta’ impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 8 % bejn l-2005 u l-PIR. 2005 2006 2007 2008 PIR Impjiegi tal-Unjoni relatati mal-prodott ikkonċernat 3627 3578 3458 3494 3354 Indiċi (2005 = 100) 100 99 95 96 92
Il-produttività
(64) Matul il-perjodu meqjus, il-produzzjoni medja għal kull persuna impjegata mill-industrija tal-Unjoni naqset bi 11 %. Dan huwa spjegat mill-fatt li t-tnaqqis relattiv fil-produzzjoni evita t-tnaqqis relattiv fl-impjieg. 2005 2006 2007 2008 PIR Produttività tal-Unjoni (tunnellati kull impjegat) 1967 1778 2067 1847 1742 Indiċi (2005 = 100) 100 90 105 94 89
Id-daqs tal-marġni tad-dumping
(65) Fejn jikkonċerna d-daqs tal-marġini effettiv ta’ dumping, meta jitqies il-volum żgħir tal-importazzjonijiet mill-Ukraina, dan l-impatt jitqies bħala li mhux sinfikanti u l-indikatur mhux rilevanti għall-analiżi tal-ħsara.
Id-dejta li tikkonċerna l-produtturi tal-Unjoni meħuda fil-kampjun Il-prezzijiet għall-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi
(66) Fl-2008 u fil-PIR, il-prezz tal-bejgħ nett medju tal-produtturi tal-industrija tal-Unjoni li ttieħdu bħala kampjun żdied sostanzjalment, li jirrifletti l-kondizzjonijiet favorevoli prevalenti tas-suq internazzjonali tan-NA matul dak il-perjodu. 2005 2006 2007 2008 PIR Prezzijiet tal-unità tal-P.K. (EUR/tunnellata) 165 182 189 309 315 Indiċi (2005 = 100) 100 110 115 187 191
Stokks
(67) Il-livell tal-istokks tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqqas b’26 % mill-2005 sal-PIR. Żieda qawwija reġistrata fl-2006 kienet dovuta għal tnaqqis fil-volum tal-bejgħ bejn l-2005 u l-2006. 2005 2006 2007 2008 PIR L-istokks tal-għeluq tal-P.K. (tunnellati) 276569 489535 345137 252072 203579 Indiċi (2005 = 100) 100 177 125 91 74
Il-pagi
(68) Bejn l-2005 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b’6 %, kif turi t-tabella t’hawn isfel. Fid-dawl tar-rata tal-inflazzjoni u t-tnaqqis komplessiv fl-impjiegi, din iż-żieda fil-pagi titqies moderata. 2005 2006 2007 2008 PIR Spiża annwali tax-xogħol tal-P.K għal kull impjegat (000 EUR) 40,4 41,2 43,3 45,0 43,0 Indiċi (2005 = 100) 100 102 107 111 106
L-investimenti
(69) L-investimenti annwali fil-prodott simili li sar mill-ħames produtturi magħżula bħala kampjun żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu meqjus u żdiedu b’70 %. Dawn l-investimenti kienu fil-parti l-kbira relatati mal-modernizzazzjoni ta’ ċertu makkinarju. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni għandha r-rieda kontinwa li ttejjeb il-kompetittività tagħha. 2005 2006 2007 2008 PIR Investimenti netti tal-P.K. (000 EUR) 46668 52191 64319 73948 79379 Indiċi (2005 = 100) 100 112 138 158 170
Profittabbiltà u redditu fuq l-investimenti
(70) Il-profittabbiltà tal-produtturi li ttieħdu bħala kampjun tjiebet b’mod sinifikanti, notevolment mill-2006 ‘l hawn, u laħqet il-livell ta’ 28,1 % matul il-PIR. Ir-redditu fuq l-investiment (ROI), espress bħala l-profitt f’perċentwal tal-valur nett fuq il-karta tal-investimenti, segwa ġeneralment ix-xejra pożittiva ta’ profittabbiltà matul il-perjodu meqjus. 2005 2006 2007 2008 PIR Profittabbiltà tal-P.K. tal-bejgħ tal-KE lil konsumaturi mhux relatati (% tal-bejgħ nett) 9,2 % 7,9 % 14,9 % 25,3 % 28,1 % Indiċi (2005 = 100) 100 85 162 274 304 L-ROI tal-P.K. (profitt f’% tal-valur nett fuq il-karta tal-investiment) 35,2 % 25,8 % 41,1 % 109,1 % 114,1 % Indiċi (2005 = 100) 100 73 117 310 324
Il-likwidità u l-kapaċità li jinkiseb il-kapital
(71) Il-likwidità żdiedet b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus u hija konformi mal-iżvilupp tal-profittabbiltà globali matul dak il-perjodu. 2005 2006 2007 2008 PIR Likwidità tal-P.K (000 EUR) 84567 52182 188535 373843 386721 Indiċi (2005 = 100) 100 63 223 442 457
(72) L-investigazzjoni ma wrietx diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-produtturi tal-Unjoni meħuda bħala kampjun biex jiksbu l-kapital. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li billi bosta minn dawn il-kumpaniji jagħmlu parti minn gruppi kbar, huma jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom fi ħdan il-grupp li jagħmlu parti minnu jew permezz ta’ skemi ta’ ġbir ta’ flus jew permezz ta’ self intern tal-grupp mogħti mill-kumpanija prinċipali.
Konklużjoni
(73) Bejn l-2005 u l-PIR, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-ħsara żviluppaw b’mod pożittiv: il-prezzijiet tal-bejgħ tal-unità u l-profittabilità tjiebu sostanzjalment, b’din tal-aħħar tilħaq livell ta’ 28,1 % waqt il-PIR. L-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-likwidità evolvew b’mod pożittiv ukoll.
(74) Minkejja li l-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ naqsu konsiderevolment waqt il-perjodu meqjus dan għandu jitqies fl-isfond ta’ suq tal-Unjoni li qed jiċkien bejn wieħed u ieħor b’ -10 %.
(75) B’kollox, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet b’mod sinifikanti meta pparagunata mas-sitwazzjoni tagħha qabel l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tan-NA mill-pajjiż ikkonċernat fl-2001.
Il-PROBABILITÀ TA’ RIKORRENZA TAL-ĦSARA Ġenerali
(76) Fil-kuntest tal-probabilità ta’ rikorrenza tal-ħsara, ġew analiżżati żewġ parametri ewlenin: (i) il-volumi u l-prezzijiet probabbli ta’ esportazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat u (ii) l-effett probabbli ta’ dawk il-volumi u l-prezzijiet imbassra mill-pajjiż ikkonċernat fuq l-industrija tal-Unjoni.
Il-volumi u l-prezzijiet probabbli ta’ esportazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat
(77) Hemm kapaċità supplementari magħrufa ta’ madwar 650 elf tunnellata disponibbli għall-produtturi tal-Ukraina li kkooperaw, li tirrappreżenta 9 % tas-suq tal-Unjoni, kif imsemmi fil-premessa 37. Din il-kapaċità żejda tindika li l-produtturi tal-Ukraina għandhom il-possibbiltà li jżidu l-produzzjoni attwali tagħhom u b’hekk anki li jżidu malajr l-esportazzjonijiet tagħhom tan-NA.
(78) Barra minn hekk, meta jitqies is-suq domestiku relattivament ta’ daqs żgħir, il-produtturi tal-Ukraina qed jiddependu ferm fuq l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Kif imfisser fil-premessa 41, dawn l-esportazzjonijiet saru bi prezzijiet sostanzjalment aktar baxxi mill-prezz prevalenti tas-suq fl-Unjoni.
(79) Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, is-suq tal-Unjoni jidher li huwa attraenti għall-produtturi esportaturi tal-Ukraina mil-lat ta’ prezzijiet meta mqabbel mas-swieq l-oħra kollha ta’ esportazzjoni. Għalhekk huwa raġonevolment mistenni li parti konsiderevoli tal-volumi esportati lejn pajjiżi terzi jkunu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Minħabba li s-suq tal-Unjoni jinsab qrib, meta imqabbel ma’ swieq oħra ta’ esportazzjoni, dan tagħmlu wkoll aktar attraenti u għalhekk iżid il-probabilità li l-esportazzjonijiet attwali minn produtturi tal-Ukraina jiġu ridiretti minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni.
(80) Minħabba l-pożizzjoni dgħajfa tas-suq attwali tal-prodotti tal-Ukraina fl-Unjoni, l-esportaturi tal-Ukraina jkunu jridu madankollu jirbħu mill-ġdid is-sehem mis-suq jew li jwessgħu l-bażi tagħhom ta’ konsumaturi u huwa probabbli li jirnexxilhom jagħmlu dan billi joffru n-NA fi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping kif stabbilit matul il-PIR.
(81) Għalhekk abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, x’aktarx li volumi sinifikanti ta’ NA prodotti fl-Ukraina jiġu ridiretti lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li jwaqqgħu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-volumi ta’ esportazzjoni u tal-prezzijiet imbassra f’każ ta’ revoka tal-miżuri
(82) L-investigazzjoni wriet li n-NA huwa prodott prinċipali bi prezzijiet li jistgħu jiġu affetwati b’mod sinifikanti mill-preżenza ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx li jwaqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Fi kliem ieħor, is-suq tal-Unjoni għan-NA huwa relattivament prekarju. Il-kondizzjonijiet favorevoli dinjija tas-suq għan-NA prevalenti waqt il-perjodu meqjus kellhom rwol importanti biex żammew il-prezzijiet f’livell għoli u l-miżuri antidumping applikabbli naqqsu l-possibilità ta’ distorsjoni tal-prezz fis-suq tal-Unjoni. Matul dak il-perjodu, kien hemm bilanċ prekarju bejn il-provvista u d-domanda li rriżultat fi prezzijiet ogħla għall-fertilizzanti kollha tan-nitroġenu, li huma prodotti prinċipali. In-NA huwa wkoll prodott prinċipali li l-iffissar tal-prezz tiegħu huwa influwenzat minn għadd ta’ fatturi, bħalma huwa l-prezz tal-gass, li jkollu impatt konsiderevoli fuq il-provvista għaliex huwa l-iktar element importanti tal-ispiża, it-temp, il-livelli ta’ stokks tal-uċuħ tar-raba’ u tal-qmuħ, li jirriżultaw b’mod globali f’domanda mnaqqsa jew miżjuda għall-fertilizzanti.
(83) B’ħarsa partikolari lejn is-suq tal-Unjoni, huwa mistenni li d-domanda għan-NA għandha tiżdied bi ftit mil-livell osservat fil-PIR. Peress li l-prezzijiet ipprattikati mill-produtturi esportaturi tal-Ukraina waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, iż-żieda probabbli fil-volumi ta’ importazzjoni mill-Ukraina ser iġġiegħel lill-industrija tal-Unjoni jew li tnaqqas sewwa l-prezzijiet tagħha, u b’hekk il-profitti, inkella li titlef biċċa sewwa mis-sehem tagħha mis-suq u għalhekk id-dħul, jew it-tnejn li huma. Proċess ta’ ristrutturazzjoni li jirnexxi tal-industrija tal-Unjoni probabbilment jista’ biss jinnewtralizza mhux għal kollox tnaqqis probabbli fil-prezzijiet u l-proċess kollu ta’ rkupru jitqiegħed f’periklu. Għalhekk x’aktarx li jirriżulta deterjorament tal-qagħda ġenerali tal-industrija tal-Unjoni mir-revoka tal-miżuri.
Konklużjoni dwar il-probabilità ta’ rikorrenza tal-ħsara
(84) Il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq iwasslu għall-konklużjoni li, jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu, l-esportazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li jseħħu f’volumi sinifikanti u bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping u li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Probabbilment dan jista’ jkollu l-effetti li jdaħħal xejra ta’ tnaqqis tal-prezz fis-suq, b’impatt negattiv previst fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Dan jista’ b’mod partikolari, ixekkel l-irkupru finanzjarju li nkiseb parzjalment fil-perjodu meqjus, u jwassal għal rikorrenza ta’ ħsara.
L-INTERESSI TAL-UNJONI Id-daħla
(85) Ġie analizzat jekk kinux jeżistu raġunijiet impellenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġġeddu l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Għal dan il-għan, u skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġew ikkunsidrati, abbażi tal-prova kollha preżentata, l-impatt tat-tiġdid tal-miżuri fuq il-partijiet kollha involuti f’dan il-proċediment u l-konsegwenzi tal-iskadenza tal-miżuri.
(86) Sabiex jiġi stmat l-impatt tal-preżervazzjoni tal-miżuri, il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.
(87) Għandu jitfakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni ta’ miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-din l-investigazzjoni hija verifika, u għaldaqstant tanalizza sitwazzjoni fejn miżuri anti-dumping diġà kienu jeżistu, tippermetti l-evalwazzjoni ta’ kull impatt negattiv mhux f’postu fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping attwali.
L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(88) L-industrija tal-Unjoni tat prova li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan ġie kkonfermat bl-iżvilupp pożittiv tal-qagħda ekonomika tagħha li dehret wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-2001. B’mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni tejbet konsiderevolment il-qagħda tagħha ta’ profitt bejn l-2005 u l-PIR u rnexxielha tirristruttura lilha nnifisha.
(89) Għalhekk bir-raġun huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni ser tissokta tibbenefika mill-miżuri imposti bħalissa u tirkupra billi żżomm u tistabbilizza l-kapaċità tagħha ta’ profitt. Jekk il-miżuri ma jinżammux, huwa probabbli li jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, u b’hekk jikkaġunaw dannu lill-industrija tal-Unjoni billi jeżerċitaw pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ li jaffetwaw b’mod negattiv is-sitwazzjoni finanzjarja pożittiva attwali.
L-interess tal-importaturi
(90) Kif imsemmi fil-premessa 14, l-ebda importatur ma wera r-rieda tiegħu li jiġi inkluż fil-kampjun u li jagħti l-informazzjoni bażika meћtieġa fil-formola tat-teћid ta’ kampjuni. Qed jitfakkar li fl-investigazzjonijiet preċedenti nstab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma jkunx sinifikanti minħabba li inġenerali, l-importaturi ma jinnegozjawx biss fin-NA iżda wkoll, b’mod sinifikanti, f’fertilizzanti oħrajn. It-tneħħija ta’ miżuri anti-dumping minn fuq fertilizzanti oħra jistgħu biss isaħħu dan ta’ hawn fuq. F’dak il-kuntest, il-miżuri anti-dumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ urea li toriġina mir-Russja u mill-Belarus, il-Kroazja, il-Libja u l-Ukraina tneħħew f’Awwissu 2007 u Marzu 2008 rispettivament. Madankollu, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-importaturi u għalhekk ta’ kull evidenza konklużiva li tippermetti evalwazzjoni ta’ kull konsegwenza negattiva sinifikanti, ġie konkluż li ma hemm ebda raguni konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.
(91) M’hemmx tagħrif disponibbli ta’ min jafdah li juri li ż-żamma tal-miżuri ser ikollha effett negatti sinifikanti fuq l-importaturi jew il-kummerċjanti.
L-interess tal-utenti
(92) L-utenti tan-NA fl-Unjoni huma l-bdiewa. Fl-investigazzjoni oriġinali, ġie konkluż li minħabba l-inċidenza żgħira tan-NA fuq l-attività tal-bdiewa, kull żieda f’dawn l-ispejjeż x’aktarx li ma jkollhiex effett ħażin sinifikanti fuqhom.
(93) Fl-investigazzjoni attwali żewġ assoċjazzjonijiet tal-bdiewa ppreżentaw il-kummenti tagħhom fejn sostnew li l-miżuri għandhom jintemmu. Huma ddikjaraw primarjament li r-riforma tal-Politika Agrikola Komuni tal-2003 naqqset l-użu tal-mekkaniżmi ta’ intervent tas-suq u qasmet ir-rabta bejn l-appoġġ tal-Unjoni u l-produzzjoni. Konsegwentement, dan il-proċess ta’ liberalizzazzjoni ġiegħel lill-bdiewa tal-Unjoni biex joperaw f’kondizzjonijiet tas-suq dinji. Hija biss l-għażla ħielsa tal-fornituri tan-NA li tista’ twaqqaf il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli milli jiżdiedu sostanzjalment.
(94) Minkejja dan, l-issuktar possibbli tal-miżuri anti-dumping attwali mhumiex ser iwaqqfu lill-utenti milli jagħmlu għażla ħielsa tal-fornituri tagħhom tan-NA, iżda għandu jippreserva kondizzjonijiet ugwali fis-suq tal-Unjoni fejn il-kompetizzjoni effettiva ser tissaħħaħ. Għalhekk abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-issuktar tal-miżuri anti-dumping kontra l-Ukraina mhumiex ser ikollhom effett negattiv sinifikanti fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat.
Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(95) Minħabba dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li m’hemmx raġunijiet kompulsivi kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.
MIŻURI ANTI-DUMPING
(96) Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Il-kummenti ttieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq meta ġġustifikati.
(97) Isegwi minn dak li ntqal aktar ‘il fuq li, hekk kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-AN li joriġina fl-Ukraina għandhom jinżammu. Ta’ min ifakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji speċifiċi.
(98) Kif indikat fil-premessa 28, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Ukraina għall-gass naturali wrew konverġenza mal-prezzijiet tal-gass prevalenti fis-suq tal-Unjoni fl-aħħar tliet xhur tal-PIR. Għalhekk, l-effetti potenzjalment ta’ ħsara tad-dumping jistgħu jiġu affetwati mill-impatt fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni kkawżati mill-evoluzzjoni tal-prezzijiet domestiċi tal-gass jekk dawn tal-aħħar ikunu fit-tul. Għalhekk, huwa meqjus prudenti li tiġi limitata l-preżervazzjoni tal-miżuri għal sentejn.
(99) L-impenji aċċettati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE jibqgħu fis-seħħ,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti solidi b’kontenut tan-nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 31023090, 31024090, ex31022900, ex31026000, ex31029000, ex31051000, ex31052010, ex31055100, ex31055900 u ex3105909, u li joriġinaw fl-Ukraina.
2. Ir-rata ta’ dan id-dazju anti-dumping għandha tkun ammont fiss ta’ euro għal kull tunnellata kif jidher hawn taħt: Deskrizzjoni tal-prodott Kodiċi NM Kodiċi TARIC Ammont ta’ dazju (Euro għal kull tunnellata) Nitrat tal-ammonju ħlief f’soluzzjonijiet tal-ilma 31023090 — 33,25 Taħlitiet ta’ nitrat tal-ammonju mal-karbunat tal-kalċju jew sustanzi oħra inorganiċi mhux fertilizzanti, b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-28 % bil-piż 31024090 — 33,25 Melħ doppju u taħlitiet tas-sulfat tal-ammonju u nitrat ta’ ammonju - Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż 31022900 10 33,25 Melħ doppju u taħlitiet tan-nitrat tal-kalċju u nitrat tal-ammonju - Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż 31026000 10 33,25 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż 31029000 10 33,25 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, mingħajr kontenut ta’ fosfru u ta’ potassju 31051000 10 33,25 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju vvalutat bħala K2O ta’ inqas minn 3 % bil-piż 31051000 20 32,25 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju vvalutat bħala K2O ta’ 3 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 6 % bil-piż 31051000 30 31,25 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju vvalutat bħala K2O ta’ 6 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 9 % bil-piż 31051000 40 30,26 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx it-12 % bil-piż 31051000 50 29,26 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ inqas minn 3 % bil-piż 31052010 30 32,25 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 3 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 6 % bil-piż 31052010 40 31,25 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 6 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 9 % bil-piż 31052010 50 30,26 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx it-12 % bil-piż 31052010 60 29,26 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ inqas minn 3 % bil-piż 31055100 10 32,25 Fertilizzanti solidi abbażi tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta’ fosforu identifikat bħala P2O5 ta’ 3 % jew aktar fil-piż imma anqas minn 6 % 31055100 20 31,25 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ 6 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 9 % bil-piż 31055100 30 30,26 Fertilizzanti solidi abbażi tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta’ fosforu identifikat bħala P2O5 ta’ 9 % jew aktar fil-piż imma anqas minn 10,40 % 31055100 40 29,79 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ inqas minn 3 % bil-piż 31055900 10 32,25 Fertilizzanti solidi abbażi tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta’ fosforu identifikat bħala P2O5 ta’ 3 % jew aktar fil-piż imma anqas minn 6 % 31055900 20 31,25 Fertilizzanti solidi abbażi tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta’ fosforu identifikat bħala P2O5 ta’ 6 % jew aktar fil-piż imma anqas minn 9 % 31055900 30 30,26 Fertilizzanti solidi abbażi tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta’ fosforu identifikat bħala P2O5 ta’ 9 % jew aktar fil-piż imma anqas minn 10,40 % 31055900 40 29,79 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ inqas minn 3 % bil-piż 31059091 30 32,25 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 3 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 6 % bil-piż 31059091 40 31,25 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 6 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 9 % bil-piż 31059091 50 30,26 Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx it-12 % bil-piż 31059091 60 29,26
3. F’każijiet fejn il-prodotti kellhom ħsara qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, l-ammont tad-dazju anti-dumping, ikkalkulat fuq l-ammonti stabbiliti iktar ‘il fuq, għandu jkun mnaqqas b’perċentwali li tikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Minkejja l-Artikolu 1, id-dazju anti-dumping definittiv m’għandux japplika għal importazzjonijiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont il-paragrafi sussegwenti ta’ dan l-Artikolu.
2. L-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jeċċedi t-80 % fil-piż li joriġina fl-Ukraina, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 31023090, 31024090, ex31022900, ex31026000, ex31029000, ex31051000, ex31052010, ex31055100, ex31055900 u ex31059091 għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa li huma mogħnija b’fattura mill-produttur esportatur li l-impenn tiegħu ġie aċċettat mill-Kummissjoni u li l-ismu tniżżel fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE, li minn żmien għal żmien tiġi emendata, għandhom jiġu eżentati mid-dazju anti-dumping impost bl-Artikolu 1, bil-kondizzjoni li:
dawn jiġu manifatturati, mibgħuta bil-baħar u mogħnija b’fattura direttament mill-produttur esportatur lill-ewwel konsumatur indipendenti fl-Unjoni, u
dawn l-importazzjonijiet ikollhom fattura ta’ impenn, li tkun fattura kummerċjali li jkun fiha tal-inqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, u
il-merkanzija ddikjarata u ppreżentata lill-awtoritajiet doganali tikkorrispondi preċiżament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura tal-impenn.
3. Għandu jinħoloq debitu doganali fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:
kull darba li jiġi stabbilit, fir-rigward ta’ importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2, li waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet elenkati f’dak il-paragrafu ma jiġux sodisfatti, jew
meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku f’Regolament jew Deċiżjoni li tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara bħala invalidi l-fatturi rilevanti tal-impenn.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu ta’ sentejn.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton
ANNEX
ANNESS
L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-kumpanniji lill-Unjoni ta’ merkanzija li hija soġġetta għall-impenn:
1. L-intestatura FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA MERKANZIJA LI HIJA SOĠĠETTA GĦAL IMPENN.
2. L-isem tal-kumpanija li toħroġ il-fattura kummerċjali.
3. In-numru tal-fattura kummerċjali.
4. Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.
5. Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtha l-merkanzija fuq il-fattura għandha tiġi rilaxxata mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni.
6. Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, li tinkludi:
il-kodiċi NM użat għall-għan tal-impenn,
il-kontenut f’nitroġenu (N) tal-prodott (p’perċentwali),
il-kodiċi TARIC,
il-kwantità (li trid tingħata f’tunnellati).
7. Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inkluż:
il-prezz għal kull tunnellata,
it-termini tal-pagament applikabbli,
it-termini tat-twassil applikabbli,
ir-roħs u r-ribass totali.
8. L-isem il-kumpanija li tagħmilha ta’ importatur fl-Unjoni li lilha l-kumpanija toħroġ direttament il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti suġġetti għal impenn.
9. L-isem l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ħarġet il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja: Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta minn din il-fattura qed isir fl-ambitu u skont il-kondizzjonijiet tal-Impenn offrut minn [KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2008/577/KE. Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.